Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet NOTIFIKAZZJONI MAĦRUĠA SKONT ID-DIRETTIVA DWAR POSTIJIET GĦAL SWALI GĦAL- LOGĦOB Referenza tagħna: LGA/GDR/CL3/29/2011 - 34 1 ta' Marzu, 2016 Johann Schembri IZIBET, Misrah Summit, Birzebbuga. L-Awtorita' Maltija dwar il-Logħob (minn hawn 'il quddiem l-'Awtorita'') b'dan qegħda tinnotifika lill- pubbliku li tat l-approvazzjoni tagħha sabiex tinfetaħ sala għal-logħob fl-indirizz hawn fuq indikat. Minkejja dan, din l-approvazzjoni għadha soġġetta għar-reviżjoni finali tal-applikazzjoni mill-Awtorita'. L-Awtorita' tinnotifika lill-pubbliku li, sa 20 ta' Marzu, 2016, kopji tal-applikazzjoni, pjanti u dokumenti oħra jintwerew, bl-appuntament, fl-uffiċċju tal-Awtorita' waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju (jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra il-festi pubbliċi) bejn id-9 ta' filgħodu u l-4 ta' wara nofs inhar). Kull persuna tista' toġġezzjona għall-ftuħ ta' din is-sala għal-logħob iżda tali oġġezzjoni tista' issir biss għal raġunijiet fejn ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Postijiet għal Swali għal-Logħob. Din id-Direttiva tista' tinstab fuq il-websajt tal-Awtorita' www.mga.org.mt L-Awtorita' taċċetta biss oġġezzjonijiet bil-miktub u li jaslu sa mhux aktar tard mill 20 ta' Marzu, 2016. L- oġġezzjonijiet bil-miktub għandhom jew jintbagħtu lill Malta Gaming Authority, Building SCM02-03, Level 4, Smart City Malta, Ricasoli - SCM 1001 jew b'e-mail fuq objections.mga@mga.org.mt L-oġġezzjonijiet għandhom jikwotaw ir-referenza tagħna u għandhom jinkludu d-dettalji tal-persuna li tkun qegħda tagħmel l-oġġezzjoni, fosthom l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' fejn tista' tiġi kkuntatjata. L-Awtorita' sussegwentament tikkonsidra l-oġġezzjonijiet li tirċievi fiż-żmien stipulat u tipproċedi skont il-każ. L-AWTORITA' MALTIJA DWAR IL-LOGĦOB Il-Labour mistenni jirritalja u d-deni elettorali jitla' Tkompli minn paġna 1 IR- raġuni għal dan minħabba li min se jokkupa l-kariga huwa mistenni li ma joqgħodx lura milli jimponi r-rekwiżiti kollha meħtieġa fuq kull Ministru. Sorsi nfurmati qalu lill- din il-gazzetta li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jara dan il-każ bħala wieħed li biddel l-istrateġija tal-Partit Laburista, b'enfasi akbar fuq dak li huwa meqjus bħala pożittiv. Fil- fatt, numru ta' billboards li twaħħlu fit-toroq mill- PL jitkellmu dwar il-livelli baxxi ta' qgħad u ż-żieda qawwija tan-nies fid-dinja tax-xogħol, f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs. Fl-istess ħin iżda, l-ILLUM hija nfurmata li l-Partit Laburista qed iħejji wkoll strateġija aktar aggressiva fil-konfront tal-Partit Nazzjonista u li mistennija tibda taqbad aktar momentum fil-ġimgħat li ġejjin. Dan mistenni jtella' t-temperatura elettorali fix- xhur li ġejjin u timmarka ġirja ħafna itwal għall- elezzjoni ġenerali. Din il-gazzetta kienet irraportat nhar l-14 ta' Frar li għadda li l-elezzjoni li jmiss hija ppjanata li ssir lejn l-aħħar parti tal-2017. Il-Partit Laburista, mill- bieraħ stess beda joħroġ informazzjoni li ġiet f 'idejh dwar laqgħa li saret nhar it-Tnejn li għadda. L-istazzjon ONE, ilbieraħ żvela kif il-kampanja tal- PN qed titmexxa minn Richard Cachia Caruana, mid-dar tiegħu stess u li se tkun iffukata fuq il-bżonn li jsiru numru ta' protesti partiġġjani simili għal dak li kien isir qabel l-1987. Skont ir-rapport ta' ONE News, l-għan ta' dan huwa li tkun iddistabbilizzata l-ekonomija tal-pajjiż. Jidher li fil-laqgħa li kienet diskussa l-istrateġija tal-PN, kien hemm il-viċi Kap tal- PN Beppe Fenech Adami, magħruf għall-agressivitá politika tiegħu, l-eks- Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u Richard Cachia Caruana. Sorsi viċin il-Partit Laburista qalu lill-ILLUM li dalgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista mistenni jitkellem u jindika dawn l-aħħar żviluppi. L-elezzjoni fadlilha madwar sentejn imma l-billboards diġá qed jinbtu Issa anke l-Labour tella' l-placards Il-Ġermanja u Malta l-aktar żewġ pajjiżi b'ottimiżmu ekonomiku fl-Ewropa FID-DAWL tar-riżultati pożittivi li qed jikseb pajjiżna bħalissa, l-Ewrobarometru ppublika studju li juri kif il-Maltin u l-Ġermaniżi huma l-aktar żewġ popli pożittivi dwar l-andament ekonomiku. Fil-fatt dan huwa riflessjoni tal-fatt li pajjiżna qed jirreġistra riżultati tajbin ħafna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' qgħad, impjiegi kif ukoll tkabbir fil- prodott Domestiku Gross. Minn dawk li rrispondew għall-istudju tal- Ewrobarometru, 85% tal- Maltin qalu li huma pożittivi dwar l-andament ekonimiku bħalissa, żieda mill-81% lura fl-2014.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016