Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Opinjoni 17 tal-Oppożizzjoni gawdiet mil-liġi li tant inbuttajna meta konna fl-Oppożizzjoni. Qalet li Owen Bonnici però huwa raġel miżżewweg, u allura ma jistax ikun f 'relazzjoni ma' Janice Bartolo, u tgħidx kemm Daphne tat titli lil Janice u għajritha kulma ġieha f 'ħalqha. Din oħra tar-riga mod għall-PN, u riga mod ieħor għall-PL. Dr Busuttil u jien, għandna l-istess status legali preċiżiz. Hu legalment separat, jien legalment separat. Bħalma Dr Busuttil kellu dritt għall- għażliet personali tiegħu, jien ukoll għandi dritt għall-għażliet personali tiegħi. Biss, skont il-klikka li qed tmexxi l-PN, dak li jseħħ lilhom hu tajjeb, però li jsehh lill-PL, jattira żeblieħ, attakki personali, tgħajjir u insulti. Aħna se nibqgħu naħdmu għall-ġid ta' dan il-pajjiż fir-rwoli differenti tagħna biex nagħtu lill-poplu, Malta aħjar b'ekonomija b'saħħitha kif qed nagħmlu. il-kumpanija l-Panama li l-flus li se jidħlu fil-kumpanija ma joriġinawx minn wirt, allura l-verżjoni tal- ministru Mizzi titlef il-kredibbiltà kollha. U fuq kollox, jintwera li Mizzi pprova jiżvija l-opinjoni pubblika. Fir-Renju Unit u fil-pajjiżi li jsegwu t-tradizzjoni parlamentari ta' Westminster, mhuwiex aċċettabli li deputat jigdeb fil-Parlament u lanqas jista' jinsinwa li deputat ieħor gideb. Jack Profumo kellu jirriżenja, aktar minn ħamsin sena ilu għaliex ammetta li kien gideb fil-Commons. U jekk mhuwiex aċċettabli li deputat jigdeb fil- Kamra tad-Deputati, ċertament lanqas mhuwa aċċettabli jekk jiġi ppruvat li deputat żvija l-opinjoni pubblika. Jingħad li l-ministru Mizzi huwa bniedem kompetenti u teknokratiku. Mhux għax dan hu xi werqa tat-tina. Imma fi kwalunkwe każ, mhux kulħadd jaqbel dwar dan. Meta ħarġet l-espressjoni t'interess ħalli jinbena power station ġdid li jaħdem bil-gass, power station li wieħed jittama li verament hemm ħtieġa għalih, intgħażel konsorzju li tletin fil- mija tal-azzjonijiet tiegħu kienu miżmumin minn kumpanija reġistrata l-Ingilterra, Gasol p.l.c. L-istat finanzjarju ta' din il- kumpanija kien tali, li kwalunkwe persuna messha ndunat li ma kinetx f 'posizzjoni li tibni power station. Fil-fatt, meta bosta banek silfu lill-Electrogas biex jibni din il-power station, Gasol kellhom joħorġu minn dan il-konsorzju. Dan minkejja li kellhom garanzija statali li l-gvern Malti kien kostrett li jagħti sabiex dan il-proġett jitlaq minkejja li ma kinetx ikkontemplata fis-sejħa inizjali. Allura, l-mistoqsija waħedha tqum: min kien responsabbli għall- għażla ta' dan il-konsorzju meta biċ- ċar ma kellux ir-riżorsi finanzjarji biex jibni din il-power station? U x'ser jiġri jekk l-UE ma tapprovax is-Security of Supply Agreement li l-konsorzju għandu mal-Gvern Malti? Anke l-privatizzazzjoni tal-Enemalta tqanqal ħafna dubji. Kieku x-Shanghai Electric xtrat terz mill-Enemalta, ma naħsibx li kien hawn min kien joġġezzjona bil-kbir. Imma barra li xtrat terz tal-Enemalta, ħadet 90% tal-impjant tal-BWSC li minkejja l-propaganda kollha u l-akkużi ta' korruzzjoni, kien il-ġojjell tal-Enemalta. Dan il- power station issa spiċċa kważi għal kollox f 'idejn iċ-Ċiniżi li qed jieħdu l-frott tal-investiment tal-Enemalta li inkella kien jibqa' f 'idejn l-Enemalta. Biex ma nsemmux li l-Enemalta ħadet f 'idejha ħafna proprjetà tal-Gvern sabiex issir aktar appetitibbli għaċ-Ċiniżi. Bil-bejgħ ta' terz tal-Enemalta liċ-Ċiniżi, verament solvejna l-problema tad-defiċit għal sena. Imma x'alternattivi kien studja l-ministru Mizzi biex jiġġestixxi d-dejn tal-Enemalta? F'xenarju ta' rati ta' imgħax daqshekk baxxi u meta l-Enemalta kienet għadha kemm għamlet żewġ investimenti kapitali enormi li kienu għadhom ma bdewx jagħtu l-frott tagħhom, kemm kien jagħmel sens li saret din il-privatizzazzjoni parzjali meta kienu jeżistu alternattivi oħra? Xi ħadd ikkummenta online din il-ġimgħa fuq il-MaltaToday li dan il-bejgħ mhu xejn ħlief iċ- ċediment tas-sovranità ekonomika tal-pajjiż. Xi ħadd ieħor analizza l-figuri involuti, u ma tantx kien impressjonat. Muscat jista' jħossha diffiċli li jwarrab lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri li ġie allegat ukoll li kien qed ixaħħam lid- direttur maniġerjali tal-Allied News. L-Allied News tat eżempju fantastiku x'għandu jsir meta jsiru allegazzjonijiet bħal dawn. Adrian Hillman ġie dlonk sospiż u ġiet imnedija inkjesta. Hillman sussegwentement irriżenja mill- bord. Dan f 'kumpanija privata. Imma fl-isfera pubblika, qisu ma seħħ xejn u kollox baqa' apparentment kif kien qabel ma tfaċċaw dawn l-allegazzjonijiet. Muscat mhux qed jifhem li qabel ma jneħħi lil Mizzi u Schembri mill-kabinett u mill-uffiċju tiegħu, mhux ser jirnexxielu jiġi fuq saqajh. Din il-ġimgħa kellna kuntrast ferm differenti ta' kif għandhom isiru l-affarijiet. Kellna l-elezzjoni tar-rettur il-ġdid tal-Università u s-smigħ ta' Toni Abela fil-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew. Fil-każ tal-elezzjoni tar- rettur, kien hemm żewġ kandidati, it-tnejn kompetenti u t-tnejn ta' tendenzi politiċi magħrufa. Kien hemm xnigħat li kien se jiġi impost rettur fuq l-Università, imma fortunatament dan ma seħħx u jidher li l-elezzjoni saret bl- akbar serenità. Intgħażel kandidat li żgur hu ferm kompetenti, għandu esperjenza vasta fid-dinja akkademika u fil-kamp tar-riċerka u se jassigura l-kontinwità fl- Università. Sa fejn naf jien, il-ħatra ta' Alfred Vella kellha l-kunsens ta' prattikament kulħadd. Mill-banda l-oħra, Toni Abela li ntgħażel minn Muscat għal raġunijiet xejn ċari biex ikun il- kandidat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ġie umiljat bla bżonn. Il-kandidatura tiegħu ma ntlaqgħetx mill-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit bi 17-il vot għal 9 u l-viċi President ta' dan il-kumitat irrimarka li jekk Toni Abela jirrispetta ruħu, għandu jirtira n-nomina tiegħu. Umiljazzjoni li ċertament setgħet ġiet evitata kieku nħatar bniedem li kien ikkwalifikat għal din il- kariga. Mhux għax Toni m'għandux kapaċitajiet u ħiliet kbar. U mhux għax mhux integru, imma mhuwiex il-persuna adattata f 'dan il-qasam li jirrikjedi persuna b'esperjenza ta' awditjar. Louis Galea ma kellux tali esperjenza, imma żgiċċa minħabba l-esperjenza politika twila tiegħu u lobbying possibbilment ferm aktar effettiv mili kellu Toni. Imma Toni probabbilment safa ukoll vittma tal-perċezzjoni ta' Malta fi Brussel b'membri tal-kumitat jirreferu apertament għal Panamagate. U mhuwiex kumbinazzjoni li ż-żewġ kandidati l-oħra li ma ġewx aċċettati kienu l-Pollakk u s-Slovakk li pajjiżhom qiegħed spiss ikun fl- aħbarijiet għar-raġunijiet żbaljati. Kif ġew l-affarijiet, l-eżitu tal- elezzjoni li ġejja se jkun deċiż minn min se jirnexxielu jerġa' jqum fuq saqajh l-aktar malajr u bl-akbar qabża. Għall-ewwel darba f 'dawn l-aħħar snin, Muscat se jkun fi żvantaġġ u s'issa mhu qed juri l-ebda sinjal li qed jipprova jerġa' jiġi fuq saqajh. Jew forsi ma fehemx li waqa' mill-pedestall li kien f 'dawn l-aħħar snin. "Għall-ewwel darba f 'dawn l-aħħar snin, Muscat se jkun fi żvantaġġ u s'issa mhu qed juri l-ebda sinjal li qed jipprova jerġa' jiġi fuq saqajh"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016