Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

G ħall-President Marie Louise Coleiro Preca, is-sentejn li għaddew kienu "vjaġġ ta' imħabba." F'intervista esklussiva mar-rivista Mużajk (f 'Marzu 2016) il-President, li għandha l-għeruq tagħha mqabbdin mal-Moviment tal-Ħaddiema warrbet ħafna miċ-ċerimonji tal- protokoll bi preferenza għall-valur ta' ġenerożità lejn is-soċjetà ċivili, minn tfal sa anzjani, minn morda għal Fondazzjoni ta' karità, l-aktar fejn jidħol il-Malta Community Chest Fund. Megħjuna minn żewġha, is-Sur Preca, hi ġabet bidla fir-rwol ta' President tar- Repubblika. Fittxet l-aktar lil dawk li qed ibatu mill- faqar u l-esklużjoni soċjali. Ħolqot spazji ġodda ta' djalogu dwar dak kollu li jaffettwa lin-nies, u kkonsultat magħhom biex is-soċjetà tinbidel dejjem aktar għall-aħjar. Il-profil li tatha l-media juri kemm Coleiro Preca ġibdet lejha s-simpatija u l-istima tal-poplu. Il-President fakkret lir- rivista Mużajk li f 'sentejn ta' presidenza laqgħet u semgħet il-ferħ u l-weġgħat tan-nies – "in-nies ta' veru." Għal qalbha hemm anki l-kawża tan-nisa: għad għandhom triq twila x'jimxu biex ikunu stmati daqs l-irġiel fil-qasam tax-xogħol u fil-fiduċja li għandha tinvesti fihom is-soċjetà. L-impenji tal-President ma jiqfux. Hi mimlija ideat u sens ta' inizjattiva li jagħti aktar valur miżjud lill-virtù tal-ġenerożità. L-Edukazzjoni sesswali Sondaġġ tal-2010 pubbliċizzat fil-programm Newsfeed (Net TV) wera li t-tfal jiksbu tagħrif dwar is-sess minn tliet sorsi (i) l-iskola (ii) sħabhom jew (iii) il-pornografija. L-edukazzjoni sesswali tiddependi mill-età, kif ukoll mir-relazzjoni li jkollhom il-ġenituri ma' uliedhom. Hu ideali li l-ġenituri jitkellmu ma' wliedhom mingħajr simboliżmu u mingħajr tabù, l-aktar fejn jidħlu l-adolexxenti. Id-diskussjoni trattat ukoll il-punt li l-edukaturi jridu jfiehmu r-riskji. Ġenituri Kattoliċi, filwaqt li jistgħu jżommu l-prinċipji morali, għandhom iżommu għajnejhom miftuħin għar- realtajiet tal-lum. Fl-iskejjel, ħareġ mill- programm, jeħtieġ ħafna ħin (pereżempju fejn jidħol l-iżvilupp personali) biex is-sesswalità tingħata attenzjoni matura u ħolistika. 50 sena mill-Moviment Din is-sena jaħbat il- ħamsin anniversarju mill- ħolqien tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kien fetaħ beraħ il-bibien biex ikun esplorat stil ġdid letterarju li tbiegħed mill- idjoma romantika u neo- romantika u l-klassiċiżmu istituzzjonalizzat. Imwaqqaf fl-1966, il- MQL kien iffurmat minn taħlita ta' awturi avangardisti, moderati u anki reazzjonarji. Id-dar tal-pubblikazzjoni Horizons daħlet biex tippubblika serje ta' reminixxenzi u stqarrijiet mill-protagonisti tal- Moviment. Il-biċċa l-kbira tal-protagonisti għadhom magħna bl-eċċezzjoni ta' Frans Sammut, wieħed mill- pilastri ewlenin. Sa issa kien hemm żewġ pubblikazzjonijiet 'formali' dwar il-Moviment: (i) Fit-Triq tal-Qawmien tal-ġurnalist/opinjonista/ poeta Charles Flores u (ii) New Wave Literature in Malta tal-kritiku u professur Charles Briffa. Dwar is-Sittinijiet, Briffa jagħti għadd ta' raġunijiet għaliex inħoloq il-Moviment Qawmien Letterarju. Fost dawn kien hemm: • In-nuqqas ta' stennija u ansjetà biex il-letteratura lokali tkun aġġornata; • Il-kriżi profonda tal- identità li kienet teżisti f 'Malta post-indipendenti; • Tiftix għal diversi forom ta' arti letterarja li riedu jikkontestaw anki ċ-ċensura uffiċjali. Referenza oħra importanti hi 'Il-Polemika tas-Sittinijiet u l-Estetika Maltija' ta' Josette Attard. Il-Moviment inħoloq ukoll fl-isfond ta' assoċjazzjoni ma' gruppi tal-mużika Maltija, bħall- Malta Bums, Mark 69 u The Wasps, li lkoll kienu jirrappreżentaw sens ta' ribelljoni. Din is-sena (2016) għad irid jidher jekk il- Moviment hux se jingħata profil fil-media. Sa issa, il-media injorat għal kollox l-avveniment storiku. Il-Moviment (għallinqas sa issa) ġie injorat ukoll minn għaqdiet letterarji taż-żgħażagħ u dawk tal- konvenzjoni akkademika. Ironika. Għax fi żmienu, il-Moviment kien jingħata ħafna attenzjoni bil-media, stampata u radjufonika, anki dik bl-Ingliż. Hu providenzjali li l-Horizons qed jieħu inizjattiva unika. Wieħed jittama li bil-kollezzjoni ta' reminixxenzi li se jiġu ppubblikati jitwasslu perspettivi ġodda dwar ix- xena letterarja progressista ta' ħamsin sena ilu. L-antoloġija tal-Horizons qed jieħu ħsiebha Alfred Degabriele. Maratoni għall-karità L-istazzjonijiet il-kbar tat- televiżjoni (TVM, TVM2, One u Net) ingħaqdu biex jorganizzaw Mission Fest fil-Pama Shopping Centre fil-Mosta. Aħjar magħqudin għal kawża ġusta milli mqabbdin fi griżmejn xulxin f 'orġja ta' politika partiġġjana. Din id-darba l-ġbir sar biex ikun ipprovdut l-ilma, jitfejqu l-morda bl-AIDS u l-malarja, jinbnew djar sempliċi u jsiru operazzjonijiet fuq l-għajnejn. F'Għawdex, b'mod speċjali fost il-komunità ta' Għajnsielem, kien hemm appell qawwi (u effettiv) favur il-Mission Fest, li kienet puntwalizzata wkoll minn ħafna segmenti ta' talent (mużika, kant, żfin, eċċ). Hi dejjem ħaġa li tiskantak kif il-Maltin jikkonkorru għal dan il-ġbir għall-missjoni f 'inħawi bħall-Afrika, l-Amerika Latina jew l-Orjent Imbiegħed, imma mbagħad jeżisti element razzista li skont esponenti ewlenin tal- Knisja f 'Malta qed jiżdied. Min jaf, forsi hemm ħafna li jaħsbu li b'5 jew 10 Ewro tkun ikkalmata l-kuxjenza. illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Opinjoni 18 Intervista mal-President MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Għall-President Marie Louise Coleiro Preca, is- sentejn li għaddew kienu 'vjaġġ ta' imħabba'" Il-President Coleiro Preca f 'Warwick University tappella għall-ħruġ ta' viżi umanitarji (Marzu 2016)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016