Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet L-Ugwaljanza tal-ġeneru fl-Ewropa... Malta kklassifikata fl-ewwel post fil-qasam tas-saħħa RAPPORT maħruġ mill- Istitut Ewropew għall- Ugwaljanza tal-Ġeneru jpoġġi lil Malta f 'ras il-klassifika f 'dak li huwa l-qasam tas-saħħa minn fost it-28 pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea. B'kollox, Malta ġabet 95.6 punt segwita mill-Irlanda b'95.2 punt u l-Lussemburgu b'94.6 punt. Il-medja fost il-pajjiżi kollha kienet ta' 90 punt. Isfel nett fil-klassifika hemm l-Estonja b'82 punt. Mitlub jikkummenta mill-gazzetta ILLUM dwar dan ir-riżultat, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan hu riżultat ieħor li jkompli juri li s-servizzi tas-saħħa f 'pajjiżna sejrin għall-aħjar. "Dak li qed nagħmlu fil-qasam tas- saħħa mhux biss qed ikun rikonoxxut mill-Maltin u l-Għawdxin, iżda qed ikun ukoll rikonoxxut barra minn xtutna. Dan hu ċertifikat ieħor wara li l-ġimgħa l-oħra s-suċċessi fil- qasam tas-saħħa kienu wkoll innotati mill-Kummissjoni Ewropea, u għalhekk dan jimliena b'aktar kuraġġ u determinazzjoni." Fearne semma kif fejn tidħol is-saħħa, f 'pajjiżna m'hemmx distinzjoni bejn jekk il-pazjent hux raġel jew mara u kulħadd jinqegħda skont l-urġenza tal-każ. "Aħna qegħdin hemm biex nipprovdu servizz xieraq u b'mod dinjituż għal kull pazjent li jkollu bżonn kura jew trattament. Ma nagħmlu l-ebda distinzjoni ħlief fejn tidhol l-urġenza tal-każ." Is- Segretarju Parlamentari Chris Fearne temm billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa u x-xogħol li qed iwettqu b'risq il-pazjenti Maltin u Għawdxin. Iħallas €3,000 wara li tajjarha minn fuq traffic lights SEWWIEQ ta' karozza tal- linja ġie mmultat €3,000 wara li nstab ħati li kkawża sfreġju permanenti f 'wiċċ mara li tajjar wara li njora traffic lights ħomor. L-inċident seħħ fit-13 ta' Diċembru 2009 viċin Casa Arkati fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, meta Audrey Attard sfat imtajra minn karozza tal-linja misjuqa minn Carmel Cassar hi u taqsam it-triq fejn traffic light apposta. Il-Maġistrat Doreen Clarke, wara li rat filmat tas-CCTV tal-inċident osservat li Attard kienet obdiet ir-regoli tat-triq. Kulma kienet naqset li tagħmel kien li tittawwal biex tara jekk kienx hemm karozzi ġejjin. Il-Qorti żiedet iżda, li Attard kellha d-dritt li taqsam filwaqt li s-sewwieq kellu d-dover li jieqaf. Ċertifikati mediċi kkonfermaw li b'riżultat tal- inċident, Attard sofriet ġerħa permanenti fuq wiċċha, fejn kienet ukoll tilfet is-sensazzjoni. Carmel Cassar, ta' 55 sena nstab ħati ta' sewqan negliġenti, nuqqas t'attenzjoni fis-sewqan u li naqas li jobdi sinjal tat- traffiku. Il-Qorti ordnat lil Cassar iħallas multa ta' €3,000 u ssospendietlu il-liċenzja tas- sewqan għal sena.