Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum Opinjoni 17 Jourova fejn tkellimna ftit dwar il-Presidenza. Mal-kummissjoni u sħabi l-Ministri bnejt rapport ta' ħbiberija ġenwina matul is- snin, anke għaliex issa ngħodd bħala wieħed mill-iktar li ili nattendi Kunsilli tal-Ġustizzja fost il-Ministri kollha. Il-parir li jagħtuni ħbieb ministri li kienu Presidenti hu, li ninvesti f 'esperti tajbin li kapaċi jaħdmu u jmexxu fil-livell ta' working parties. Dan il-parir żammejtu u qed niffurmaw tim ta' avukati ta' esperjenza u oħrajn żgħar biex iwettqu dan l-irwol. Kruċjali f 'dan kollu hi l-ħidma tan-nies tagħna f 'Dar Malta, li għad li huma żgħar fl-età, huma kbar fit-tagħrif li kisbu dwar id- diversi files. Jiena għandi seba' mitt sena biex f 'inqas minn għaxar xhur oħra nassumu l-Presidenza, u ninsab ħerqan ħafna biex immexxu 'l quddiem aġenda ambizzjuża kemm fis-settur tal-ġustizzja u anke f 'dak tal-kultura. Se naħdmu u nġibu r-riżultati, u nagħmlu lill-poplu tagħna kburi Waħda mill-aħħar laqgħat għall-Ministri tal-Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-UE ġimgħa minn meta jintbagħat. Tali mekkaniżmu huwa pjuttost diffiċli biex jitħaddem. Minħabba dan, il-kritiċi ta' Cameron ma mpressjonaw ruħhom xejn u qed isostnu li dan il-mekkaniżmu, bl-ebda mod ma jservi sabiex ir- Renju Unit jerġa' jieħu kontroll tad-destin tiegħu, waħda mit- talbiet prinċipali tal-ewroxettiċi. Ta' min isemmi wkoll li Cameron ma rnexxielux iwettaq waħda mill- wegħdiet tal-manifest elettorali tal-2010 u jiżgura li r-Renju Unit ma jkunx marbut mil-liġijiet soċjali u tax-xogħol Ewropej, xenarju li żgur kien ipoġġih f 'kunflitt mal- Partit Laburista u mal-moviment trejdunjonista. Talba oħra prinċipali tar- Renju Unit kienet fir-rigward tal-benefiċċji soċjali li jieħdu immigranti minn pajjiżi tal-UE fir-Renju Unit. Ir-Renju Unit huwa d-destinazzjoni ta' mijiet t'eluf ta' immigranti mill-kumplament tal- UE li qed jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija Brittanika. Tant li bosta organizzazzjonijiet ta' min iħaddem huma kontra l-Brexit u qed iwissu bil-konsegwenza ta' ħruġ mill-UE minħabba l-problemi għal min iħaddem biex isib ħaddiema f 'bosta oqsma. Madankollu, il-kwistjoni tal-benefiċċji non- kontributorji li dawn il-ħaddiema jirċievu hija waħda kontroversjali ħafna. It-talba prinċipali tar-Renju Unit li qabel ma jieħdu benefiċċji, l-immigranti mill-UE jkunu ilhom jgħixu u jħallsu t-taxxi tal-anqas erba' snin, sabet resistenza qawwija mill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant immexxijin mill-Polonja. Il- Brittaniċi riedu wkoll li ċittadini tal-UE ma jkunux jistgħu jieħdu benefiċċji minħabba li ma jaħdmux, u jekk ma jsibux xogħol fi żmien sitt xhur, ikollhom jitilqu mir- Renju Unit. Riedu wkoll li jekk it- tfal tal-immigranti ma jgħixux fir- Renju Unit, ma jieħdux benefiċċji tat-tfal. Il-ftehim finali rridimensjona sew ix-xewqat Brittaniċi. Jekk ikun hemm influss eċċezzjonali ta' ħaddiema minn pajjiżi oħra tal- UE, għall-perjodu ta' seba' snin, stat membru, mhux ir-Renju Unit biss, ikun jista' jillimita l-aċċess ta' ħaddiema mill-UE għall-benefiċċji tax-xogħol mhux kontributorji. Tali limitazzjonijiet jonqsu matul is-snin aktar mal-individwu jdum jaħdem fl-istat membru u din il- konċessjoni tista' tiġi applikata għal seba' snin biss. Fir-rigward tal-benefiċċji tat-tfal, stat membru ser ikun jista' jillimita l-benefiċċji tat-tfal tal-ħaddiema minn pajjiżi oħra ewropej għal- livell illi jieħdu fil-pajjiż fejn igħixu. Dan fil-bidu ser japplika biss għall-talbiet ġodda imma wara l-1 ta' Jannar 2020, tali limitazzjoni tista' tiġi applikata għall-każijiet kollha ta' tfal li jibqgħu jgħixu fil- pajjiż tal-oriġini. Dan sabiex jiġu skoraġġuti dawk l-immigranti illi jagħżlu illi jmorru jgħixu f 'pajjiż minħabba l-livell tal-benefiċċji illi jagħtu lit-tfal. Madankollu, ir-Renju Unit kellu jċedi ħafna mit-talbiet oriġinali tiegħu fosthom illi tfal illi ma jgħixux fir-Renju Unit ma jkunux intitolati għall- benefiċċji jekk xi ħadd mill-ġenituri ikun jaħdem fir-Renju Unit. U l-limitazzjonijiet jistgħu jdumu biss seba' snin u m'hux tlettax-il sena kif ir-Renju Unit mid-dehra kien qed jitlob. Dana minħabba l-opposizzjoni ta' bosta pajjiżi tal-Ewropa tal-lvant immexxijin mill-Polonja. Huwa sinjifikanti illi tara illi fil-kwistjonijiet kollha ewropej bħall-bail-out tal-Greċja, l-immigrazzjoni u issa l-ftehim il- ġdid mar-Renju Unit, il-pajjiżi tal- Ewropa tal-Lvant qed jilgħabu rwol importanti ħafna u jsegwu l-aġenda tagħhom. Kwistjoni oħra mportant kienet tirrigwarda l-interessi tal-pajjiżi li huma barra l-ewrożona. Ir-Renju Unit ried rikonoxximent espliċitu illi l-ewro m'hijiex l-unika munita tal-U.E. u illi pajjiżi illi mhumiex fiż-żona ewro ma jiġux żvantaġjati. Ried ukoll salvagwardji illi l-passi futuri għall-għaqda finanzjarja ma jaffetwawx min m'hux fl-ewrożona u illi r-Renju Unit ma jkollhiex għalfejn tikkontribwixxi għall- bail-outs ta' pajjiżi fl-ewrożona. Ir-Renju Unit ried ukoll illi s-City ma tiġiex affetwata mir- regolamentazzjoni tal-ewrożona. Din kienet waħda mill-għoqiedi iebsin bi Franza determinata illi ma tagħtix lir-Renju Unit id-dritt ta' veto fuq l-evoluzzjoni futura tal- unjoni monetarja mentri r-Renju Unit ried illi din tiġi divorzjata mill-unjoni ekonomika. Cameron eventwalment rebaħ garanziji illi l-pajjżi illi m'humiex fl-ewrożona ma jkunux mitluba jiffinanzjaw bail-outs ta' pajjiżi fl-ewrożona. Imma dan kien diġa l-każ u r-Renju Unit kien min ta' quddiem biex jagħti l-pariri fir-rigward tal-kriżi tal-Greċja imma rrifjuta illi joħroġ sold wieħed sabiex isalva l-Greċja. Madankollu, minħabba r-resistenza Franċiża, ir-Renju Unit ma akkwistax eċċezzjonijiet għar- regoli ewropej u għaldaqstant, it-test finali jitkellem dwar il-ħtieġa illi tinżamm "level playing-field" fil-qasam tar-regolamentezzjoni finanzjarja. L-unjoni monetarja u l-unjoni ekonomika m'humiex l-istess imma ma jistgħux ikunu antitetiċi. Cameron akkwista ukoll rikonoxximent illi fl-UE jeżistu muniti differenti imma dan m'hu xejn ħlief rikonoxximent ta' stat ta' fatt attwali. Fl-aħħarnett, Cameron ried tnaqqis tal-piż ta' regolamentazzjoni eċċessiva u estensjoni tas-suq waħdieni. Dawn kienu l-anqas domandi kontroversjali u illi fuqhom kien hemm qbil mingħajr problemi. It-test finali igħid illi l-UE trid iżżid l-isforzi sabiex isseddaq il- kompetitività u l-istituzzjonijiet komunitarji u l-istati membri għandhom isaħħu l-isforzi sabiex isaħħu s-suq intern u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. Wegħdiet simili saru fil-passat imma l-progress lejn is-suq waħdieni għadu mqanżaħ b'resistenzi minn pajjiżi differenti skond l-interessi tagħhom.. Kieku r-Renju Unit jipparteċipa aktar bil-qalb fil- proġett Ewropej, ċertament jista' jagħti kontribut aħjar sabiex jitwettaq is-suq waħdieni. Imma sfortunatament il-vokazzjoni brittanika baqgħet iżolazjonista u kuntrarja għal kwalunkwe ambizzjoni federalista. Ikompli. "L-ironija kbira u storika hi li min fl- 1975 kien l-aktar favur is-Suq Komuni, illum hu l-aktar xettiku dwar l-UE u jixtieq jitlaq minnha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016