Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016| illum 5 Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 KELLIEM għall-Minsteru tad-Drittijiet Ċivili, Affarijiet tal-Konsumatur u Djalogu Pubbliku spjega ma' din il- gazzetta kif din l-esperjenza hija waħda biss mid-diversi realtajiet li l-Gvern iltaqa' magħhom meta tkellem ma' persuni li jikkoabitaw. Huwa spjega wkoll kif l-għan tal-Gvern, bl-abbozz ta' liġi li għadu kif kien ippreżentat, huwa s-serħan il-moħħ, "lil dawk li konxjament u bħala adulti jidħlu f 'relazzjoni simili." Din it-tip ta' leġiżlazzjoni ilha tkun imwiegħda għal snin sħaħ. Fil-fatt, kien il-Partit Nazzjonalista li wegħedha fil- manifest elettorali tiegħu lura fl-1998, xejn inqas minn 18-il sena ilu. Se jingħata ċ-ċans li titlob id-dritt ta' koabitazzjoni bil- Qorti Il-Gvern qed jipproponi li jissaħħu jdejn persuni, bħall- Maria, li jkunu f 'relazzjoni fejn il-parti l-oħra ma tkunx trid tidħol f 'kuntratt ta' koabitazzjoni. Fil-fatt, l-abbozz qed jipproponi li din ikollha l-faċilitá li tibgħat ittra uffiċjali lill-Qorti u li fiha titlob li tingħata d-drittijiet u jkollha d-dmirijiet kollha li qed jissemmew f 'din il-liġi. Il-liġi tesiġi li biex koppja tidħol f 'dan it-tip ta' arranġament, trid tkun ilha tikkoabita għal minn tal-anqas sentejn u l-ebda parti ma jista' jkollha anqas minn 16-il sena. Dan apparti lista sħiħa ta' drittijiet li meħudin flimkien se jkunu qed jagħtu lill-koppja li tagħżel li tikkoabita drittijiet kważi ugwali għal dawk li jidħlu fi żwieġ jew f 'Unjoni Ċivili. Din il-liġi se tkun qed tgħodd biss għal dawk li huma koppja, kemm jekk eterosesswali, kif ukoll jekk omosesswali. Mhux se tkun qed tapplika iżda għal ħbieb jew żewġ persuni li huma aħwa. Il-liġi li qed jipproponi l-Gvern, tagħti drittijiet kważi daqs tal-miżżewġin u l-unjoni ċivili Ma tistax tidħol f 'kuntratt ta' koabitazzjoni jekk għandek inqas minn 16-il sena Dritt li tkun eżenti milli tagħti xhieda l-Qorti kontra l-koabitant l-ieħor Dritt li tiddeċiedi dwar il-kura medika tas-sieħeb/sieħba tiegħek Id-dritt li t-tfal ta' waħda mill-partijiet jgħixu fl-istess dar irid ikun indikat fil- kuntratt . Il-koabitant għandu jkun meqjus bħala 'membru tal-familja f 'każ ta' tiġdid ta' kiri ta' raba' L-istess drittijiet relatati ma' xogħol u familja bħal dawk fiż-żwieġ u f 'Unjoni Ċivili Kuntratt ta' koabitazzjoni jintemm f 'każ ta' mewt, f 'każ ta' ftehim bonarju u permezz ta' rikors fil-Qorti. Dritt li titħallas il- pensjoni tal-invalidità jekk il-koabitant ikun qed imantni lis-sieħeb. Dritt tal-pensjoni tar- romol u tal-età Tista tidħol f 'dan il-kuntratt jekk tkun ilek tikkoabita iktar minn sentejn Dritt li tgħix fid- dar li kont taqsam mas-sieħeb f 'każ ta' mewt 2 Years Dritt ta' benefiċċji soċjali bħala 'foster carer'. Dritt għal-leave tal-maternità u tal-għajnuna għall- mard. Dritt ta' allowance għat-tfal. F'każ illi relazzjoni tintemm trid tindika kif se jinqasmu l-assi u d-djun u min se jieħu kustodja tat-tfal. € THE END Il-liġi se tgħodd għall-koppji, mhux ħbieb jew aħwa