Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
32 illum Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Sports Johnson, Fenech u Muscat jiddominaw fl-attivitajiet tal-ASMK NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, organizzat is-seba' attività bl-Autocross mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 u r-raba' attività bil-Muturi Motocross. L-attività saret fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali b'39 kompetitur li rreġistraw għal din l-attività. Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fl-Autocross rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta li kien l-uniku sewwieq li rnexxielu jirbaħ il- heats kollha tal-ġurnata. Għaldaqstant, huwa ssiġilla postu fil-finali ta' Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Gordon Johnson fuq Opel Corsa, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Jurgen Mallia fuq Honda Civic, Keith Borg fuq Vauxhall Nova u Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Micallef u Johnson b'dan tal-aħħar jirnexxielu jieħu t-tmun tat-tiġrija, waqt li kien segwit minn Grech u Micallef. L-attenzjoni marret fuq l-aħħar tliet pożizzjonijiet fejn fir-raba' post kien qed jiġri Mallia segwit minn Gauci u Borg b'dawn tal-aħħar kienu qed jagħmlu pressjoni fuq Mallia sakemm ftit qabel id-dawra finali Mallia ġie ssuperat wara żball min-naħa tiegħu biex spiċċa wkoll tellef il-konċentrazzjoni ta' Gauci waqt li Borg ħa l-okkażjoni biex avvanza żewġ pożizzjonijiet. Il- finali spiċċat b'Johnson jirbaħ l-ewwel finali f 'dan l-istaġun segwit minn Grech u Micallef rispettivament. Fir-raba' post daħal Borg segwit minn Gauci fil-ħames post u Mallia fis-sitt post. Fil-Finali ta' Klassi B rajna linja ta' sitt finalisti komposta minn Andrew Pisani u Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Chris Formosa fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Joseph Micallef u Malcolm Borg, it-tnejn fuq Opel Corsa. Mat-tluq rajna ħruġ tajjeb minn Micallef segwit minn Abela u Borg li baqgħu jiġru wara xulxin sal-aħħar. L-ordni kompliet u spiċċat bi Grech fir-raba' post filwaqt li Formosa spiċċa fil-ħames post. Fis-sitt post spiċċa Pisani wara li rtira mill-istess finali. Fil-Klassi Standard ikkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Traydon Bailey fuq Ford Ka, Deane Farrugia u Ian Fenech - it-tnejn fuq Citroen AX u Joseph Martin fuq Peugeot 206. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Fenech jagħmel ħruġ tajjeb ħafna, tant li mill-ewwel ħa t-tmun tal-finali segwit minn Vella u Bailey. L-attenzjoni daret mill-ewwel fuq Farrugia li mir-raba' post kien qed jagħmel pressjoni fuq Bailey tant li fil-ħames dawra ġie ċans lil Farrugia biex javvanza pożizzjoni. Il-finali spiċċat b'Fenech jirreġistra l-ewwel rebħa tiegħu segwit minn Vella u Farrugia. Fir-raba' post daħal Bailey segwit minn Martin li daħal fis-sitt post. Fil-Motocross rajna taqtigħa doppja għall- kompetituri kollha li wara żewġ inċidenti żgħar waqt it-tiġrija, kellha ssir restart għal darbtejn kemm fl-ewwel heat kif ukoll fit-tieni heat. Ħarsa lejn Klassi A fejn rajna taqtigħa interessanti bejn Clayton Camilleri u Paul Muscat, it-tnejn fuq muturi KTM. Fl-ewwel heat rajna lil Muscat jieħu t-tmun tat- tiġrija li baqa' jiddefendi sal-aħħar biex spiċċa ħalla lil Camilleri jsegwih. Fit- tieni heat, Camilleri deher b'saħħtu ħafna tant li ħareġ quddiem b'Muscat isegwi lil Paul li beda jagħmel pressjoni fuq Camilleri sakemm erba' laps qabel it-tmiem tat-tiġrija, Muscat ħa t-tmun għat-tieni darba matul din il-ġurnata, biex b'hekk spiċċa rebbieħ segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Kyle Camilleri fuq KTM ukoll. Fil-Motocross Klassi B rajna lis-sewwieqa Għawdxin jiddominaw din il-klassi b'Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki jirbaħ iż-żewġ heats tal-ġurnata biex issiġilla t-tieni rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun. Bigeni kien segwit minn Robert Spiteri fuq mutur Yamaha u Elvin Debono fuq mutur Kawasaki. Fil-Motocross Klassi Open rajna lil Paul Muscat fuq KTM jikkomplimenta r-rebħa tiegħu assoluta fejn irnexxielu jirbaħ din il-klassi wkoll. Muscat kien segwit minn Etienne Bigeni fuq Kawasaki li daħal fit- tieni post u fit-tielet post spiċċa Kyle Camilleri fuq KTM. Intant, l-attivitajiet se jkomplu illum fejn se tiġi organizzata l-ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Enduro sponsorjat mid- ditta Pasta Poiatti u Dunlop Tyres. Din l-attività se ssir fil-Kumpless Sportiv tal- ASMK f 'Ta' Qali, bl-attività tibda fl-10am. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt, jew fil-paġni ta' facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt ukoll bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt. Il-bidu tat-tiġrija tal-Motocross Ritratt: Mario Micallef