Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 9 Feature l-istorja u li biddlu d-dinja Madre Teresa Is-soru ċkejkna kellha ħolm kbir, u riedet tbiddel id-dinja billi tgħin persuna, persuna. Madre Teresa dejjem insistiet li riedet tgħin lill-ifqar fost il-fqar, u dan għamlitu billi ta' 18-il sena ingħaqdet mas-sorijiet ta' Loreto fl-Irlanda, u minn hemm telqet lejn Kalkutta fl-Indja, fejn kompliet tqatta' ħajjitha. Fl-Indja kienet saret għalliema u anke saret il-prinċipal ta' skola tal- bniet. F'Kalkutta waqqfet is-Sorijiet Missjunarji tal-Karitá, li bdew jilbsu l-ilbies li hi tant baqgħet magħrufa għalih: il-libsa bajda bil-velu b'burdura blu. L-għan tagħha kien li tgħin u tieħu ħsieb lil dawk fil-bżonn, u dawk li ma kellhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom. Madre Teresa ingħatat il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1979 għall-ħidma tagħhha mal-foqra, fejn ma kinetx attendiet imma talbet li l-flus jingħataw lillfoqra. Hi mietet fl-1997 u tisab fil-proċess biex issir qaddisa. Isem li forsi mhux magħruf daqt attivisti oħrajn bħal Martin Luther King Jr. jew Nelson Mandela, iżda ċertament kienet pijuniera fid-drittijiet ċivili, tant li hi meqjusa bħala 'omm id-drittijiet ċivili moderni'. Tibqa' l-iktar famuża għall- episodju importanti meta bħala mara sewda, irrifjutat li fuq xarabank, iċċedi postha lil raġel abjad. Hi kienet ħallset il-biljett u poġġiet fl-ewwel filliera tal-parti ta' wara tal- karozza, li kienet il-parti fejn setgħu jpoġġu l-persuni suwed, u wara li l-parti tal-bojod imtliet, ix-xufier qalilha biex tqum u tagħti postha lill- bojod. Minħabba f 'hekk, ġiet arrestata u ttellgħet il-Qorti. Każ li instiga protesti kbar kontra d-diskriminazzjoni razzjali fl-Amerika, li kienu mmexxijja minn ħadd ħlief Martin Luther King Jr. Wara dawn il-protesti, Rosa Parks saret ikona u kelliema għad- drittijiet ċivili fl-Amerika. Mietet ta' 92 sena, fl-2005. Rosa Parks Anne Frank Malala Yousafzai Din it-tifla ta' 14-il sena, setgħet faċilment saret numru ieħor fl-istatistiċi tal-vittmi tal-Olokawst, li kieku ma kienx għad-djarju tagħha li ġie ppubblikat minn missierha wara mewtha. Anne Frank kienet iddokumentat il-ħajja tagħha u tal-familja Lhudija li għexet iż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-moħbi tal- Ġermaniżi. Fid-djarju tagħha, hi tirrakonta d-diffikultajiet li affaċjat il-familja, u kif kienet il-ħajja dak iż-żmien. Il-familja kollha tagħha, għajr għal missierha, mietu f 'kampijiet ta' konċentrament differenti, ftit qabel ma nħelsu l-priġunieri. Id-djarju ta' Anne Frank li huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar 'bestsellers', spiss jintuża bħala simbolu ta' kif persuni innoċenti jispiċċaw ibatu l-intolleranza u l-persekuzzjoni. Għalkemm għad għandha 18-il sena, Malala diġà hija sinonima ma' kampanji favur id-drittijiet tal-bniet u nisa u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-edukazzjoni. Minħabba l-kampanji tagħha dwar dan, hi kienet fil-mira ta' militanti tat-Taliban fil-Pakistan, fejn daħlu fl-iskola grupp ta' nies armati staqsew għaliha, inkella kienu jisparaw lil kulħadd, u sparawlha tir mill-viċin. Fortunatament, irnexxielha ssalva minn dan l-attakk u xejn ma xejjen il-ħidma tagħha biex titkellem favur id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt għall-edukazzjoni. Malala, li twieldet fil-Pakista hi bint poeta li għandu numru ta' skejjel pubbliċi, u fil-fatt hu stess huwa persuna li jitkellem favur l-edukazzjoni għal kulħadd. Malala diġà rebħet bosta unuri għall- ħidma tagħha, fosthom il-premju Nobel għall-paċi fl-2014. Benazir Bhutto tibqa' magħrufa bħala l-ewwel mara eletta biex tmexxi pajjiż Musulman, fil-fatt kienet il-Prim Ministru tal-Pakistan għal ħames snin. Minkejja dan, it-triq għat-tmexxija tal- pajjiż ma kinetx waħda faċli għaliex minħabba li l-familja tagħha kienet kontra t-tmexxijja tal-pajjiż f 'dak iż-żmien, għaddew minn perjodu ta' 'house arrest' u iktar tard, hi ġiet mitfugħa f 'iżolament fid-deżert. Dan xorta waħda ma żammx lil Benazir milli tifforma partit u toħroġ għall-elezzjoni, u fil-fatt telgħet u saret Prim Ministru. Iżda, 20 xahar wara, tneħħiet mill- kariga għaliex ġie allegat li kien hemm xi korruzzjoni. Fl-1993 reġgħet ġiet eletta imma tneħħiet iktar tard fuq allegazzjonijiet simili. Minħabba f 'hekk, telqet għal xi żmien mill-pajjiż, iżda meta rritornat biex tgħin fil-kampanja elettorali tal-2008, ġiet maqtula. Wara mewtha, hi ġiet nominatat bħala waħda mir-rebbieħa tal-Premju għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Benazir Bhutto

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016