Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Opinjoni 16 Il-Gwerra madwarna K ien il-Papa Franġisku l-ewwel li laqqam iż-żmien li għaddejjin minnu bħala t-Tielet Gwerra Mondjali. U aktar ma jgħaddi żmien aktar naqbel mal-analiżi tal-Papa u niskanta bl- għerf u s-sens ta' perċezzjoni tiegħu. Verament il-konflitt li għaddejjin minnu huwa ferm differenti mill- gwerer tradizzjonali li assistejna għalihom fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. M'għandniex imperi u pajjiżi sħaħ li jissieltu b'ruħhom u ġisimhom sabiex jirbħu lill-għadu akkost ta' kollox. M'għandniex l-ekonomija ta' pajjiżi sħaħ diretta biss għall-isforz belliku sabiex tasal ir-rebħa finali fuq l-għadu. Minflok għandna konflitt asimettriku għal aħħar fejn l-għadu tfaċċa mix-xejn. Fejn għadu jipprova jwaqqaf stat fiżiku fil-forma tal-Kaliffat simili għal dak illi kien jeżisti fl-ewwel żminijiet tal-Iżlam. Għadu illi qiegħed jiftaħ fronti ġodda domestiċi billi jieħu l-imwiet u d-demm fit-toroq, fit-teatri, fl-istadji, fil-metro u fl-ajruporti tal-bliet metropolitani ewropej, Fejn l-għan tal-għadu hu illi tinxtered il-biżgħa u l-imwiet fost iċ-ċivili u m'hux li jinqerdu t-tankijiet jew l-ajruplani. L-idejoloġija jiħadista xerdet il-mewt ukoll f 'bosta postijiet oħra : fil-mużewijiet u fix-xtajtiet tat-Tuneżija, fil-pjazez tat-Turkija, fil-bliet tal-Libja, tas-Somalja u tal- Iraq, fl-iskejjel u l-bliet tan-Niġerja, fil-bajjiet tal-Kosta tal-Ivorja u fil-kumplessi tal-ħwienet tal-Kenja. Tassew gwerra assimetrika, m'hix iddikjarata u b'għadu ftit definit fejn wieħed ma jista' jeskludi qatt fejn l-għadu jista' jattakka. L-aktar grupp prominenti fil- kostellazzjoni jiħadista huwa l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u fil-Lvant illi llum jokkupa territorju vast fis-Sirja u l-Iraq, territorju mdaqqas fil-Libja, speċjalment madwar Sirte, u anke provinċja fl-Afgħanistan. Imma l-aktar ħaġa illi qiegħda tbeżża lill- forzi tas-sigurtà madwar id-dinja hija ċ-ċelloli ta' simpatizzanti tal-ISILilli jeżistu f 'bosta bliet. Dawn iċ-ċelloli jista' jkunu magħmulin minn ġellieda illi jkunu rritornaw mill- gwerra fis-Sirja u fl-Iraq u jistgħu iwettqu attakk terroristiku f 'postijiet vulnerabbli malli jingħata s-sinjal. L-ISIL ħa s-sopravent fuq Al Qaeda li minnu oriġina. Boko Ħaram fin-Niġerja u Al Sħabab fis-Somalja ukoll jimitaw l-ISIL fil-ħruxija u l-vjolenza tagħhom. Ħaġa tassew inkredibbli hi illi għal ewwel darba għandek organizzazzjoni illi ma tibżax turi il-ħruxijiet illi twettaq u l-ksur tagżha tal-liġijiet tal-gwerra. Anke n-Nażisti ma kienux iperċu l-atroċitajiet tagħhom. Imma l-ISIL jippruvaw jiġġustifikaw il-prattiċi medjevali tagħhom bħat-toleranza tal-iskjavitu' b'interpretazzjoni riġida tal-Koran fuq ispirazzjoni waħħabi. Il-Ważżabiżmu hija s-setta dominanti fl-Għarabja Sawdita peress illi dejjem kienet ta' forċina għad-Dar Irjali ta' Saud. M'hux ta' b'xejn fl-Għarabja Sawdita n-nisa l-anqas biss jistgħu jsuqu. U l-Għarabja Sawdita u l-ISIL huma ż-żewġ naħat tal-istess munita waħħabi. Id-dehra fuq ix-xena tal-ISILu s-suċċess tiegħu illi jattira mijiet ta' ġellieda minn bosta pajjiżi ewropej u għarab kif ukoll mir-Russja hija dovuta għal bosta fatturi kumplessi illi m'hux dejjem ġew adekwatament analizzati. Jidher illi kien hemm fatturi kemm ekonomiċi kif ukoll sesswali f 'dan il-fenomenu. Il-kriżi ekonomika f 'bosta pajjiżi mbuttat ħafna nies f 'idejn l-fanatiċi iżlamiċi illi kellhom il-bwiet imxaħħma sew bid-donazzjonijiet minn pajjiżi tal-Golf u l-Għarabja Sawdita. M'hux ta' b'xejn illi s-servizz sigriet tedesk irraporta illi l-maġġiorparti tal-ġellieda ewropej illi ngħaqdu mal-ISIL kienu jiffrekwentaw moskeji ffinanzjati mill-Għarabja Sawdita. Meta l-ISIL ħa f 'idejh it- territorju fis-Sirja u fl-Iraq, waqgħu f 'idejh bosta bjar taż-żejt u tal-gass illi sfrutta kummerċjalment bil- bejgħ ta' żejt u gass lill-istess gvern sirjan kif ukoll bil-kuntrabandu lejn it-Turkija. Waqa' f 'idejh ħafna territorju arkeoloġikament rikk udan ta lok għal ħafna kuntrabandu ta' oġġetti arkeoloġiċi. Sors ieħor ta' finanzjament kieni r-rahan ta' ħafna ostaġġ illi l-gvernijiet tagħhom kineu lesti illi jħallsu sabiex jeħilsuhom. Bil-flus li kellhom l-ISIL, setgħu jattiraw ħafna nies minn bosta pajjiżi. Ġew attirati anke ħafna Għarab minn pajjiżi konservattivi minħabba illi l-ISIL jippermetti l-poligamija u jittolera l-iskjavitù ta' nisa m'hux iżlamiċi. Huwa magħruf illi l-Viagra hija ferm populari u tintuża ħafna fit-territorju kkontrollat mill- ISIL. Kif mid-dehra tintuża żafna d-droga mill-ġellieda tal-ISIL sabiex jissuperaw il-biżgħat tagżhom fuq il-kamp tal-battalja. Imma issa r-rota dahret sew. Il- prezz taż-żejt ikkrolla u d-dħul tal-ISIL naqas sew. Barra minn hekk, il-forzi tal-ajru illi qed jattakkaw lill-ISIL qed jeqirdu ħafna mill- infrastruttura taż-żejt illi kienet tant tirrendilhom. Wara illi fis-sajf tal-2014 l-ISIL ħa meded kbar ta' territorju kemm fis-Sirja kif ukoll fl-Iraq, is-sena l-oħra l-forzi ta' l-art kurdi, tribali u governattivi ħadu lura 40% tat-territorju mitluf fl-Iraq. Fis- Sirja, l-ISIL tilef 20% tat-territorju illi kien okkupa. U mill-bidu tas-sena tilef aktar territorju. L-armata sirjana issa waslet biex terġa tieħu f 'idejha l-belt storika ta' Palmyra fil-waqt illi l-forzi iraqini qed jippreparaw sabiex jilliberaw Mosul. Mosul, illi kellha populazzjoni ta' żewġ miljuni u nofs qabel ma waqgħet f 'idejn l-ISIL f 'Ġunju 2014, hija t-tieni l-ikbar belt iraqina u l-akbar belt f 'idejn l-ISIL. Il-pressjoni fuq il-mexxejja tal- ISIL hija tremenda u propju nhar il-Ġimgħa l-Amerikani ħabru illi kienu qatlu l-viċi-kap u ministru tal-finanzi tal-ISIL wara illi kien falla attentat biex jaqbduh. Ftit ġimgħat ilu l-Amerikani kienu ħabru ukoll illi kienu qatlu dak illi kien meqjus bħala l-ministru tad-difiża tal-ISIL, Omar iċ-Ċeċen. Sabiex ipattu għal dawn it- telfiet kollha u t-tnaqqis inevitabbli fil-moral, l-aktar ħaġa naturali għall- ISIL hija illi jimmobilizzaw iċ-ċelel li għandhom fil-bliet ewropej sabiex iwettqu l-atti terroristiċi illi rajna f 'Novembru li għadda f 'Pariġi u f 'dawn l-aħħar jiem fi Brussel. Verament id-demm ixxerred bil-bosta f 'dawn l-attentati imma l-ISIL m'hix ser issalva bihom. Li hu ferm aktar preokkupanti hu illi wara t-telf tat-territorju fis-Sirja u fl-Iraq fejn kif rajna, l-Kaliffat qed jaffaċja telfa mminenti, l-ISIL jista' jikkonsolida ruħu fil-Libja minn fejn jista jikompli jespandi a skapitu tal- milizji libiċi illi ma jistgħu jiftehmu qatt biex jiffurmaw gvern nazzjonali. U minn hemm ikompli jipprovoka mewġa tremenda ta' immigrazzjoni lejn l-Ewropa. F'dawn il-ġranet smajna ħafna diskors dwar kif tl-immigrazzjoni llegali qed twassal it-terroriżmu fi xtutna. U kif il-ftehim ta' Schengen qiegħed jagħmel il-ħajja tat-terroristi ferm aktar faċli. Hemm min, wara dawn l-attentati terroristiċi, qed ukoll isejjaħ għal aktar restrizzjonijiet tal-libertajiet personali . Għalkemm qed jintwera illi l-ISIL jista' jwettaq attentati terroristiċi kbar b'ċertu faċilità, m'huwiex impossibli illi wieħed jikkombatti t-terroriżmu fil- limitu tal-legalità u fi ħdan il-qafas demokratiku. Il-forzi tas-sigurtà belġjani ġew ferm ikkritikati minħabba n-nuqqasijiet tagħhom. Fost l-oħrajn talli ma ndunawx biċ- ċellola ta' terroristi illi kien hemm ftit kilometri biss mill-qalba tal- Ewropa, kemm damu biex arrestaw wieħed mill-attentaturi ta' Pariġi u għala ma tawx każ it-twissija tat-tork fir-rigward ta' wieħed mill-attentaturi ta' Brussel illi kien ġie ddeportat mit-Turkija s-sena l-oħra. U hemm bosta illi qed isejħu għall-miżuri aktar severi sabiex tiġi miġġielda t-theddida terroristika. Imma skond il-maġistrat Luc Hennart, president tat-tribunal ta' prim'istanza ta' Brussel li qed jikkoordina l-invetsigazzjonijiet kontra t-terroriżmu, li hu meħtieġ hu aktar riżorsi, aktar impjegati fil- maġistratura u fil-forza ta' pulizija sabiex issir sorveljanza adekwata tat- theddida terroristika u jiġu antiċipati l-attentati. Il-maġistrat Hennart ilu jwissi kontra reazjoni sproporzjonata għal din it-theddida u l-anqas m'hu qed jaqbel mal-proposta illi qiegħda ssir il-Belġju illi min hu nvestigat minħabba terroriżmu jista' jinżamm arrestat għal 72 siegħa minflok 24 siegħa. Skond hu, 24 siegħa huma biżżejjed sabiex il-maġistratura tressaq il-qorti min hu arrestat. Kummenti oħra dawn il-ġranet illi ftit ngħataw każ kienu dawk tal-kap tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker illi qal illi dawn l-attenatati setgħu jiġu evitati kieku twetqu l-proposti tal-Kummissjoni sabiex il-pajjiżi membri tal-U.E. jaqsmu flimkien l-informazzjoni li għandhom dwar it-terroriżmu u l-kriminalità illi kif qal l-istess Hennart hija l-għajn tat-terroriżmu. Jidher illi f 'dan il-qasam hemm nuqqasijiet kbar u jeħtieġ illi jsiru sforzi kbar sabiex il-pajjiżi membri jaqsmu bejniethom l-informazzjoni kollha possibli dwar it-theddida terroristika. Schengen jew m'hux Schengen, it-terroristi xorta jirnexxielhom jinfiltraw kif ġara anke fl-epoka ta' qabel Schengen u l-akbar tarka kontra t-terroriżmu hija l-qsim ta' informazzjoni bejn il-forzi tas-sigurtà u l-ġbir ta' nformazzjoni mill-istess forzi. Dina s-sitwazzjoni frammentarja tfakkarni ħafna fil-kriżi tal- ewrożona illi m'hux faċli tissuperaha b'politika fiskali differenti għat- tmintax-il pajjiż fl-ewrożona minkejja illi lkoll għandhom l-istess munita. L-anqas m'hu ser ikun possibli tissupera t-theddida terroristika mifruxa fuq bosta pajjiżi u illi ġejja minn sorsi differenti jekk m'hux ser ikun hemm aktar ko-ordinazzjoni bejn il-forzi tal- pulizija tal-pajjiżi membri u skambu totali tal-informazzjoni bejniethom. X'aktarx wasal iż-żmien illi l-Ewropa jkollha ukoll l-F.B.I. tagħha illi l-Amerika weldet mitt sena ilu b'risposta għat-theddida anarkika. Jidher ċar illi kemm fil-qasam monetarju kif ukoll fir-rigward tas- sigurtà ewropeja, is-soluzzjoni għall- problemi ewropej hija aktar Ewropa mhux anqas. L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd. JOE ELLIS "Schengen jew mhux Schengen, it-terroristi xorta jirnexxielhom jinfiltraw kif ġara anke fl-epoka ta' qabel"