Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

Ħ mistax ilu tkellimna dwar il-ftehim li kien għadu kemm intlaħaq bejn il- kapijiet tal-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea fit-18 u d-19 ta' Frar li għadda. Intqal ħafna diskors u kulħadd jaf li r-Renju Unit se ssejjaħ referendum sabiex il-pajjiż jiddeċiedi jekk jibqax membru tal-UE. Imma tajjeb li wieħed l-ewwel jara x'eżatt ġie maqbul tliet ġimgħat ilu fi Brussell. Qabel wieħed jagħmel hekk, tajjeb li wieħed ifakkar x'kienet il-qagħda attwali tar-Renju Unit fi ħdan l-UE qabel ma ntlaħaq il-ftehim li qed insemmu. Kif jgħid l-istess komunikat finali wara l-laqgħa ta' Brussell, ir-Renju Unit diġà għandu lista pjuttost estensiva ta' konċessjonijiet speċjali. Ir-Renju Unit mhuwiex obligat li jadotta l-euro u jabbanduna l-isterlina, mhuwiex obbligat li jadotta t-trattat ta' Schengen u jista' jkompli jattwa l-kontrolli fil-fruntiera kif kull min mar l-Ingilterra żgur jaf. Jista' jagħżel jekk jipparteċipax f 'miżuri dwar il-libertà, sigurtà u ġustizzja u mill-1 ta' Diċembru 2014, ingħata ukoll il-fakultà li ma japplikax il-maġġorparti ta' l-atti Ewropej fl-oqsma tal-koperazzjoni tal- pulizija u ġustizzja li daħlu fis-seħħ qabel it-Trattat ta' Lisbona filwaqt li għandu wkoll id-dritt li jagħżel jipparteċipax f '35 qasam ieħor. Barra minn hekk, il-Qorti tal- Ġustizzja Ewropea jew kwalunkwe Qorti tar-Renju Unit ma tistax tiddikjara xi inkonsistenza tal-liġi domestika tar-Renju Unit mal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li ġiet adottata permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Din il-karta tespandi d-drittijiet elenkati fil- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li r-Renju Unit hija ovvjament marbuta biha. Jekk dan kollu ma kienx diġà status speċjali tar-Renju Unit, mela ma nafx x'ikun. Ma kien hemm bżonn l-ebda ftehim ġdid sabiex ir- Renju Unit jakkwista dan l-istatus speċjali li donnu huwa daqshekk għażiż għall-Brittaniċi. Imma minkejja dawn il-konċessjonijiet kollha li r-Renju Unit akkwista matul is-snin, id-demonji tal- ewroxettiċiżmu Anglo-sassonu qatt ma sparixxew, anzi dejjem kibru. U l-ironija kbira u storika hi li min fl-1975 kien l-aktar favur is-Suq Komuni, illum hu l-aktar xettiku dwar l-UE u jixtieq jitlaq minnha, u viċi-versa. Fir-referendum tal-1975, il-Partit Laburista kien maqsum, u bosta membri tal-kabinett tal- Gvern ta' Wilson ikkampanjaw favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill- UE. Min-naħa l-oħra, il-Partit Konservattiv li kien fil-gvern meta r-Renju Unit daħal fis-Suq Komuni kien fil-maġġorparti favur li r-Renju Unit jibqa' membru. Dan minkejja li kellu kap ġdid fil- persuna ta' Margaret Thatcher. Illum is-sitwazzjoni nqalbet kompletament: il-Partit Konservattiv fil-Gvern huwa maqsum u bosta membri tal-kabinett kif ukoll ħafna backbenchers ħarġu apertament favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Mill-banda l-oħra, il- Partit Laburista u l-moviment trejdunjonistiku, bi ftit eċċezzjonijiet, huwa favur li r-Renju Unit jibqa' membru għalkemm għadu mhux ċar kemm se jikkampanjaw favur l-IVA f 'Ġunju li ġej. Fis-summit tat-18 u 19 ta' Frar, il-kapijiet tal-gvernijiet tal-UE laħqu ftehim li jidħol fis-seħħ biss jekk ir-Renju Unit jiddeċiedi li jibqa'membru. Jekk jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt li jitlaq taħt l-artiklu 50 tat-Trattat ta' Lisbona, il-ftehim imut mewta naturali. Waħda mill-konċessjonijiet li ngħata r-Renju Unit kien ir- rikonoxximent li mhijiex aktar marbuta għal aktar integrazzjoni politika fl-UE. Dan għandu jiġi inkorporat fl-ewwel reviżjoni li se ssir tat-Trattati tal-UE biex b'hekk jiġi ċċarat li r-referenzi kollha għall-għaqda dejjem akbar bejn il- pajjiżi membri tal-UE, ma tapplikax għar-Renju Unit. Din tidher li hija konċessjoni kbira għal Cameron imma bosta osservaturi jsostnu li mhijiex. Kif rajna, ir-Renju Unit diġà għandu bosta opt-outs mir-regolamenti, direttivi u strumenti Ewropej u għaldaqstant, kulma qiegħed isir hu li qed jiġi formalizzat il-fatt li l-Brittaniċi huma każ apparti u ma jridux jitpoġġew fl-istess keffa bħall-Ewropej l-oħra. U fuq kollox, xejn mhu se jżomm lir-Renju Unit milli jadotta l-miżuri li jaqbel magħhom. F'kelma waħda, ir-Renju Unit għandu sħubija li hija sa ċertu punt à la carte, għalkemm wieħed m'għandux jesaġera għaliex xorta se jibqa' marbut bil-maġġorparti tal-acquis komunitarju. Għax għalkemm Cameron innegozja d-dritt tal-mekkaniżmu, hekk imsejjaħ tal-karta l-ħamra biex jimblokka proposti tal- kummissjoni, dan japplika biss jekk 55% tal-parlamenti nazzjonali (ikkalkulat skond il-voti allokati lilhom) joġġezzjonaw għall-abbozz ta' att leġislattiv fi żmien tnax-il illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 JOE ELLIS Opinjoni 16 K ull tant ġimgħat, jiena nkun mgħajjat biex nattendi għall-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u kif ukoll tal-Kultura. Tal-ġustizzja huma iktar spissi għax f 'kull presidenza jkun hemm mill-inqas żewġ laqgħat, apparti konferenzi ad hoc li jiġu organizzati mill-pajjiż li jkun President tal- Kunsill. Tal-kultura huma inqas spissi, anke għaliex mal-kultura jiġu diskussi l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-Isport. Ma jfissirx però li dan ix- xogħol mhuwiex importanti jew ma jiddiskutix affarijiet serji. Anzi, jiġu diskussi affarijiet serjissimi bħax- xandir u kif nikkontrollaw il-'hate speech'. Qabel nitla', dejjem ningħata briefing mill-esperti Maltin li jitilgħu għal dawk li jissejħu 'working parties', u kif nitla', briefing ieħor min-nies li f 'Dar Malta jsegwu s-suġġett tal-ġustizzja jew tal- kultura. Irrid ngħid li s-sistema togħġobni fejn jidħlu kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea, għaliex l-esperti huma responsabbilizzati, jiffaċċjaw lil esperti oħra huma, jieħdu direzzjonijiet mingħandna fuq policies, però fl-aħħar mill-aħħar lill-politiku jagħtuh ritratt preċiż tas-sitwazzjoni kif inhi, u jkun hemm trail ta' kull stadju tad- deċiżjoni. Is-sistema, però għandha żewġ żvantaġġi: li l-proċess idum ħafna, u li tassorbi ħafna riżorsi umani. Hi diġà ddum, u aħna terġa' narawha li ddum it-tripplu għaliex imdorrijin bl-ispeditezza. Pajjiżi ġafna ikbar minnha jgħaddu mill-istess proċessi internament, speċjalment fejn hemm awtoritajiet federali. Kultant insaqsi jekk jagħmilx sens li kieku kellna nestendu elementi minnha għall-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f 'Malta. Mhux nikkuppjawha, għax ma tagħmilx sens, biss nistgħu nieħdu affarijiet minnha u naddattawha skont il- bżonn. Is-suċċess ta' pajjiżna jinsab fil-fatt li għandna politiċi li ma jibżgħux jieħdu d-deċiżjonijiet, u dawn jeħduhom f 'waqthom u bla dewmien. Ovvjament, hemm riskju li politiku jiġi espost jekk jirriżulta li din id-deċiżjoni setgħet kienet aħjar, u għalhekk, l-irwol tal-espert huwa importanti, basta dan ikun kapaċi jlaħħaq mar-ritmu spedit tal- politiku. Nhar il-Ġimgħa ltqajt ukoll mal- Kummissarju tal-Ġustizzja Vera OWEN BONNICI Ftit ħsibijiet Ewropej "Is-suċċess ta' pajjiżna jinsab fil-fatt li għandna politiċi li ma jibżgħux jieħdu d- deċiżjonijiet, u dawn jeħduhom f 'waqthom u bla dewmien" It-talbiet tar-Renju Unit X'inhu l-futur tar-Renju Unit fl-UE?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016