Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum 21 FONDI TAĦT IL-PROGRAMM TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAL MALTA (RDP) 2014-2020 Pre-Notifika ta' Applikazzjonijiet Ġodda u Talbiet ta' Ħlas relatati ma' Skemi ta' Għajnuna tal-art għall-Bdiewa u r-Raħħala Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, jixtieq javża li l-applikazzjonijiet il-ġodda għall-miżuri taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 u l-pagamenti għas-sena 2016 se joħorġu fil-jiem li ġejjin. Il-Miżuri li ser ikunu mnedija u li huma ffinanzjati mill-Programm ta' l-iŻvilupp Rurali ghal Malta 2014-2020 huma s- segwenti: • Applikazzjonijiet Ġodda: Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 – Miżura 10.1 - Miżuri Agroambjentali Klimatiċi (AECMs) o AECM 1 - Miżura għall-kontroll ta' ħaxix ħażin fil-vinji u fl-imsaġar tal-frott permezz ta' metodi mekkaniċi, minflok kimiċi; o AECM 6 - Għajnuna għall-integrazzjoni u l-konservazzjoni ta' speċi indiġeni Maltin (AECM 6B: Il-Gendus Malti; AECM 6C Siġar tal-ħarrub, tat-tut u taċ-ċawsli). • Applikazzjonijiet Ġodda: Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 – Miżura 13.3 - Pagamenti għal żoni li għandhom nuqqasijiet naturali jew nuqqasijiet speċifiċi oħra: Pagamenti ta' kumpens għal żoni affettwati minn nuqqasijiet speċifiċi (ANC). Din il-miżura qed tissostitwixxi il- Miżura 212 (LFA) tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013. • Talbiet ta' Ħlas: Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013 - Miżura 212 - Għajnuna għal żoni żvantaġġati minbarra żoni tal-muntanji (LFA); • Talbiet ta' Ħlas: Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013 - Miżura 214 - Skemi għall- konservazzjoni ta' żoni rurali (AEMs). Il-formoli ta' applikazzjoni, it-talbiet ta' ħlas u l-linji gwida se jkunu jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku www.eufunds.gov.mt. L-applikazzjonijiet u t-talbiet ta' ħlas se jintlaqgħu wkoll mill-Front Office, fi ħdan il- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) ġewwa l-Pitkalija, Ta' Qali limiti ta' Attard jew mill-Front Office, Razzett Sperimentali tal-Gvern, Xewkija Għawdex. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq in-numri 2292 6148 (Malta) jew 2215 6974/5 (Għawdex). Bħal ma hija l-proċedura normali, il-bdiewa w raħħala rreġistrati ser jirċievu notifika wkoll dwar l-iskemi msemmija hawn fuq permezz ta' sms Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Kmandament ġdid A.Duca, Ħal Għaxaq ĦAWWAD, għaffeġ, għamel li trid, basta tagħmel dikjarazzjoni ta' dak li tagħmel lill-Prim. U wara, issib lill-istess Prim jidħol għalik b'ruħu u b'ġismu sabiex jiddefendik u jagħmel minn kollox u jġib kull skuża biex jiddefendik. Il-Prim jemmen li l-poplu għandu jbaxxi rasu għall- istqarrijiet tiegħu għax hu bravu, u l-bqija fidili. Jien nemmen li l-Prim, bera jemmen dak li għadni kif ktibt, u għalhekk jibqa; jinjora lil kulħadd, imeri s-sewwa magħruf. Jistgħu jitkellmu l-esperti u jagħtu l-opinjoni tagħhom, ħdejn il-Prim ma jafu xejn. Verament li għandu numru ta' segwaċi bl-għamad politiku, però fl-opinjoni tiegħi, sejjer żbaljat hu u ċ-ċirku ta' madwaru jekk jaħsbu li għandhom igawdu l-maġġoranza li poġġiethom fil-poter. Il-poter ma kisbux minn min kellu għamad politiku, imma minn ċittadini li kienu urtati għall-politiċi, u l-mod kif kienu qegħdin jiggvernaw. Iżda diżgrazzjatament, illum il- poplu minkejja li ġie mwiegħed gvernar tajjeb, qed jgħix, qed jara l-pajjiż sejjer f 'direzzjoni li ma tagħmilx għajb lil ta' qabilha, wara biss nofs leġiżlatura. Sitwazzjoni li ma tagħmel ebda ġieħ lil pajjiżna. U min ħadem għall-bidla fil- gvern, għax kien urtat, reġa' qed isib ruħu fl-istess sitwazzjoni, jekk mhux agħar. U bilħaqq...il-kmandament il- ġdid ma jgħoddx għaċ-ċittadini komuni, imma għall-iżgħar ċirku miċ-ċrieki ta' fuq. Roti bla dawl fid-dlam J. Bonett Balzan, Balluta MHUX darba jew tnejn rajt roti misjuqa bla dawl wara nżul ix-xemx, ġieli anke f 'ħinijiet tar, per eżempju quddiem l-għassa tal-Imsida. Tassew li f 'toroq urbani hemm id-dawl tat-toroq, iżda f 'blind corners u fejn ikun hemm xi bozza maqtugħa jew fejn id-dawl tat-triq ma jkunx daqshekk qawwi, il- periklu jikber. Ġieli tara wkoll dawk bir-rota jgħaddu kontra d-direzzjoni tat-traffiku jew jagħmlu manuvri li sewwieq b'vettura ma jkunx qed jistenniehom. Tassew li qegħdin fis-sena tal-ħniena, imma mhux sew li s-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur ikunu mġarrba minn numru żgħir ta' nies bla kont. Wieħed japprezza li l-forzi tal-ordni huma mgħobbija b'ħafna dmirijiet, iżda xi miżura ta' deterrent għandha tevita xi inċidenti koroh u ta' qsim il-qalb. BirdLife Malta tilqa' proposti tal-UE biex tiġi eliminata l-qabda sekondarja tat-tjur tal-baħar BIRDLIFE Malta ingħaqdet ma' BirdLife International u lagħqet b'sodifazzjon l-aħbar ta' leġiżlazzjoni ġdida proposta mill- Kummissjoni Ewropea li se tagħmel obbligatorju li l-bastimenti kollha tas-sajd fl-UE li inċidentalment jaqbdu għasafar tal-baħar, jistabbilixxu miżuri biex iwaqqfuhom milli jagħmlu dan. BirdLife Malta ilha aktar minn 30 sena tistudja t-tjur tal-baħar, u fl-aħħar 10 snin mexxiet proġetti ffinanzjati mill-programm tal-UE LIFE + biex jiġu studjati l-għasafar tal-baħar b'aktar reqqa. Il-proġett preżenti li se jintemm f 'Ġunju tal- 2016 għandu l-għan li jgħin lill-Gvern jilħaq l-obbligi tiegħu u jidentifika l-ewwel żoni speċjali ta' protezzjoni tal-baħar (Marine SPAs) għal pajjiżna. BirdLife Malta ħadmet mill-qrib mal- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) fejn inġabret data xjentifika biżżejjed biex jidentifikaw liema partijiet ta' l-ibħra tagħna, fi ħdan il-25 mil nawtiku, huma importanti għal tliet tajriet tal-baħar partikolari, il-Kanġu ta' Filfla, il-Garnija u ċ-Ċiefa. Wara l-għażla tal 'Marine SPAs', Malta timplimenta pjanijiet ta' manigjar għal dawn iż-żoni li jġibu bilanċ bejn l-attività tal-bniedem u l-effetti fuq dawn l-għasafar. Ftit huwa l-għarfien dwar il-qabda sekondarja ta' tjur tal-baħar f 'Malta, u din il-leġiżlazzjoni proposta se tippermettilna naslu biex nifhmu jekk din hija problema u kif nistgħu ntaffuha jew neliminawha. BirdLife Malta ser tibqa' impenjata biex tissalvagwardja l-għasafar tal-baħar tagħna filwaqt li naħdmu id f 'id mal- partijiet konċernati kollha biex jinkiseb dan. Inawgurat ċentru għall-wirjiet u żona fil-beraħ għat-tagħlim tal-mużika IL-ĠIMGĦA filgħaxija, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg inawgura l-proġett tal-Każin tal-Banda La Vittoria, fil-Mellieħa. Borg qal li l-Każin tal-Banda La Vittoria kien ilu jħoss il-ħtieġa ta' żona ta' interpretazzjoni, u ċentru ta' wirja u mużika fil- beraħ. Dan se jiżviluppa u jtella' attivitajiet bil- parteċipazzjonital-komunità tal-Mellieħa, il-bliet tal- madwar u l-irħula fi ħdan it-territorju tal-Majjistral. Se jinkludi wkoll informazzjoni tal-prodotti agrikoli, tas- sajd, il-fawna u l-flora tal- madwar, apikoltura, prodotti bħall-għasel, u oħrajn flimkien ma' xogħol minn artisti lokali. Dan kollu bi skop li jgħin it-turiżmu bl- għadd kbir ta' turisti li jżuru din iż-żona tal-Mellieħa kull sena. Waqt din l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Borg spjega li dan kien proġett li kkwalifika wara sejħa li saret mill- Fondazzjoni Grupp Azzjoni tal-Majjistral. L-allokazzjoni kienet tammonta għal kważi €182,000 - li 80% minnhom ġew minn Fondi Ewropej taħt it- tielet sejħa. Infatti, innota s-Segretarju Parlamentari Borg, dan il-proġett se jgħin biex jippromwovi l-arti u l-kultura billi jinkoraġġixxi artisti u mużiċisti żgħażagħ ta' talent sabiex jesebixxu fil- pubbliku t-talenti tagħhom u se jingħataw ukoll tagħlim ta' klassijiet korali. Fil-fatt, dan iċ-ċentru t'interpretazzjoni se jkun qed iġib aktar turisti lejn il-Mellieħa hekk kif dawn il-fondi għenu biex jinħoloq ambjent ta' tagħlim, kreattività u spazju għall-mużika, l-arti u anke informazzjoni fuq in-natura li hemm fil-madwar. Biex dan il-proġett seta' jitwettaq, ix-xogħlijiet u l-investimenti neċessarji kienu jinkludu titjib fil- bini, xogħlijiet tal-elettriku, plumbing, konkrit, madum u sanitary ware. Tagħmir kapitali ieħor kien jinkludi arja kundizzjonata, awdjo u stands mużikali u tagħmir viżwali, pannelli għal sound proofing, għamara, aperturi, diviżorji u puġġaman fost xogħlijiet oħrajn. Is-Segretarju Parlamentari Borg fl-aħħar tad-diskors tiegħu rrigrazzja lill- Programm LEADER u l-Fondazzjoni Grupp Azzjoni Lokali Majjistral li qed tamministra din it-tielet sejħa ta' 'Appoġġ għall-Infiq kapitali għall- Arti u Soċjetajiet Kulturali'. Taħt din is-sejħa, total ta' 22 entità qed tibbenefika minn dawn il-fondi b'ammont li jaqbez il-miljun ewro.