Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
NEWSPAPER POST Nr 493 • 27 ta' Marzu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Qlibna siegħa 'l quddiem Grazzi Ma minn Veronica Lynn Mizzi "GRAZZI ma ta' kulma għamilt miegħi," qal Yann Spiteri emozzjonat. "Grazzi talli għamiltli kuraġġ u ma qtajtx qalbek." Dawn kienu l-kliem li Yann Spiteri kellu għal ommu wara li bħala familja għaddew minn esperjenza mill- aktar kiefra ta' mard u tbatija. Kliem li ħalla lil kull min kien hemm fil-kamra bla kliem. Minkejja dan kollu iżda, l-ispirtu pożittiv, l-ottimiżmu u s-sens ta' determinazzjoni tagħhom huma xi ħaġa tal-għaġeb, u ta' min jammira. F'April li għadda, Yann, ta' 11-il sena ħass uġigħ kbir f 'rasu, u wara bosta testijiet irriżulta li kellu tumur f 'rasu, li kien jeħtieġ diversi operazzjonijiet hawn Malta, u wara fl-Ingilterra u l-Ġermanja għall-kura speċjalizzata. Għalkemm ommu Caroline, tħoss li binha għadu ma ħariġx mit-trawma kompletament, u minkejja din il-burraxka, meta ltaqgħet ma' din il-familja, il-gazzetta ILLUM rat nies li bi tbissima u kuraġġ qed ifittxu l-element pożittiv f 'dak kollu li għaddew minnu. Illum il-ġurnata, Yann jgħid kif sar japprezza l-iktar affarijiet komuni li qabel ma kienx jagħti kashom. "Jien napprezza li nista' nqum u nista' noħroġ barra, u mmur l-iskola. Kulħadd jgħid uff l-iskola, imma meta ma tkunx tista' tmur, iktar tkun tkun taf x'qed titlef tattendi. Jien issa napprezza li nista' mmur l-iskola u li nista' noħroġ." Tkompli f 'paġni 4-5 L-attakki fi Brussell Ara intervista f 'paġni 10 u 11. Ara wkoll paġni 16, 17,19 u 36 L-istorja ta' Yann...storja ta' kuraġġ u determinazzjoni Qbil bejn Malta u l-Alġerija f 'April li ġej F'APRIL li ġej mistenni jkun iffirmat memorandum of understaning fil-qasam tat-turiżmu bejn Malta u l-Alġerija, bħala parti mill-isforzi bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. F'laqgħa li l-Ministru għall- Ippjanar Nazzjonali u Turiżmu Alġerin Amar Ghoul kellu mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, ġew diskussi diversi temi fosthom it- taħriġ, l-iżvilupp u l-investiment, l-immodernizzar tal-lukandi, riklamar kif ukoll aktar l-ivjaġġar bl-ajru u bil-baħar bejn iż-żewġ pajjiżi. Apparti minn dan il-qbil, iż- żewġ pajjiżi qablu li jsir kungress internazzjonali fl-Algerija dwar is-sigurtà, l-istabbilità u t-turiżmu li mistenni jsir fl-aħħar ta' Settembru li ġej. Intervista ma' Matthew Asciak Ara paġni 34 u 35