Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 35 Sports proġetti u ambizzjonijiet kbar tajbin u aċċettabli? Aħna tassew ixxurtjati li l-klabbs tat- tennis li għandna f 'Malta huma klabbs ta' livell tajjeb ħafna. L-unika kritika li għandi, li fil-fatt hija awto-kritika hija dik li sfortunatament m'hemmx distinzjoni bejn tennis professjonali u tennis soċjali. Huwa ferm essenzjali li din id-distinzjoni tiġi magħrufa aktar milli hi u minbarra li tiġi rikonoxxuta, in-nies jifhmu li hemm differenza kbira bejn li tilgħab logħba tennis u li tipprattika l-isport. Biex tipprattika l-isport, għandek bżonn riżorsi finanzjarji mhux se ngħidlek mingħajr limitu, però qawwija ħafna. X'jinvolvu dawn l-ispejjeż fost oħrajn? Jien għandi tifla tilgħab it-tennis, u tifel jilgħab il-futbol, u nista' ngħidlek li m'hemmx paragun bejniethom. L-ispiża tal-futbol hija ftit ħafna, meta kkumparata ma' dik li tinvolvi t-tennis. Il-media f 'Malta kemm tagħti exposure lit-tennis jew tagħmel biss dan waqt tournaments prinċipali bħal mhuwa l-Malta Open? Jien minn hawn nixtieq nirringrazzja ħafna lill-ġurnalisti sportivi, għaliex huma dejjem taw l-importanza dovuta lit-tennis. Mhux se nikkumparah mal- futbol. Jien li naf id-dinja tal-isport kollha anki minħabba l-exposure ta' missieri Lino Farrugia Sacco. Missieri ovvjament esponieni għad-dinja tal- isport kollha. Nista' ngħidlek li l-futbol waħdu huwa nofs dik id-dinja waħdu - daqshekk huwa kbir, imma ovvjament għandi esperjenza fil-futbol, allura nista' nagħraf ħafna affarijiet tal-futbol. L-uniku diżappunt li għandi, u se ngħid dan mhux b'mod ġelliedi, iżda ngħidu biex nesprimi diżappunt. It- tennista ferm żagħżugħa Maltija Helene Pellicano rebħet il-European Masters tat-Tennis, u lanqas biss intgħażlet għall-unuri tal-Isportivi Nazzjonali. Biex ngħid hekk, m'hemmx fejn iktar li tennista junior jista' jilħaq. Dan hekk kif ma jeżisti l-ebda titlu iktar importanti fid-dinja li tennista tista' tirbaħ ta' dik l-età. Dan għax Kampjonati Mondjali tat-tennis ma jsirux ta' dik l-età, il- Kampjonati tal-Juniors ta' Wimbledon jieħdu sehem fihom tennisti mill- kategorija tal-Under 18s, jiġifieri fil-kategorija tat-tennis li fiha tieħu sehem Helene Pellicano rebħet l-iktar avveniment importanti Open fejn fih ikkompetew tennisti Russi, Ġermaniżi, Spanjoli, Taljani u Franċiżi, fost oħrajn. Jiġifieri, jekk int tirbaħ dak li huwa l-ogħla titlu fil-livell tat-tennis ta' dik l-età u xorta waħda ma tintgħażilx, ifakkarni f 'dak li kien l-eksplejer leġġendarju ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan, Paolo Maldini, li meta kien tela' fil-finali tat-Tazza tad- Dinja mal-Italja kontra l-Brażil, kien rebaħ il-UEFA Champions League u l-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja lura fl-1994, kien qal li jekk speċjalment difensur ma jirnexxilux jirbaħ il- 'Ballun tad-Deheb', meta jkun rebaħ dawn l-unuri kollha f 'sena waħda, ma jirbħu qatt! Dan għalkemm ftit wara, eżattament fl-2006, id-difensur Taljan Fabio Cannavaro, kien rebaħ 'Ballun tad-Deheb'. Biex immur lura għall-każ ta' Helene Pellicano, m'hemmx unuri iktar importanti li din setgħet tirbaħ u bl-ikbar responsabbiltà nista' ngħidlek li qatt mhu se jkun hemm xi ħadd Malti, li se jirnexxielu jilħaq dan it-tragward personali. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem, li l-fatt li isem Helene Pellicano ma kienx fil-lista finali tal-Isportivi tas- Sena, ma kienx żball tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Però, nista' nifhem li l-ġurnalisti sportivi f 'Malta jridu isegwu 48 dixxiplina sportiva differenti. Fl-aħħar ġimgħat, id-dinja tat-tennis inħasdet b'każijiet ta' korruzzjoni fit-tennis internazzjonali li kienet sorpriża minn ħafna li kienu jaħsbu li l-korruzzjoni kienet ineżistenti fit- tennis. Temmen li teżisti l-korruzzjoni fit-tennis kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u jekk teżisti kemm taħseb li din hi kbira? Ngħidlek li jekk teżisti, din hija kważi ineżistenti. Li nemmen li teżisti ftit, hija li meta jiġu ċerti logħbiet, jista' jagħti l-każ li ċerti plejers forsi ma jilagħbux bl-aħjar mod li bih kellhom jilagħbu però peress li aħna determinati li l-isport tat-tennis huwa nadif, naħseb li mal-ewwel urejna d-diżappunt tagħna meta ġraw dawn l-affarijiet, bħal meta pereżempju tiġi l-aħħar logħba u ma tilgħabx ħalli forsi sieħbek jista' javvanza fit-tournament li jkun qed jieħu sehem fih, s'hemmhekk li jista' jiġri rigward dan. Però xiri ta' logħob u dawn l-affarijiet, nemmen li ma jeżistux fit-tennis f 'Malta. Barra minn Malta, naturalment l-interessi finanzjarji fit-tennis huma kbar u t-tennis huwa sport, li fil- verità meta tara plejer ta' ċertu livell jilgħab kontra plejer ieħor, ħafna inqas ikkwotat, ikun hemm ħajra iktar għal betting, jiġifieri nista' nifhem ħafna iktar din il-problema fil-livell internazzonali tat-tennis, għax kulħadd jaf min huma l-plejers tajbin, allura huwa faċli ħafna, li jkollok dak it-tip ta' betting. Temmen li fil-futur, għad jasal żmien meta tennista f 'Malta, jgħix esklussivament permezz tat-tennis? Bl-eċċezzjoni tat-tennista Helene Pellicano, li għad għandha 13-il sena, ma nara lil ħadd li tabilħaqq jista' jagħmilha, għas-sempliċi raġuni, li jekk int ma tkunx ilħaqt għamiltha sal-età ta' 16 jew 17-il sena. Jien għandi idea sew ta' kemm qed jonfqu flus il-ġenituri tagħha biex ituha l-mezzi neċessarji - nista' ngħidlek li hija somma fenomenali biex hi jkollha karriera professjonali tat-tennis, fejn bħalissa tinsab tgħix ġewwa Sanremo, fl-Italja. Huma qed jinvestu bis-sħiħ fiha. Jekk ma jsirx dan l-investiment fiha, hija ma timxix 'il quddiem u żgur li m'għandhiex ċans tagħmilha. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis ftit tal-ġimgħat ilu, kont għadek kemm ġejt ikkonfermat bħala president ta' din il-Federazzjoni għal terminu ieħor ta' erba' snin, wara li ma ġejtx ikkontestat minn ħadd. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'din il-kariga? Il-prijorità assoluta għalija bħalissa, bħala President, huwa ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis ta' Malta, li jinsab Pembroke, u li se jkun viċin tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, però nixtieq nara wkoll titjib f 'numru ta' tournaments tat-tennis li jsiru f 'Malta li jkunu aktar strutturati u iktar organizzati. Aħna m'għandna l-ebda kwartieri u biex nagħmlu l-laqgħat tagħna bħala Federazzjoni, ikollna niltaqgħu jew fl-uffiċċju tiegħi tax- xogħol, jew inkella għand xi klabb lokali partikolari tat-tennis. Bħala President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess kemm f 'Malta, kif ukoll barra minn xtutna. It-tennis huwa sport li l-ewwelnett huwa wieħed nadif kif tkellimna qabel. Huwa sport li m'għandux l-ikrah tiegħu, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' injuries, bħal mhuwa pereżempju 'contact sport'. Rigward injuries, it-tennis jinvolvi injuries fiziċi, imma ovvjament il-fatt li mhuwiex 'contact sport' ifisser li jinvolvi inqas injuries minn sport ieħor - l-inċidenza hija ħafna inqas. Huwa sport li tista' tibqa' tilagħbu u tipprattikah tul ħajtek kollha. Huwa sport li permezz tal-kowċing, tista' tgħix ħajja tajba ħafna permezz tiegħu, allura naħseb li huwa sport attraenti ħafna. "Nixtieq nara titjib f 'numru ta' tournaments tat- tennis li jsiru f 'Malta li jkunu aktar strutturati u iktar organizzati" Twieled San Ġiljan fl-1977. Huwa l-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Viċi-President ta' Ħamrun Spartans. Ġie kkonfermat bħala President ta' din il- Federazzjoni għal terminu ieħor ta' erba' snin, wara li ma ġie kkontestat minn ħadd. Għandu proġetti u ambizzjonijiet kbar fit- tmun ta' din il-kariga. Ilu Avukat għal dawn l-aħħar 15 -il sena, u fl-2013 rajnieh ukoll jieħu sehem fil-Kampanja Elettorali. David Farrugia Sacco

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016