Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 33 Sports KULL maratona fiha storja. Kull waħda bi żvolġiment, andament, emozzjonijiet u ansjetajiet, aspettattivi, tragwardi u riżultati differenti. Dan kollu seħħ f 'din il-31 edizzjoni ta' Malta li kienet id-disa' darba li l-maratoneta ewlieni f 'Malta, Jonathan Balzan, spiċċa l-ewwel Malti (inkluża rebħa overall fl-2009 fin-Nofs Maratona b'ħin ta' 1.08.39), rekord li jmur lura għall-2006 fid- debut tiegħu fil-maratona ta' 42.2km (b'ħin ta' 2.30.18) fejn reġa' spiċċa l-ewwel Malti u fit-tmien post overall. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Jonathan Balzan innifsu, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward is-suċċess li kiseb fil-Full Marathon tal-Ħadd li għadda. Huwa sostna li: "Nista' ngħid li din kienet l-iktar waħda diffiċli li għamilt fejn jidħlu kundizzjonijiet klimatiċi, bil- qawwa tar-riħ li ħakem minn kullimkien speċjalment għal min jagħmel il-full marathon, u sas-26km, inkunu għadna ħerġin mill-Bermuda Triangle ta' Ta' Qali. Il-fatt li wara ħames kilometri nqtajt waħdi, kompla għamilha iktar diffiċli. B'avversarju jew grupp t'atleti ħdejn xulxin, wieħed ikun jista' jirsisti iktar u jipprova jżomm ir-ritmu. Il-ġirja tiġi iktar tellieqa mentali meta l-forza tar-riħ u l-fatt li ma tkunx tista' żżomm mal-ħinijiet prevvisti jhedduk tnaqqas iktar, iċċedi jew saħansitra tieqaf. Fiċ- ċirkostanzi tal-lum dan ma kienx ir-riżultat mixtieq, fil-fatt kien l-iktar ħin batut tiegħi mill-maratoni kollha, b'ħin ta' 2.40.39. Meta kien baqa' l-aħħar ftit kilometri, iffukajt biss li nerġa' niġi l-ewwel Malti li għamel ir-riżultat komplut bl-ewwel post fil-kategorija over 40 u l-ewwel post fi-timijiet ma' St. Patricks, il-klabb tiegħi. Għalkemm fil-finish line ma tantx dehert emozzjonat, fil-fond ta' qalbi kont. L-akkumpanjament ta' ommi mal- familja tiegħi f 'punti strateġiċi ħoloqli sentimenti ta' kuraġġ u aspettativa ta' tmiem li ma jiddiżappuntax. "I have done this before," għidt lili nnifsi. Dan rajtu f 'wiċċ it-tifla tiegħi ta' tliet snin li segwitni bi tbissima u baqgħet tiċċassa lejja fit-tmiem waqt l-intervisti u l-'massage' biex itaffi l-bugħawwieġ. Dan it-titlu għalik kien binti. Nippjana fit-tul m'għadnix. L-impenn u dak kollu li jġibu magħhom l-età u ż-żmien li għamilt niġri, inħosshom f 'saqajja. Min jaf kemm-il darba instmajt ngħid ħa nieqaf b'din, iżda sas-sajf li għadda stess, wara li waqaft għal tliet xhur, erġajt dort għall-isport li ħabbejt u tani suċċess. Kowċis għadhom jgħiduli li baqagħli x'noffri, iżda fl-aħħar mill- aħħar din hija deċiżjoni personali. Din l-istess mistoqsija saritli wara dil- maratona għas-sena d-dieħla. Il-pjanijiet huma 'short term'. F'April se mmur nagħmel il- maratona ta' Ruma u nittama li mmur tajjeb fil-kategorija tiegħi. Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollu li jgħiduli li jien ta' ispirazzjoni għal ħafna (kbar u żgħar), bid-determinazzjoni u l-konsistenza tiegħi u jħarsu lejja bħala leġġenda. Għalija dan ifisser ħafna. Dan l-isport jagħmlek sinjur fl-unur meta barra s-suċċess li jġib miegħu personali mhux finanzjarjament tara li qed timmotiva lil oħrajn biex jibdew jew jilħqu tragwardi sportivi li qatt ma kienu joħolmu bihom," temm jgħid Jonathan Balzan. Kilometri ta' suċċess għall-maratoneta Jonathan Balzan Il-maratoneta Jonathan Balzan Ritratt : Wally Galea Kollox lest għall-International School Sport Federation World Badminton Championships FTIT tal-jiem oħra, se jkun qed jiġi organizzat ġewwa pajjiżna l-International School Sport Federation World Badminton Championships, fejn atleti u kowċis lokali tal- badminton qegħdin jagħtu l-attenzjoni kollha tagħhom għat-tħejjijiet finali għal dawn il-kampjonati, li se jkun qed jara lil Malta tilqa' aktar minn 275 atleti, jirrappreżentaw 21 pajjiż differenti. Malta se tiġi rappreżentata minn għaxar atleti. Dawn huma l-aħwa Matthew u Mark Abela, Sam Cassar, Nigel Degaetano u Matthew Galea, li se jkunu qegħdin jilagħbu kontra timijiet minn Taipei Ċiniża, il-Portugall u l-Iskozja. Se jkun hemm ukoll tim tal-bniet kompost minn Michela Ellul, Cheryl Gilford, Sarah Fava, Yanika Polidano u Rebecca Spiteri, li se jkunu qegħdin jiffaċċjaw timijiet Ewropej ġejjin minn Franza, il-Bulgarija u l-Greċja. Il-kowċing qed jiġi mħejji minn Edmond Abela u Patrick Cassar. Dawn qed jiġu assistiti minn George Camilleri u Aldo Polidano rispettivament. Issa li l-preparazzjonijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom, tkellimna mal-kowċis li tawna ftit informazzjoni dwar il-preparamenti kif ukoll daqsxejn ta' għarfien dwar l-aspettattivi tagħhom u l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom fit- tħejjijiet. Edmond Abela, ilu jilgħab badminton għal aktar minn 30 sena u kiseb il-kwalifika tiegħu fil-kowċing, l-ewwel darba fl-1993 wara kors mogħti mill-CONI. Abela ilu jiggwida l-kontinġent Malti għal dawn l-aħħar sena u nofs, meta bdew il-preparamenti għal dan il-kampjonat. "Peress li din hija l-ewwel darba li aħna se nkunu qed nieħdu sehem fit-tali logħob, għandna ftit għarfien tat-timijiet li se nkunu qegħin niffaċċjaw, għalhekk is-saħħiet u djufijiet tagħhom huma daqsxejn ta' żona griża. L-aspettattivi tiegħi mill-atleti tagħna hija li kulħadd jilgħab bl-aħjar abilità tiegħu, kif ukoll jiksbu l-aħjar esperjenza mill- kampjonat. Dawn il-plejers ilhom jitħarrġu għal kważi sena u nofs, u għalhekk naf li mhumiex se jieħdu din ir-responsabbiltà b'mod ħafif. Konvint li dawn se jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu l-aħjar riżultat possibli għal Malta," ikkummenta Abela. Dawn is-sentimenti kienu mtennija minn George Camilleri, li qed jgħin lil Abela. "Aħna nistennew li l-atleti tagħna jilagħbu bl-aħjar abilità tagħhom, b'determinazzjoni, ħiliet u li jagħmlu unur lil pajjiżna. Nisperaw li dawn jiksbu r-riżultati li jixirqilhom għall- isforzi kollha tagħhom". Kif inhu l-każ b'dawn l-impenji ewlenin kollha, dejjem ikun hemm numru ta' sfidi li organizzaturi, atleti u kowċis jaffaċċjaw. L-atleta veteran u l-kowċ Patrick Cassar qal li ħafna minn dawn l-isfidi huma nuqqas ta' faċilitajiet, il-ħin u l-finanzjament. "Waqt li ksibna l-appoġġ ta' entitajiet Governattivi, l-allokazzjonijiet tal-courts għadu daqsxejn ta' problema. Ta' min iżomm f 'moħħu li l-Badminton huwa sport li jintlagħab ġewwa. Problemi oħra li niltaqgħu magħhom meta nkunu qegħdin niskedaw il-programmi ta' taħriġ huwa l-fatt li l-atleti tagħna se jkunu qegħdin iħejju lilhom infushom għall- eżamijiet tal-MATSEC. Dan jirriżulta f 'ħinijiet imnaqqsa għas-sessjonijiet ta' taħriġ," stqarr Cassar. "Ukoll, il-fatt li Malta hija gżira, tagħmilha ferm aktar għalja sabiex l-atleti tagħna jikkompetu barra, specjalment meta tqabbilhom ma' atleti ġejjin minn pajjiżi oħra fl-Ewropa." Il-kriterji għall-għażla tat-timijiet għal dawn il-Kampjonati kienu naturalment ibbażati fuq il- kapacitajiet atletiċi tagħhom, madankollu, il-kowċis taw ħarsa lejn l-attitudni tal- atleti, li juru l-impenn u d-dixxiplina u l-ħeġġa biex jitgħallmu u jkomlu jtejbu l-ħiliet tagħhom," tenna Aldo Polidano. Għalkemm għadhom ta' età żgħira, l-atleti kollha għandhom ammont sostanzjali ta' snin ta' esperjenza. Din l-esperjenza tgħin biex jitħarrġu b'attenzjoni ċara biex jagħtu prestazzjoni tajba. Fl-istess waqt, minn perspettiva ta' loġistika, il-Federazzjoni Maltija tal- Badminton, qed tistenna għaxar courts li jistgħu jitqiegħdu f 'postijiet diversi, skont il-bżonn partikolari, kif ukoll bejn erba' mija u tletin 'shuttle-cocks', li se jintużaw f ' 'il fuq minn 170 logħba. Ix-xiri ta'dan it-tagħmir sar possibbli grazzi għall-iskema ta' tagħmir ta' SportMalta u għandhom jaslu f 'Malta matul l-ewwel ġimgħa ta' Marzu. Badminton Malta qed tagħmel arranġamenti wkol biex jimmarkaw il-courts li se jiġu ntużati fil-Padiljun tal- Basketball, ġewwa Ta' Qali. Aktar appoġġ inkiseb mill-Federazzjoni Dinjija tal- Badminton li ġenerożament sponsorizzat l-uffiċjal u r-referi ta' livell dinji għal dawn il- Kampjonati, is-Sinjura Ivanka Pokorni, mill-Kroazja. Pokorni se tissorvelja l-progress tal- kampjonat bl-assistenza ta' uffiċjali oħra li se jinħatru eżatt qabel il-bidu tal-logħob. "Ninsabu sodisfatti bil-mod kif l-affarijiet jinsabu mexjin. L-isfida li jmiss tagħna hija dik li nagħqdu tim ta' voluntiera. Dawn se jkollhom dmirijiet varji, matul il-Kampjonati li jinkludu scorekeeping, line judging kif ukoll xi xogħol ieħor li jista' jinqala' matul dawn il-kampjonati", sostna Chris Spiteri, President ta' Badminton Malta. "Peress li l-Kampjonati se jsiru matul il-vaganzi tal-iskola tal-Għid, aħna qed nittamaw li n-nies se jkunu jistgħu jagħtu ftit mill-ħin tagħhom. L-atleti li se jieħdu sehem f 'dawn il- Kampjonati definittivament se joffru spettaklu sabiħ u forsi, inkunu qegħdin naraw wieħed jew tnejn mill-aqwa plejers futuri fl-Ewropa jew saħansitra tad-Dinja fil-Badminton." Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jiġi u jagħti l-appoġġ lit- timijiet Maltin, waqt li jgawdi mill-atmosfera li dan l-isport jagħti. Id-dħul huwa b'xejn u programm dettaljat tal- avvenimenti jinsab fuq is-sit elettroniku, www. badmintonmalta.org.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016