Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Intervista 11 mill-attakki ta' Pariġi' barranin." Inwaqqfu u nindikalu li dan jista' jkun xi ftit ta' sweeping statement. Hemm ħafna li lesti li jintegraw ma' barrani, hu min hu u jemmen fiex jemmen. "Veru, imma ejja nerġgħu mmorru għall-attakki fi Brussell. Taf x'qaluli xi nies li naf li għamlu żmien twil jgħixu jew qed jgħixu fi Brussell wara dawn l-attakki? Qaluli li jħossuhom imweġġgħin bid-diżastru li wettqu dawn in-nies." Jispeċifika li semmewlu l-Għarab. L-ILLUM tinterġetta u tfakkru li dan argument irrazzjonali li bl-ebda mod ma jista' qatt ikun stabbilit għal poplu sħiħ. "Hekk hu naqbel, imma dawn l-attakki qed iwasslu għal dan it-tip ta' raġunament, raġunament razzista." Lil Xuereb din il-gazzetta tirrimarkalu kif dan ir-raġunament jista' jkun li qed jilgħab f 'idejn it-terroristi li jixtiequ joħolqu tensjonijiet u instabbiltà soċjali. "Iva, forsi mhux dawk li jkunu indottrinati u radikalizzati, imma l-mexxejja tagħhom hekk iridu, li tinħoloq tensjoni li tipprova tkisser is- sistema demokratika liberali li bnejna fl-Ewropa. Is-sistema tax-Shengen waqgħet "Imma jista' jkun li morna 'a step too far' f 'din tad-demokrazija liberali," jgħid Xuereb. 'X'jiġifieri?' "Għamilna x-Shengen," tkun ir-risposta pronta. "Tidħol kemm trid u meta trid bla kontrolli." U Charles Xuereb iħoss li x-Shengen kif inhu, għadu validu? "Hemm qiegħda t-theddida. Għandek l-Awstrija, l-Ungerija, Franza, li qed tneħħi n-nies minn Calais, ir-Renju Unit li ma jridx iddaħħalhom u lanqas irid jagħti l-għajnuna. Dawn kollha nazzjonaliżmi li qed iwaqqgħu x-Shengen. Jekk inti tibni l-ħitan fil-Maċedonja u l-Greċja, u tagħmel ftehim mat-Turkija biex dan il-pajjiż jeħodhom lura x'qed tgħid b'mod indirett? Mhux li ma tridhomx? Mela x-Shengen jaqa'." Xuereb ifakkar kif l-istess Gvern Tork qed jitkaża bl-Ewropej, hekk kif lil wieħed minn dawk li wettqu l-attakki fi Brussell huma arrestawh, bagħtuh il-Belġju u l-Gvern Belġjan m'arrestahx. Huwa jagħmel parallel fl-istorja u jfakkar fin-Nazziżmu. "Dan kien theddida kbira u allaħares m'għamilna xejn. Allura l-IS mhux theddida wkoll? Jeħtieġ nieħdu azzjoni. Dawn qatlu 40,000 persuna u ma jistax ikun ma nieħdux l-azzjoni meħtieġa." Neħħew lil Gaddafi u injoraw lill- Libja Id-diskors jaqa' għal ftit mumenti fuq il-kandidat presidenzjali Trump u kif dan, skont Xuereb huwa perikoluż għax qed jipprietka politika li tmur lil hinn mid-demokrazija, id-djalogu u l-laqgħat bħas-summits li jsiru biex tkun diskussa l-problema. Imma mal-IS mhux se tiddjaloga, tirrimarka l-ILLUM. Hawn idur fuq il-Libja, u Xuereb jgħid għaliex mhux qed isir djalogu biżżejjed biex il-firxa tal-IS fil-Libja tkun ikkontrollata. "Neħħew lil Gaddafi, għax hekk kien jaqblilhom, u issa lil-Libja abbandunawha. Ħafna esperti, u daqshekk. Il-fatt hu li m'hemmx pjan. U jien nistaqsi għalfejn m'hemmx pjan? Mela l-UE teżisti għall-kummerċ biss? Min suppost qed jiqfilhom qed ibigħulhom l-armi Xuereb ma jdurx wisq mal-lewża u jfakkar li jista' jkun li hemm il-fattur tal-industrija tal-armi li minnha qed jagħmlu ħafna flus "min suppost qed jieqaf lil dawn it-terroristi." Xuereb jirrimarka kif fil-Belġju fil- każ tal-armi hemm, 'free for all'. "Kont taf li hemm fabbrika tal-armi fil- Belġju li tixtri armi użati, tirranġahom u tbigħhom bi prezzijiet irħas? U kont taf li l-Kalashnikovs li nstabu f 'Pariġi u anke fil-Belġju kienu ta' dan it-tip? U kemm jaħseb li hi theddida l-Libja, Xuereb? "Il-Libja hija periklu kbir rieqed. Forsi aħna tant aħna żgħar li hemm min jaqbillu jħallina kif aħna u jidħol u joħroġ bil-kwiet, jew mal- immigranti li jkunu qed ifittxu futur aħjar jew inkella anke b'passaport Ewropew. Fil-każ tal-aħħar żgur ma tistax iżżommu." Xuereb jerġa jfakkar li kollox jorbot mal-identità. "Bniedem trid tagħtih l-identità, trid tara li min jibqa' fuq l-ixkaffa jingħata l-għajnuna biex jintegra, inkella l-attakki li rajna, se nibqgħu narawhom." Hu jagħmilha ċara li dak li qed jiġri, imur lil hinn minn reliġjon jew twemmin. "Din mhux kwistjoni ta' religjon, ara kemm kien hemm Musulmani dak il-ħin li saru l-attakki kemm f 'Pariġi, u aktar u aktar fi Brussell. Dawn irrabjati għal dawk il-musulmani li integraw u rnexxielhom jaslu wkoll. Din problema ta' nies li fallew, li jħossu li fallew." Xuereb ifakkar ukoll li apparti kollox, għandek sezzjoni ta' dawn l-immigranti li ġejjin minn kultura kompletament differenti u dan jikkomplika aktar l-affarijiet. L-argument li mal- Indjani u l-Ażjatiċi m'hemmx problemi Argument li jqum minn fost il-lemin estrem hawn Malta huwa li huma mhumiex kontra l-integrazzjoni, għax fil- fatt ma' immigranti mill-Indja jew mill-lvant tal-Ażja qatt ma kien hemm problemi. Xuereb ifakkar li l-argument jista' ma jreġix għax ma tistax titfa' lil kulħadd f 'keffa waħda. "Dawn il-popli għandhom kultura ta' xogħol u fl-orjent hemm kultura ta' 'submissiveness', li taqdi u tbaxxi rasek, biżżejjed nsemmu l-Filippini. Dawn differenti minn kulturi oħrajn li l-ewwel ġellidthom, imbagħad ħallejthom jiġġieldu waħedhom. "Ħares lejn il-mappa u lejn fruniteri tal-Libja biex nagħti eżempju. Il- fruntiera hi linja dritta. Għalfejn kollha linji dritti l-fruntieri fejn kien hemm l-Ewropej jokkupaw l-art? Fuq mappa, faċli taqta linja dritta, imbagħad tħalli l-ġlied għaddej." Huwa jerġa' jfakkar li wieħed ma jistax jagħmel parallel bejn żewġ kulturi li huma kompletament differenti. Nibdew nikkonkludu l-intervista bi Xuereb jgħid li jkun ta' xejn li norqdu fuq il-problema u naħsbu li issa xi darba dawk li ġew pajjiżna jitilqu. "Għandna Maltin li l-antenati tagħhom huma skjavi ta' karnaġġjon skur jew suwed, imma dawn insew minn fejn ġew u ħadmu aktar fuq l-identità l-ġdida tagħhom." Huwa jkompli billi jwissi għal ċertu kawtela anke f 'Malta u jgħid li hemm bżonn li l-ewwel ikunu indirizzati 'pockets' ta' kriminalità li qed isseħħ f 'pajjiżna, speċjalment f 'Paceville, biex naċċertaw l-ordni. It-tieni, Xuereb qal li jeħtieġ li ngħaddu l-identità ta' pajjiżna lil kull min jgħix f 'Malta. B'hekk innaqqsu ċ-ċans li persuni jfallu u jitħallew fil-ġenb. B'hekk ukoll innaqqsu r-riskji ta' attakki bħal dawk li ġraw fi Brussell din il-ġimgħa. Jekk inti tibni l-ħitan u tagħmel ftehim mat-Turkija biex dan il-pajjiż jeħodhom lura, x'qed tgħid b'mod indirett? Mhux li ma tridhomx? " " Ritratt: Raphael Farrugia Charles Xuereb