Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it- tennis? Pjuttost sempliċi. Kemm ommi kif ukoll missieri kienu jilagħbu t-tennis. Dak iż-żmien kienet użanza li diversi persuni jmorru fil-Marsa Sports Club. Dan speċjalment għax f 'dak iż-żmien, l-affarijiet kienu pjuttost limitati u ferm differenti milli huma llum il-ġurnata, fis-sens li kien hemm inqas x'tagħmel, speċjalment f 'dak li jirrigwardja ħajja soċjali. Il-Marsa Sports Club kien jipprovdi okkażjoni unika biex wieħed jipprattika kemm il-futbol kif ukoll it-tennis. B'hekk minn hemm beda kollox! Taħseb li l-fatt li missierek, li huwa l-eks-President tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), xprunak biex tnissel fik l-imħabba lejn l-isport fosthom lejn it- tennis, biex b'hekk int tinsab miexi fuq il-passi tiegħu? Iva. Ngħidlek il-verità, jien iktar kont inħobb il-futbol, fis-sens li kont nilgħab ma' Sliema Wanderers fl- Under 13s, fejn kelli 11-il sena, però kien swieni tajjeb għax imbagħad kont lgħabt ukoll ma' Malta fl-Under 12s. Iżda, mbagħad kont weġġajt l-irkoppa u hemmhekk kont waqaft nilgħab il-futbol. Wara, erġajt bdejt nilgħab mal-minors tal-Ħamrun, li kienet esperjenza sabiħa ħafna. Bejn dawn iż-żewġ esperjenzi, bdejt nilgħab it-tennis, u qatt ma ħarist lura. Il-bidu tal-amminstrazzjoni tiegħi fit-tennis imur lura għas-sena 2000 meta kienet irriżenjat Tanya Gravina minn Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tennis, u li kienet ukoll l-assistenta personali ta' missieri, Lino Farrugia Sacco, fil-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, li dak iż-żmien kien President tagħha. Għalina midħla sew tad-dinja tat-tennis, Tanya Gravina, hija esperta fit-tennis u mhux fil-futbol! Hija persuna ta' kwalitajiet inkredibbli fl-amministrazzjoni sportiva - persuna li sfortunatament tlifniha mid-dinja tat-tennis, u jien kont sirt Segretarju Ġenerali minflokha fl-2001. Illum il- ġurnata, ninsabu hawn 15-il sena wara, u jien ninsab President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. X'tinvolvi eżatt il-kariga tiegħek bħala viċipresident ta' Ħamrun Spartans fl-amministrazzjoni ċentrali ta' dan il-klabb bi storja glorjuża fil-futbol Malti, li jimmilita fl-Ewwel Diviżjoni? Tajjeb insemmi li jien kont ukoll President ta' Ħamrun Spartans fl-2003, imbagħad ovvjament ikkonċentrajt ħafna fuq ix-xogħol bħalma naħseb li għandu jkun. Però, f 'dan l-istaġun, żewġt iħbieb kbar tiegħi, li huma Joe Bugeja u Gejtu Debattista, qaluli li hemm proġett tajjeb u ovvjament il-qalb hemmhekk qiegħda! Naħseb li x-xogħol qed isir u qed isarraf f 'riżultati tajbin għal Ħamrun Spartans. Kollox qed jindika li fi tmiem l-istaġun, intom bħala Ħamrun Spartans, u Gżira United se tkunu ż-żewġ timijiet li titilgħu Premier. Taqbel miegħi? Naqbel miegħek perfettament. Huma l-favoriti assoluti biex jitilgħu Premier, hekk kif għandhom vantaġġ kbir fuq it-timijiet ta' wara. Kif tiddeskrivi lil Marsa Sports Club? Il-Marsa Sports Club huwa klabb, li jfisser li huwa klabb bħal kwalunkwe wieħed ieħor li huwa membru tal- Federazzjoni Maltija tat-Tennis, jiġifieri m'hemm l-ebda distinzjoni bejn il-Marsa Sports Club u klabbs oħra tat-tennis lokali. Iżda, realistikament, il-Marsa Sports Club huwa wieħed mill-perli li hemm fl-Ewropa, biss biss meta tqis il-kumpless tal-Marsa ftit li xejn hemm postijiet bħalu fid-dinja li għandhom il-faċilitajiet kollha fl- istess sport bħal m'hemm fil-Marsa Sports Club. Dan meta wieħed iqis li dan il-Kumpless mill-isbaħ jinkludi fih piċċ tal-golf u tal-cricket u korsa tal-atletika, jiġifieri bħala ċentru huwa wieħed tassew eċċezzjonali. Però, il-Federazzjoni Maltija tat-Tennis għandha bżonn taċ-ċentru tagħha. Ir-relazzjoni bejn din il-Federazzjoni u l-Marsa Sports Club hija waħda tassew eċċellenti, però naturalment wieħed jifhem li huma qegħdin jipprovdu s-servizzi għall-membri tagħhom. Il-Marsa Sports Club jipprovdi ħafna għall-aspett soċjali tat-tennis. Il- Federazzjoni tagħna, filwaqt li tagħti l-importanza mistħoqqa lill-aspett soċjali u edukattiv tal-logħba, tagħti importanza kbira wkoll lill-aspett tekniku u speċjalizzat tal-logħba, jiġifieri dak it-tennis li huwa iktar fuq bażi professjonali. U biex int tkattar dawk l-affarijiet, għandek bżonn ċentru tiegħek biex tkun tista' torganizza minn età żgħira training camps, u skambji ma' entitajiet barranin. Kemm qed isiru dawn illum il- ġurnata? Illum il-ġurnata, sfortunatament, aħna rridu nsibu għax ma jagħmilx sens li int iġġib nies minn barra minn xtutna, fejn se jkollok tuża klabb tat-tennis lokali, u jkollu jagħmel użu mill-court tiegħu, u mbagħad il-klabbs lokali ma jkunux jistgħu jużaw l-istess courts. Minkajja dan, isiru skambji u training camps barra minn Malta, pereżempju matul is-sena l-oħra saru tnejn. Ikolli ngħid li ssibu problemi finanzjarji biex jirnexxielkom torganizzaw dawn l-iskambji u training camps barra mill-pajjiż. Kemm issibu għajnuna finanzjarja mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u SportMalta? Mal-Kumitat Olimpiku Malti, bħala Federazzjoni Maltija tat- Tennis, għandna kuntratt annwali u napprezzaw ħafna dak li jipprovdu għalina. Ma' SportMalta qatt ma kellna relazzjoni daqshekk qawwija f 'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett finanzjarju, però ovvjament ir- relazzjoni tagħna bħala Federazzjoni hija waħda mill-aqwa mal-Gvern, jiġifieri hemmhekk qegħdin fuq binarji tajbin. Il-Kumitat Olimpiku Malti, jagħtina l-'grant' annwali. Rigward SportMalta, qed nittama li jgħinuna ħafna f 'dan il-proġett kbir li għandna taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f 'Pembroke, u nkun ferm sodisfatt jekk isir hekk. Jiġifieri, ikolli ngħid li fost oħrajn bħala Federazzjoni tinsabu f 'taħdidiet kontinwi mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius... Iva. Chris Agius huwa wieħed minn dawk in-nies, bħalma wara kollox kienu n-nies li kienu jokkupaw l-istess kariga tiegħu fl-passat, li jinsab interessat ħafna li jara dan il-proġett isir realtà. Jien ninsab determinat li jsir reatà u issa m'hemmx triq lura minn dik li diġà bdejna. Qegħdin fi stadju avvanzat ħafna. Li hemm bżonn huwa li litteralment titpoġġa l-ewwel ġebla għal dan il-proġett. Mill-aspett finanzjarju, aħna qed nippjanaw li nagħmlu dan il-proġett f 'diversi stadji, u jsir skont kif ippjanat matul il-medda tas-snin, iżda mingħajr ma ndumu ħafna. Però, jien għandi esperjenza wkoll kif kien sar il-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, u kemm dam biex isir, il-problemi legali li kien hemm marbuta miegħu u affarijiet oħra. Kif jgħidu, Ruma ma nbnietx f 'ġurnata u l-istess jgħodd għal proġett ambizzjuz bħal tagħna. Dan mhux se jkun proġett li se jsir fi żmien sena, però ġaladarba jibda, imbagħad l-andament għandu jkun wieħed faċli. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- Avukatura, mat-tennis u mal-futbol? Issa ilni 15-il sena avukat, u wara 15-il sena f 'din il-professjoni, bniedem għandu jitgħallem kif ikun iktar organizzat, iktar ippreparat u għandu jkun jaf is-suġġett iktar. Biex inġiblek eżempju, ngħidlek li dak li qabel kont indum nagħmel ftit minuti, illum indum minuta biex nagħmlu, għax naturalment tkabbar l-esperjenza fil-kamp legali. It-tennis tant drajtu, biex ma ngħidlekx li tant nafu li ma jeħodli ħin kważi ta' xejn. Nirringrazzja wkoll lill-membri tal-kumitat sħabi, li huma ferm dedikati u li jgħinuni ferm fix-xogħol tiegħi ta' President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Kulħadd għandu l-irwol tiegħu f 'dan il-Kumitat, u anki l-klabbs jgħinuna ħafna, jiġifieri nista' ngħid li nsib għajnuna kbira mill-persuni kollha konċernati. Fil-każ tal-futbol, huwa impenjattiv daqs it-tennis. Biex intik stampa aħjar, għalkemm bħalissa fil-futbol jien il-viċi-President ta' Ħamrun Spartans, u fit-tennis, jien President tal-Federazzjoni lokali, kien hemm żmien meta jien kont il-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, president ta' klabb tal- billiard u president ta' każin tal-banda fl-istess ħin u kont inlaħħaq ma' kollox. Iżda, minħabba li dawn l-affarijiet li semmejtlek huma affarijiet li nħobb nagħmel ferm, xejn ma narahom ta' piż għalija, anzi nista' ngħidlek li jneħħuli t-tensjoni tax-xogħol. Bħala riżorsi fejn tennista jittrenja u jilgħab it-tennis f 'Malta, tħoss li huma 34 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Cristian Antony Muscat Sports David Farrugia Sacco - amministratur tal-isport per eċċellenza, President tal- Federazzjoni Maltija tat-Tennis, u viċi-President ta' Ħamrun Spartans. Għandu proġetti u ambizzjonijiet kbar fit-tmun ta' din il-kariga, bl-aktar fosthom ikun dak tat-tkabbir b'mod estensiv taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis, f'Pembroke. Fit-tmun ta' federazzjoni bi proġetti "Il-prijorità assoluta għalija bħalissa huwa ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis ta' Malta f 'Pembroke"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016