Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Għid 12 Illum Bormla tqum u tiżżejjen Eluf ta'nies mill-Kottonera, uliedhom u ulied uliedhom illum jiċelebraw parti minn dak li hu Malti minn Albert Gauci Cunningham DALGĦODU mijiet, jekk mhux eluf ta' nies se jkunu qed jerħula lejn il-Kottonera. It-tliet ibliet, Bormla l-Birgu u l-Isla apparti milli huma fost l-aktar bliet storiċi f 'pajjiżnam, huma l-benniena tal-festi li jduru ma' dan iż-żmien tas-sena. Il-Kottonera, apparti milli tgħallimna ħafna dwar l-antenati tagħna, dwar dawk li ġew qabilna u dwar il-wirt mibni, tgħallimna ħafna wkoll dwar il-wirt imprezzabbli reliġjuż ta' Malta. L-ILLUM marret fil-belt ta' Bormla, li llum tilqa' fit-toroq tagħha lill-istatwa, minnha nnifisha storika tal-Irxoxt. Ma' dawn, Bormla u t-toroq tagħha illum jilqgħu eluf ta' nies mhux biss mil-lokal iżda wkoll minn madwar il-pajjiż kollu. Aħwa, kuġini, zijiet u ġirien jiltaqgħu flimkien jintefgħu fil-gallarija jew quddiem il-bieb, f 'wieħed mill-ħafna toroq u sqaqien li jżejnu lil Bormla jistennew il-purċissjoni tal-Għid għaddejja mill-viċinanza f 'dak li sar ritwal annwali Bormliż. Din il-gazzetta ltaqgħet ma' tliet persuni li lkoll huma marbutin b'mod intrinsiku ma' Bormla: John Galea, Ray Portelli u l-familja Cachia Belli. Galea ilu għall-aħħar 35 sena involut fl-armar tal-Parroċċa Kolleġjata Maria Immakulata, Portelli għandu negozju qrib l-istess Knisja u l-familja Cachia Belli ilha ttella' wirja ta' vari tal-Ġimgħa l-Kbira għal dawn l-aħħar 20 sena. 275 sena ta' storja tinżel fit- toroq ta' Bormla llum Għall-Bormliżi, l-Irxoxt qisha t-tieni festa u jagħtuha importanza u jiċċelebrawha bl-istess orgolju u passjoni daqs kemm jiċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fil-fatt dalgħodu fit-toroq ta' Bormla mhux biss se jkun hemm statwa kwalunkwe tal-Irxoxt iddur mat-toroq, imma se jkun hemm opra tal-arti li illum għandha 275 sena. Dan qalu lill-ILLUM John Galea li spjega kif kien lura fl-1741 li ġiet maħduma l-istatwa li llum se tkun qed iżżejjen it-toroq ta' Bormla. Għalkemm mhux magħruf min ħadimha, huwa mifhum li l-artist huwa Spanjol, hekk kif jixhed l-istil tagħha. Fl- istess sena l-Irxoxt ta' Bormla wasal f 'din il-belt minn Napli, grazzi għar-rettur tal-Fratellanza tas-Salib, Celestino Sacco li ħallas għalih. Minkejja li l-Irxoxt għandu 275 sena, li jagħmlu wieħed mill-eqdem li jeżisti fil-pajjiż, għadu f 'kundizzjoni mill-aqwa. Galea jaqbel ma' dan għalkemm jispjega kif bħalissa għaddejin studji biex fiż-żmien li ġej jibda restawr sabiex ikun aċċertat u preservat dan il- wirt għall-Bormliżi u għall- poplu Malti u Għawdxi kollu. John Galea, Bormliż li illum jgħix Ħal Qormi, huwa parti minn grupp ta' vountiera li jgħoddu mat-18- il persuna. Galea ilu jaħdem 35 sena jistinka ma' dawn il-voluntiera biex għal kull avveniment u festa liturġika, il-Kolleġjata tkun imżejna kif jixraq, mhux l-anqas għall-akbar festa tal-Knisja Kattolika li tiġi ċċelebrata llum. Ma' din il-gazzetta huwa jgħid li r-rabta li għandu ma' din il-festa flimkien mal- Knisja u ma' Bormla għandha l-għeruq tagħha mill-familja tiegħu. Fil-fatt, missieru kien ukoll wieħed minn dawk in-nies li jieħdu ħsieb l-armar fil- Kolleġjata. "Minn mindu kont żgħir, trabbiet fija l-imħabba lejn Bormla, il-Madonna u l-festi li jsiru f 'din il-belt, prinċipalment tal-Irxoxt. Dan jagħtik sens ta' kburija u dedikazzjoni, fil-fatt jien iktar inqatta' ħin hawn f 'Bormla milli f 'Ħal Qormi," qal Galea. Kull min għandu nitfa' Bormliż fih, illum għal Bormla Fil-fatt, huwa dan is- sentiment ta' kburija u imħabba lejn l-għeruq li llum iressaq lejn din il-belt tant eluf. Galea jispjega ma' din il-gazzetta kif ir-rabta tal-Bormliżi hija inter-ġenerazzjonali, tant li dalgħodu mhux biss ir- residenti ta' Bormla jkunu qed jipparteċipaw f 'din il-festa, iżda l-ulied, u l-ulied tal-ulied u wliedhom ukoll. Ix-Xgħira ta' Santa Margerita, il-pjazza u t-triq ta' mal-baċir, illum fl-isbaħ li ilu ma jkun għal żmien twil, jimtlew b'familji, anzjani u żgħażagħ jiffesteġġjaw b'xi grokk jew b'xi ftit birra. Minkejja li żdiedu l-Irxoxtijiet, dak ta' Bormla flimkien ma' dak tal-Birgu wkoll, jibqgħu fost l-aktar popolari fil- pajjiż. Imma għalfejn? Għalfejn kull min huwa, kien jew iħossu Bormliż illum jinżel għal din il-festa? Galea jagħti diversi raġunijiet għalkemm ifakkar kif l-ewwel u qabel kollox, l-Irxoxt ta' Bormla ilu jiġi ċelebrat għal ħafna snin. Dan apparti li huwa magħruf l-aktar għal-ġirjiet tradizzjonali bl-istatwa. Galea jfakkar kif fost l-aktar popolari hemm il-ġirjiet li jsiru fi Triq l-Oratorju, imbagħad fi Triq Santa Margerita għal quddiem is- sorijiet tal-Klawsura, fejn isir it-tberik tal-figolli u fl-aħħar fix-Xgħira ta' Bormla. Huma l-eluf li jiltaqgħu fix-Xgħira ta' Bormla, bejn Bormla u l-Birgu, biex l-ewwel jaraw il-ġirja bl-Irxoxt ta' Bormla imbagħad jerħulha ftit metri 'l bogħod u jaraw l-Irxoxt tal-Birgu. Xi darba l-Irxoxt kien ibakkar kmieni Galea jispjega kif il-medda ta' żmien biddel miegħu ċerti użanzi u tradizzjonijiet. Tant li qal lill-ILLUM kif żmien twil ilu, il-purċissjoni tal-Irxoxt kienet toħroġ fl-4.30am. Maż-żmien, naturalment, dan inbidel u l-Irxoxt illum joħroġ fid- 9.15am u jidħol fis-siegħa ta' wara nofsinhar. Imma mhux dan biss li jagħmel il-festa tal-Irxoxt f 'Bormla uniku fl-istorja. Galea jispjega b'ċerta passjoni evidenti li qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm tradizzjonijiet partikolari, fosthom li nhar Sibt il-Għid numru ta' żgħażagħ kienu jaqbżu jgħumu u jdoqqu l-fifra u t-tanbur. Ritratt: Raphael Farrugia Ray Portelli, sid ħanut f 'Bormla għal 35 sena. Bħalissa jkun għaddej bil-bejgħ tal-istatwetti tal-Irxoxt John Galea, Bormliż li ilu jarma l-Kolleġġjata għal 35 sena "Illum, Bormla tiżżejjen b'kulur u ħsejjes mill- isbaħ f 'esebizzjoni ta' dak li huwa l-poplu Malti, ta' dak li jagħmilna Maltin"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016