Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Aħbarijiet 3 44% jaqblu mal-bidla fid-diska ta' Ira...49% ma jaqblux IL-MAĠĠORANZA tal-qarrejja tas-sit illum. com.mt li pparteċipaw fl- istħarriġ online tal-ġimgħa l-oħra ma jaqblux mal- bidla fid-diska li se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision li jmiss fl-Iżvezja. Fil-fatt minn dawk li ħadu sehem, 48.6% ma jaqblux, filwaqt li 44% iħossu li din il-bidla kienet waħda pożittiva. Minn dawk li jħossu li l-bidla fid-diska, minn 'Chameleon' għal 'Walk on Water' kienet pożittiva, il-maġġoranza jħossu li d-diska l-ġdida hija aħjar. Fil-fatt, 26.2% ta' dawk li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ huma ta' din il-fehma. Xi ħaġa li jidher li kienet riflessa wkoll fuq il-mezzi soċjali fejn id-diska l-ġdida ta' Ira Losco kienet milqugħa b'mod pożittiv ħafna. L-ILLUM tal-Ħadd li għadda kienet ippublikat artiklu li fih irraportat li fuq is-sit Youtube, il-kanzunetta ta' Losco kienet diġà laħqet 251,000 'view'. Minn dakinhar sal-bieraħ, f 'temp ta' ġimgħa, żdiedu b'357,184 biex il-video tal-kanzunetta issa jlaħħaq is-608,184 'view'. Intant kienu biss 17.3% tal-qarrejja li qablu ma' din il-bidla minħabba li r-regoli jagħmluha possibbli. Kien il-Kap Eżekuttiv tal- PBS Anton Attard li uża dan l-argument meta kien qed jipparteċipa fil-programm Xarabank, li tratta dan is- suġġett. Intant 35.4% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ tas-sit qalu li ma jaqblux ma' din il-bidla għaliex il-vot tan-nies kien għall-ewwel diska u mhux għal dik li ntagħżlet wara. Min-naħa l-oħra, 13% wieġbu li ma jaqblux ma' din il-bidla għax din kienet miftiehma minn qabel ma sar l-istess Malta Eurovision Song Contest. Dan kien argument li qam minn xi persuni li qalu li r-riżultat kien magħruf minn qabel ma fil-fatt tħabbar. Fost dawk li rraġunaw b'dan il-mod kien hemm il-preżentatur u personalità tat-televiżjoni u radju John Bundy, li f 'intervista mal-ILLUM tal- Ħadd 21 ta' Frar kien qal li "l-festival seta' ma sar xejn." Bundy kien stqarr ma' din il- gazzetta li l-festival kien qisu tiġrija fejn 13-il kontestant niżlu bir-roti u waħda niżlet bil-mutur. Huwa qal ukoll li "Ira Losco ma kellha qatt tidħol f 'kontroversja, Ira Losco ġiet mdaħħla f 'kontroversja...Ira Losco tikkompeti ma' Miley Cyrus mhux f 'kompetizzjoni lokali." Kienu biss ftit aktar minn 7% tal-qarrejja tal-illum. com.mt li qalu li ma jsegwux il-Eurovision. Ira Losco, f 'nofs kontroversja b'diska li tista' trebbaħna L-MPA takkuża lill-Gvern li qarraq bil-fizzjali tal-Pulizija L-ASSOĊJAZZJONI tal- Pulizija ta' Malta (MPA) qalet li bħalissa hemm rabja kbira li qiegħda tiddomina l-Korp tal- Pulizija hekk kif "filwaqt li l-membri tal-Korp mill- grad ta' kuntistabbli sa surġent maġġur tħallsu dak li kien ħaqqhom għall-ħidma tagħhom waqt il-Valletta Summit 2015 u waqt ic-CHOGM, il-fizzjali baqgħu ma ħadu xejn tas- sigħat twal żejda li ġew mġiegħla ħadmu." L-MPA qalet li għandha korrispondenza mal- Ministeru u mat-'task force' li tixhed li l-affarijiet fil-fatt kienu se jkunu differenti, liema korrispondenza baqgħet għaddejja sa ftit ġranet ilu. "Iżda minkejja dan," tkompli tgħid l-istqarrija, "issa li għadda kollox, irriżulta li dan kollu ma kien xejn ħlief qerq bil-fizzjali." Meta waqt laqgħa riċenti l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-Onorevoli Carmelo Abela ġie mistoqsi dwar din il-manuvra, huwa wieġeb li t-'task force' inkarigata mill-attivitajiet imsemmija ma kinitx taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu izda taħt l-Uffiċċju tal- PrimMinistru, u ta x'wieħed jifhem li din mhux deċizjoni li hu ħa waħdu. Għalhekk, skont il-Gvern u issa anke l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, dawk il-fizzjali li ġew imġiegħla jaħdmu anke saħansitra aktar minn 150 siegħa fuq il-ħin regolari tax-xogħol, għandhom jitħallsu biss 'disturbance allowance' li l-massimu tiegħu huwa ta' 10% tas-salarju bażiku, bir- riżultat li l-massimu f 'xahar fil-fatt ilaħħaq madwar €170. "Dan jikkuntrasta bil-kbir meta wieħed jikkonsidra li hemm fizzjali tal-Korp tal-Pulizija li għax- xogħol li ħadmu 'suppost' għandhom jieħdu madwar €2,000 u anke aktar." L-istqarrija tal-MPA tkompli tirrimarka kif, "biex jitkompla jinxteħet il-melħ fuq din il-ġerħa, mal-istess ħlas tal-paga ta' dan ix- xahar, fejn sar il-ħlas dovut lill-kumplament tal-membri tal-Korp għas-sahra waqt dawn l-avvenimenti, għal xi raġuni ma sarx il-ħlas tal-allowances tal-Ħdud u festi. Żgur li dawn il- manuvri qegħdin ikomplu jikkontribwixxu sabiex il- moral tal-membri tal-Korp tal-Pulizija jibqa' ankrat fil-qiegħ." L-MPA iddikjarat li dan l-abbuż irid jieqaf darba għal dejjem. "Din mhix kwistjoni ta' 'disturbance', iżda kwistjoni li wieħed ġie mġiegħel, obbligat u dettaljat jirraporta għax- xogħol għal dan il-ħin żejjed. Il-membri tal-Korp, mingħajr ebda bażi legali, qed jiġu mċaħħda kemm mid-dritt ċivili li kull xogħol ħaqqu ħlasu, kif ukoll milli jgawdu l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il- Public Service Management Code bħal kumplament tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku." Ritratt - Kris Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016