Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 31 Sports L-ewwel Malti f '5 snin li rebaħ il-Vodafone Malta Half Marathon CHARLTON Debono - isem li kulma jmur qed jissemma' fix-xena tal- isport Malti, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' atletika hekk kif fl-aħħar xhur u ġimgħat kiseb riżultati mill-aqwa fit-tlielaq kollha li ħa sehem fihom. L-aħħar minn dawn kienet il- Vodafone Malta Half Marathon ta' nhar il- Ħadd li għadda, fejn huwa rnexxielu joħroġ rebbieħ, biex b'hekk sar l-ewwel Malti f 'ħames snin li rebaħ din il-maratona. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Charlton Debono nnifsu fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward x'fisser għalih r-rebħ ta' din in- Nofs Maratona kif ukoll it-tħejjijiet li għamel għaliha permezz tad- diversi tlielaq li ħa sehem fihom, u li fihom ukoll ħareġ rebbieħ, fosthom dawk mill-MAAA Road Running League, fejn huwa rebaħ it-titlu finali ta' din il-kompetizzjoni. Huwa afferma li: "Minn dejjem kont persuna inħobb nipprattika l-isport. Iżda, bdejt nieħu l-ġiri bis-serjetà u b'mod kompetittiv madwar ħames snin ilu. Qattajt l-ewwel tliet snin nikkompeti biss fit-trakka l-aktar fil-kompetizzjoni tat- 800 metru. Hemmhekk ksibt riżultati tajbin, fejn għal diversi drabi ksibt ħin ta' 2.01 minuti f 'dan l-avveniment. Madankollu, qatt ma lħaqt l-ogħla livell f 'din id-distanza. Il-fatt li jien ngħix f 'Għawdex, fejn hemm nuqqas ta' trakka propja tal-atletika, ma stajtx nittrenja tajjeb għal distanzi twal bħal dawn. Imbagħad, madwar sentejn ilu, wara diversi diskussjonijiet mal-kowċ u l-mentor tiegħi, Mario Bonello, iddeċidejna li għandi nagħti ċans lil distanzi itwal fil- karriera tiegħi. B'hekk, it-taħriġ tiegħi nbidel biex nipprepara lili nnifsi aħjar għal dawn id-distanzi itwal - bl-ewwel distanzi ikunu dawk ta' 3km u 10km. Bħala taħriġ, bdejt nittrenja l-iktar fil-korsa fejn isiru t-tiġrijiet taż- żwiemel f 'Għawdex, fejn stajt nitħarreġ b'mod iktar faċli għal dawn id-distanzi. It-taħriġ u x-xogħol intensiv beda jtini r-riżultati meħtieġa, u rriżulta f 'titjib immedjat fil-prestazzjonijiet tiegħi, li ġie rifless speċjalment fir-rebħ tal-ewwel żewġ tlielaq tal-MAAA Road Running League f 'Ottubru u f 'Jannar li għadda fil- Qawra u f 'Tal-Maqluba, rispettivament. Dan ġie segwit minn wirjiet tajbin f 'ħafna tlielaq oħra speċjalment fir-rebħiet li ksibt fit-tlielaq tal- Kampjonati tal-10km li saru f 'Jannar li għadda fil-Qawra u f 'Ta' Qali, fejn irbaħt it-titlu finali, meta għad fadal tellieqa oħra għat-tmiem tal-Kampjonat li se ssir f 'April li ġej. Wara li rbaħt ir-Road Running League, kelli tir wieħed f 'moħħi - il-Malta Half Marathon. Din is-sena rat it-tieni parteċipazzjoni tiegħi f 'dan l-avveniment. Kont ħafna iktar ippreparat għaliha milli kont is-sena l-oħra, u kont diġà naf ir- rotta waqt li kont naf ukoll li kont ninsab f 'forma tajba għal din it-tellieqa. B'hekk kont iktar kunfidenti. Kif bassar it-tbassir tat-temp, dakinhar tat-tellieqa, kien riefnu qawwi li żgur affetwa l-wirja tiegħi, kif ukoll tal-atleti l-oħra sħabi. B'hekk, sa mill-bidu tat-tiġrija, kont naf li din kienet se tkun tiġrija iktar tattika milli waħda li fiha kelli niġri biex nikseb ħin mill-aqwa. Bdejt it- tiġrija ma' ta' quddiem, madankollu wara madwar 5 km, l-atleta barrani, Liviu Croitoiru, fetaħ vantaġġ ta' madwar 100 metru fuqi. Għamilt ħafna mit-tellieqa viċin Andrew Grech, fejn huwa żamm pass pjuttost stabbli. Meta kien għad fadal madwar 5km għat- tmiem tat-tellieqa, stajt nibqa' nara lill-atleta barrani li għadni kemm semmejt jibqa' jżomm il-vantaġġ ta' madwar 100 metru fuqi. Iżda, jien bqajt inħossni b'saħħti u ddeċidejt li nagħmel ħilti kollha biex ngħaddih. Bdejt inżid il-pass tiegħi u lħaqtu pjuttost malajr. B'hekk, meta kien għad fadal madwar 4km għat- tmiem, għaddejtu fejn komplejt inżid il-pass tiegħi u bqajt inżomm il- vantaġġ sal-finish line. Għalija, kien ta' unur kbir li rbaħt il-Malta Half Marathon bħala rebbieħ overall, u mhux biss bħala l-ewwel atleta Malti kklassifikat. Fil-fatt, il-Half Marathon kienet ilha ma tintrebaħ minn atleta Malti għal ħames snin. Issa naħseb li se nkun qed niffoka iktar fuq avvenimenti tal-atletika marbuta mat-trakka, fejn se nkun qed nikkompeti f 'distanzi ta' bejn l-1,500m u l-10,000m, fejn nittama li nibqa' ntejjeb il-ħinijiet tiegħi f 'dawn id-distanzi wkoll. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-familja u lit-tfajla tiegħi għall- paċenzja u s-sapport kollu li jtuni. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- kowċ u mentor tiegħi, Mario Bonello, għall-gwida u s-sapport kontinwu li huwa jtini. Inrodd ħajr ukoll lill-isponsors tiegħi NyooHamrun, Urban Jungle u Team Barry Whitmore - Malta Challenge Marathon. Grazzi kbira tmur ukoll għall-atleti sħabi Għawdxin li jtuni sapport kbir f 'kull tellieqa li nieħu sehem fiha, u l-membri tal-kumitat tal-klabb tagħna li dejjem qed jikber - Gozo Athletix AC. B'wiċċi minn quddiem ngħid li ma stajtx nikseb l-unuri li qed nikseb bħalissa mingħajr s-sapport u l-għajnuna kontinwa ta' dawn il- persuni kollha li jien imdawwar bihom," temm jgħid Charlton Debono. l-isport li tant tħobb. Minn dejjem kienet tipparteċipa fl-atletika u rnexxielha tirbaħ diversi midalji ta' età żgħira fi żmien l-iskola, f 'xi għaqdiet taż-żgħażagħ kif ukoll għal xi klabbs sportivi lokalment.¸ n Din is-sena se tieħu sehem ukoll fit-tlielaq organizzati mill-MAAA li jsiru fit-trakka tal-Marsa biex ittejjeb il-ħinijiet tas-snin ta' qabel. L-għan tagħha hu li tkompli tieħu gost tittrenja biex ittejjeb il-livell tagħha, filwaqt li x-xewqa tagħha hi li jirnexxielha tirbaħ midalja għal Malta. għat-tielet sena konsekuttiva Rita Galea waqt iċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni tal-Maratona flimkien ma' An- drew Grech li kklasifika t-tieni fin-Nofs Maratona Tmien membri mill-Malta Canoe Polo Club, jipparteċipaw fit-tournament prestiġjuż 'Coppa Sicilia' TMIEN membri mill- Malta Canoe Polo Club jinsabu jipparteċipaw fit-tournament prestiġjuż magħruf bħala l-'Coppa Sicilia'. Dan it-tournament qed isir fil-Port turistiku ta' Ognina, f 'Catania. Dan l-avveniment jara diveri timijiet minn Sqallija jikkompetu għat-tazza. F'dan l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Marzu, numru ta' timijiet minn pajjiżi viċini, bħal Malta, jipparteċipaw fit-tournament li jieħu xejra aktar internazjonali. It-tournament hu maqsum fi tliet kategoriji: Irġiel, Nisa u Irġiel Under 21. It- tim Malti ħa jipparteċipa fil-kategorija tal-irġiel (seniors). Wara l-kisbiet miksuba tul l-2015, fejn l-MCP ipparteċipa b'suċċess f 'tournament f 'Amsterdam kif ukoll fil-Malta Open organizzat f 'Ottubru li għadda, il-Coppa Sicilia hi l-ewwel avveniment tal- klabb Malti għal din is-sena. Sa minn Jannar, il-membri tat-tim żiedu t-taħriġ tagħhom kemm dak tekniku kif ukoll fiżiku, u t-tim issa qed jitħarreġ kuljum. Il-Coppa Sicilia hi l-ewwel tournament barra minn Malta li fih ħa jippartecipa l-klabb matul din is-sena. Numru ta' tournaments oħra se jwasslu għal mistenni Malta Open 2016, li se jkun organizzat fl-aħħar kwart tas-sena. It-tim li se jipparteċipa fil-Coppa Sicilia hu kompost minn: Karl Borg, Alan Borg, Steve Rizzo, Alex Rizzo, Ryan Rizzo, Jan Degiorgio u Vince Niesz. Huma ħallew Malta lbieraħ u jirritornaw Malta, it-Tnejn 7 ta' Marzu. Il- kumitat tal-MCPC, awgura suċċess lill-membri kollha tat-tim. Membri mill-Malta Canoe Polo Club fl-azzjoni