Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

I ktar kmieni dan ix- xahar kont qiegħed għal-btala qasira ġewwa Londra, u kif jagħmlu ħafna, kelli l-opportunità li niltaqa' ma' xi ħbieb tiegħi li jgħix ġo din il-belt tant sabiħa. Wieħed minn dawn il- ħbieb tiegħi jaħdem ġewwa kumpanija finanzjarja kbira ġewwa Londra u allura kull meta niltaqa' miegħu dejjem nieħu gost nisimgħu jitkellem fuq kif sejrin ċertu ekonomiji barranin li jiena ftit li xejn insegwi. Dejjem inħossni nitgħallem xi ħaga jew oħra min dan l-indvidiwi allura kif konna qegħdin nitkellmu saqsejtu x'jaħseb fuq dak li għaddej bħalissa f 'pajjizna. Kienet mistoqsija li donnu ma stenniex, ma stenniex għaliex hu jaf li jiena attiv sew fil-politika Maltija filwaqt li jiena naf li hu għandu sentimenti politiċi differenti minn tiegħi. Għaldaqstant iktar minn hekk, ir-risposta tiegħu kienet waħda li iktar tajtha valur għax naf li mhux se joqgħod jinħeba wara subajh. Qalli li bħalissa jinsab inkwetat għar-raġuni li kull meta jiltaqa' ma' xi klijent tiegħu u jgħidlu li huwa ġej minn Malta, l-ewwel ħaga li qegħdin isaqsuh, forsi b'ċajta u forsi le, hija jekk hu wkoll għandux xi flus moħbija ġewwa l-Panama. Spjegali li fejn qabel ftit kienu jafu dwar Malta, illum il-ġurnata minħabba dan l-iskandlu huma ħafna li saru jafu b'pajjiżna. Awtomatikament, dan jitfa' ftit jew wisq dell ikrah fuq dawk il-Maltin li jiġu affaċjati b'dawn il-mistoqsijiet. Wara li komplejna niddiskutu diversi materji, u għaliex le, wara żewġ tazzi inbid tajjeb, ħallejna lil xulxin u jiena komplejt bil-btala tiegħi ġewwa Londra. Però dakinhar ikkonfermajt ħaġa waħda, ikkonfermajt li bl-iskandlu li daħħlu lil pajjizna fih Konrad Mizzi u Keith Schembri, isem pajjizna ttappan ukoll. Għadda kważi xahar minn meta Konrad Mizzi u Keith Schembri nqabdu li fetħu kumpaniji fil-Panama u li komplew jaħbuhom fi trusts sigrieti fi New Zealand. Xahar sħiħ fejn Joseph Muscat kellu l-opportunità li juri li huwa l-vera mexxej ta pajjizna u mingħajr tlaqliq iqaċċathom id f 'id, 'il barra u jgarahom it-taraġ ta' Kastilja. Però sfortunatament, f 'dan il-pajjiż għadna ma tgħallimniex li bniedem irrid ikun ħati ta' għemilu. X'għamel allura Joseph Muscat f 'dan ix-xahar? Joseph Muscat għazel li minflok jagħmel dak li hu tajjeb u dak li hu ġust, jieħu t-triq tad-difiża u jiddefendi lil sħabu. Biex jiddefendihom u jipprova jnessi lil media lokali, Joseph Muscat iddeċieda li juża l-media tiegħu tas- Super 1 u jara ma' xiex se jaqbad. Peress li dan huwa gvern daqshekk pożittiv, iddeċieda li jibda kampanja ta' tfigħ ta tajn fuq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista mill-ewwel ħareġ fatti li juru li Beppe Fenech Adami ma kiser l-ebda liġi u li l-bini tela' taħt Gvern Laburista mis- sidien preċedenti. Onestament, din it-tip ta' politika tqabbadni l-biki! Jiena persuna li dak li hu iswed ngħidlu iswed u dak li hu abjad ngħidlu abjad. Kieku aħna ninsabu ngħixu f 'pajjiż normali, kieku llum il-ġurnata diġà għandna Ministru tas-Saħħa u tal- Enerġija ġdid u kieku, il-Prim Ministru diġà għandu Chief of Staff ġdid, però sfortunatament aħna ngħixu f 'Malta. Pajjiż li l-iktar ħaġa importanti hija li nidħqu kemm jista' jkun lin-nies biex dakinhar tal- elezzjoni joħorġu jivvutawlna. Jaħasra però l-ikbar ħsara li aħna qegħdin nagħmlu huwa lilna nfusna, lil pajjiżna! Pajjiżna jixraqlu aħjar, Malta jixraqilha aħjar. Joseph Muscat innifsu sa tliet snin ilu biss wegħedna gvern differenti, gvern onest, b'governanza tajba! Sfortunatament spiċċajna li sa tliet snin biss wara, il-Labour jagħżel li jikkumbatti skandlu oħxon billi jaqla arma mill- gwardarobba u jgaraha. Joseph Muscat waqa' tant fil-baxx li biex jikkumbatti skandlu tiegħu, jiddeċiedi li jitfa' speċi-skandlu lura. Possibli li dan huwa l-livell tad-daħk li waqa' fih pajjiżna? Possibli li biex Joseph Muscat, li kellu 'l fuq minn 36,000 vot vantaġġ jiddeċiedi li jgħid, "ivvutaw lili għax dak maħmuġ iktar minni"? Dan mhux aċċettabbli! Il-poplu Malti ħaqqu aħjar u ma ħaqqux li jkollu jaqa' f 'dan il-livell ta' politika. Nixtieq li xi darba naslu fi żmien fejn pajjiżna jkun jista' jiddeċiedi bejn żewġ partiti li jikkompetu fuq kemm se jagħmlu ġid għal pajjizna, però sakemm naslu għal dak iż-żmien, jidher ċar li f 'pajjiżna bħalissa għandna partit li qala' damdima mill-poplu, tgħallem u illum grazzi għat-tmexxija ta' Simon Busuttil qiegħed jerġa' jħejji ruħu għat-tmexxija ta' pajjizna, u fuq in-naħa l-oħra għandna partit immexxi minn Joseph Muscat li huwa mdawwar b'nies li qishom dak it-tifel boċċu li tfajtu ġo ħanut tal-ħelu u ħallejtu jagħmel li jrid. Alan Abela-Wadge huwa kunsillier l-Imsida u kandidat tal-PN fuq id-9 Distrett illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Muscat qed jaqa' fil-baxx Opinjoni 14 ALAN ABELA WADGE "Muscat waqa' tant fil-baxx li biex jikkumbatti skandlu tiegħu jiddeċiedi li jitfa' speċi-skandlu lura. Possibli li dan huwa l-livell tad-daħk li waqa fih pajjiżna?" FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016