Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Intervista 'Laburista twelidt, u V oċifera u ribelluża. Kelma ma żżommix fl-istonku. Definittivament mhux qed tagħti pjaċir lil ħafna Laburisti bħalissa u ħarqet ħafna pontijiet mal-Gvern u mal-Partit Laburista. Imma Marlene Farrugia għalfejn qed tiġġudika lill-Gvern daqshekk negattivament? X'taħseb dwar l-aħħar żviluppi fil-Partit u fuq dawk relatati ma' Konrad Mizzi? U Marlene hija mara bitter? Mara li għax ma waslitx fejn riedet u ma ħaditx xi Ministeru qed tirribella u tiġġieled għall-attenzjoni? L-ILLUM intervistat lil Farrugia u bdiet mill-ewwel billi preżentat lista ta' suċċessi ekonomiċi li qed jikseb pajjiżna bħalissa. Qgħad mill-aktar baxx f 'iktar minn 20 sena, turiżmu rekord, defiċit nieżel, rekord ta' xogħol, ekonomija li qed tikber u li Malta hija fost l-aktar tliet pajjiżi b'saħħithom madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Iva possibbli dwar dan, m'għandha xejn xi tgħid Marlene? Tibda mill-ewwel billi tgħid li hi tirrikonoxxi r-riżultati ekonomiċi li qed jikseb pajjiżna. "Illum għandna Gvern ġdid, b'enerġija ġdida, realtajiet ġeo-politiċi ġodda li qed jgħinu lit-turiżmu, flimkien mat-tmexxija bilgħaqal ta' Edward Zammit Lewis f 'dan is-settur." Farrugia tfakkar li, "Għandek ħafna investituri li qed jinvestu fil-proprjetá, u iva nirrikonoxxi dan kollu, anke jekk hemm fejn għandna ntejbu, fosthom fil-prekarjat." Imma din mhux il-Marlene li sa ftit jiem qabel ma saret din l-intervista kitbet status mill-aktar aħrax u kritiku kontra l-Gvern. Allura jekk taħseb li sar progress u saru affarijiet tajbin, għalfejn dejjem iddoqq il-qanpiena negattiva u kritika? Għalfejn meta taqra status minn tagħha fuq Facebook tibda tħossok qisek qed tgħix f 'pajjiż li se jikkollassa? Demokrazija żero? Imma Farrugia terġa' taċċerta li hi ssemmi kollox, anke l-pożittiv. "Ara kemm nistgħu nagħmlu aħjar kieku nirranġaw il-kwistjoni ta' governanza." F'dan il-punt Farrugia tgħid xi ħaġa li tfakkarna f 'li kienet qalet il-Ħadd li għadda stess meta fetħet il-bibien ta' kritika fuq il-Gvern. "Tant imxejna 'l quddiem li qiegħda nitkellem b'kull libertá." Imma mhux hekk insinwajt, l-aħħar li tkellimt, tfakkar l-ILLUM. Lil hinn mil-libertajiet, int għidt li bħalissa għandna "Demokrazija 0." "Demokrazija żero," twieġeb mill- ewwel Farrugia "għax meta għandek partit li jrid iġedded jew jeħtieġ li jiġġedded, imbagħad f 'radda ta' salib, Toni Abela spiċċa u f 'radda ta' salib inbidel l-istatut biex kellna kandidat wieħed, inkunu għamilna l-istess bħan- Nazzjonalisti. Tiftakar kemm għidna li Gonzi jiġri waħdu?" Kollox kien jiġi quddiemna lest Farrugia tkompli tispjega kif, skont hi, mhux l-ewwel darba meta kienet għadha MP Laburista "li kollox kien jiġi quddiemek b''fait accompli'. Mela l-poplu eleġġiena biex ngħidulu 'hekk se jsir'? Jew eleġġiena biex nargumentaw u niddiksutu u imbagħad nieħdu deċiżjoni? Imma 'fait accompli' meta l-Gvern qed jagħmel konsultazzjoni fuq kull liġi? L-ILLUM tfakkar, li sa dakinhar stess li saret l-intervista, l-Gvern fetaħ proċess ta' konsultazzjoni dwar il-liġi ta' koabitazzjoni. Imma Farrugia mhux impressjonata bl-argument. Dan il-Gvern jagħmel konsultazzjoni finta "Dan il-Gvern, bħal kampanja li għamel qabel l-aħħar elezzjoni, għandu l-kapaċitá li jagħmel kollox tajjeb f 'dak li jirrigwarda d-dehra. L-ippakkeġjar qatt ma kien difettuż. Jekk ikun hemm bżonn ta' 10 ġimgħat konsultazzjoni daqshekk ikun hemm." Jiġifieri x'qed tgħid eżatt? Qed tgħid li l-konsultazzjoni li jagħmel il- Gvern hija finta? "Le," tgħid Farrugia, imma mill-ewwel tisħaq li fejn kellha x'taqsam hi fis-settur tal-ambjent, għalkemm tkun saret il-konsultazzjoni, "ħadd ma jkun ta każ, u jkollna nerġgħu nibdew mill-bidu u għalhekk kienu jiġu fil-kumitat li kont imexxi jien." Allura qed tallega li l-konsultazzjoni kienet finta, terġa tgħid l-ILLUM. Farrugia twieġeb li l-Gvern jagħmel "fattih, they hear but they don't listen." L-għażla ta' Konrad hija frott biża'. X'biża' hi? Nerġgħu naqilbu d-diskors fuq l-allegazzjoni tagħha ta' "demokrazija 0." Għalfejn qed tgħid hekk Marlene? Ma riditx li Mizzi jsir Deputat Mexxej? Kellha xi ħadd ieħor f 'moħħha għall- istess kariga? U jekk il-Partit Laburista mhux demokratiku, skont ma qalet hi stess, mela x'inhu? Farrugia tibda billi tmur lura għall- elezzjoni ta' tmexxija ġdida tal-PL, fl-2008. Hija tgħid li kien hemm proċess sħiħ biex anke d-delegati jkunu konformi ma' idea jew linja ta' ħsieb waħda. Tfakkar li għalhekk, hi kienet minn ta' quddiem biex jivvutaw il- membri tal-partit ukoll. "Kieku l-PL ried juri li bħala partit qed ninfetħu, kien jiftaħ l-possibilitá li jieħu sehem kull min xtaq. Imma mhux talli ma ftaħniex biex nikkompetu u jkun hemm kuntest, talli biddilna l-istatut u kkontestat persuna waħda biss." Imma għalfejn, skontha, il-partit ried lil Konrad Mizzi? "Staqsi lil Muscat," tgħid pronta Marlene. Li nista' ngħid huwa li l-għażla turi element ta' biża'." 'Biża' minn xiex?', nistaqsuha. "Biża' li tiftaħ. Apparti l-portafoll li għandu Mizzi, tinsiex li t-tim Konrad u Joseph, jaħdmu tajjeb flimkien. Imma hemm tant nies kapaċi fil-Labour, anke nies barra l-partit, għalfejn ma kellniex il-ħila nagħżlu lil xi ħadd ieħor li jista' jiffoka fuq il-partit? Stajna għażilna wiċċ ġdid." Kieku int kellek possibbiltá li tinnomina persuna għal Deputat Mexxej, lil min kont tagħżel? "Kelli lil xi ħadd f 'moħħi, imma ma nixtieqx ngħid min," twieġeb Marlene. Xi ħadd fil-Gvern? Tistaqsi l-ILLUM. "Le mhux parti mill-Gvern. Hemm ħafna nies kapaċi, lil din il-persuna qatt m'għiditilha għax tinsiex li l-affarijiet ġraw malajr. Lanqas ċans ma jtuk, tant ġraw malar. Dan kellu jkun il-waqt li nsaħħu l-partit, li huwa importanti biex jissaħħaħ il-Gvern. Imma kien hemm il-biża', li hija kontra n-natura ta' Muscat qabel l-2013." Wasalna biex insemmu l-kumpanija tal-Panama u l-aħħar kwistjoni li tefgħet lill-Gvern Laburista fi pożizzjoni imbarazzanti mhux ħażin. Imma l-ILLUM tistqasi jekk mingħajr din il-kwistjoni, tħossx li Konrad Mizzi huwa l-persuna idonea biżżejjed biex ikun Deputat Mexxej. Tinsisti, "Panama jew le, xorta ngħid li l-Partit Laburista tilef opportunitá. Konrad għandu ħafna fuq idejh b'portafoll daqstant importanti. Hemm ħafna nies oħrajn b'ideat friski." Kumpanija l-Panama: 'Ma jixraqx lil Ministru' Dwar il-każ tal-Panama, il-Gvern qed jargumenta li Mizzi kixef il-karti kollha u ddikjara kollox. Sejjaħ lill- ġurnalisti u wriehom id-dettalji kollha. L-argument huwa li ladarba għamel dan, m'hemmx problema. Peró fil- veritá, hemm jew m'hemmx problema? "Fuq livell pubbliku, iva hemm problema la Konrad Mizzi fettillu jew xi ħadd gwidah jew żgwidah biex jiftaħ kumpanija fil-Panama, li għal ħafna snin kienet blacklisted u li kienet u għadha assoċjata ma' ħasil ta' flus. Problema la fetaħha meta kien Ministru u meta kien inkarigat bl- aktar kuntratti b'saħħithom li jinvolvu mijiet ta' miljuni ta' ewro meta tlabna li diversi kuntratti jkunu ippublikati fl-intier tagħhom biex inkunu ċerti li qed nieħdu valur għal flus. Ladarba din feġġet meta kien hemm diversi mistoqsijiet dwar il-mawra l-Azerbajġan, ladarba minn tant postijiet kellu kumpanija l-Panama, mela iva problema, u le ma tixraqx lil Ministru." Imma għalfejn qed tpoġġi dawn il-kwistjonijiet flimkien? Qed tinsinwa li f 'dawn il-każi kien hemm il-ħmieġ? Jew qed tallega li xi flus marru għand xi ħadd? Attenta fi kliemha għax qed immissu ma' suġġett sensittiv, Farrugia tirrifjuta li qed tallega xi ħaġa. "Le, qed ngħid li ma jixraqx li Ministru ħass il- bżonn li jkollu kumpanija f 'tax haven rinomata u pajjiż li ntuża għal ħabi ta' flus għal tant snin. Safejn ħadem għalihom il-flus, sew jagħmel u dan għandu jagħti eżempju għal kull min għandu aspirazzjoni li jasal fil-ħajja. Imma la inti persuna pubblika, ma tistax tagħmel li trid, lanqas bl-affarijiet tiegħek. Inti trid iġġib rispett u ma tikkreax perċezzjoni ħażina tiegħek innifsek u ta' dak li tirrapreżenta" Kemm għamel ħsara dan il-każ lill- Partit Laburista? "Ħafna, għax ħalla perċezzjoni ħażina tal-Gvern. Kellna kwistjonijiet tal-garanzija bankarja għall-Electrogas, kif inbiegħet l-Enemalta u bosta mistoqsijiet oħrajn. Dawn kollha tefgħu dubji, imbagħad qamet din il-kwistjoni. Hawn tant għażliet, il- Panama kellu jagħżel?" Infakkarha li Mizzi qal li kien qed jimxi fuq pariri ta' konsulenti finanzjarji tiegħu, "mela għax xi ħadd tah parir jieħdu mill- ewwel?" 'Jekk iħobb lil Malta u lill-PL jirreżenja' 'Għandu jirreżenja l-Ministru Konrad Mizzi?' tistaqsi l-ILLUM. Iva, tkun ir- risposta pronta, "għax il-ħsara li saret b'din tal-Panama hija kbira." U minn Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Dan kellu jkun il-waqt li nsaħħu l-partit, li huwa importanti biex jissaħħaħ il-Gvern. Imma kien hemm il-biża' " "