Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Feature In-nisa li biddlu l-istorja minn Veronica – Lynn Mizzi KEMM jekk fil-qasam tax- xjenza, letteratura, moda, politika, jew drittijiet, in- nisa dejjem urew x'saħħa u influwenza kellhom u kemm kienu kapaċi jibdlu d-dinja ta' madwarhom. Sa minn żmien Kleopatra, sa Coco Chanel u Madre Teresa in-nisa kienu pijunierei fil-ħsieb u fil-bidla, anke jekk għal xi żmien oppressati u mċaħħda minn drittijiethom, kienu huma stess li qamu fuq saqajhom u ġġieldu biex dak li hu tagħhom, bħall-vot, jingħatalhom. Għalhekk, sabiex jitfakkar Jum il-Mara iktar tard dan ix-xahar, ILLUM għażlet 10 nisa li għalkemm minn oqsma u żminijiet differenti, wrew li kellhom xi ħaġa komuni, li kienu kapaċi jbiddlu l-affarijiet u jħallu impatt, mhux biss fuq is-soċjetá kontemporanja tagħhom imma anke fiż- żminijiet ta' wara. Joan of Arc Coco Chanel Il-ġellieda Franċiża Joan of Arc, li għexet fis-seklu 15, tibqa' magħrufa l-iktar għall-qlubija tagħha meta kienet tilbes ta' raġel u tmur tiġġieled. Kienet wissiet lir-re ta' dak iż-żmien biex jieħu kontroll hu jiġġieled lill-Ingliżi. Kienet iġġieldet sakemm darba nqabdet u nbiegħet lill-Ingliżi li ħarquha għax qalu li kienet saħħara. Joan of Arc kellha tiġi maħruqa tliet darbiet għaliex intqal li fl-ewwel żewġ okkażjonijiet, kienet baqgħet ħajja u kienet biss belgħet ħafna dħaħen. Joan of Arc twieldet f 'familja fqira u sa minn etá żgħia, jintqal li kien ikollha dehriet minn Alla jgħidilha biex tieħu ħsieb il-poplu Franċiż u tbiegħdu mill-għadu. Saret qaddisa fl-1920 u hi waħda mill-qaddisin protetturi ta' Franza. Marie Curie Ix-xjentista Marie Curie tibqa' magħrufa għar-riċerka importanti tagħha fil- qasam tal-radjoattivitá, u għaliex għolliet isem in-nisa f 'qasam bħax-xjenza. Marie Curie kienet Pollakka u sa mill- bidu wriet eċċellat fl-istudji tagħha u ħadmet biex tkun tista' tgħallem nisa Pollakki oħra li kienu bi ftit jew xejn edukazzjoni. Kienet bdiet tinteressa ruħha fl-oqsma tal-Kimika u l-Bioloġija, peró l-opportunitajiet fil-Polonja kienu limitati. Għaldaqstant, marret Pariġi u kompliet bl-istudji tagħha fil-Fiżika u l-Matematika fejn kompliet teċċella. Hemmhekk, iltaqgħet ma' Pierre, li iktar tard sar żewġha. Flimkien miegħu, Curie skopriet diversi elementi radjoattivi, li wasslu għal x-rays u radjoterapija. Ta' 38, Curie spiċċat armla b'żewġt itfal, peró baqgħet għaddejja bil-ħidma tagħha. Irnexxielha tirbaħ żewġ premijiet Nobel għall-ħidma tagħha, imma dan is-suċċess ġab miegħu kritika u suspett minn dinja xjentifika li kienet iddominata mill-irġiel. Mietet fl-1934 minn kanċer, li kien wasal minħabba li kienet esposta għal ħafna radjazzjoni. Pijuniera tal-moda u d-disinn, Coco Chanel għenet biex tinbidel l-idea tal-ilbies tan-nisa dak iż-żmien. L-idea kienet li l-ilbies tan-nisa għandu jkun skomdu u imprattiku, l-aqwa li jkun jogħġob lill-irġiel. Fil- fatt, Gabrielle Bonheur Chanel, li huwa l-isem propju tagħha, irnexxielha tbiddel il-mentalitá fuq diversi ħwejjeġ fosthom il- kurpett u d-dbielet kbar. Kienet hi ukoll, li kontra kull idea, introduċiet il-qliezet u s-'suits' għan- nisa meta ddisinjat varjetá ta' ħwejjeġ eleganti imma komdi fl-istess ħin. Dan il-kambjament li ġabet Chanel wasal fi żmien importanti għan-nisa madwar id-dinja meta xi nisa bdew jingħataw il-vot, u bdew jiżdiedu n-nisa fid-dinja tax- xogħol. Chanel kienet Franċiża, u kienet l-unika disinjatriċi li daħlet fil- lista tal-magażin TIME tal-aktar 100 persuna influwenti tas-seklu 20.