Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 24 Kummerċjali ROCS tniedi Ċipru 2016 – Il-gżira tas-sbuħija u l-imħabba Fl-aħħar għaxar snin, Ċipru stabbilixxa ruħu bħala appuntament annwali għall- Maltin u l-Għawdxin kollha li jridu btala tassew partikolari kemm fis-sajf kif ukoll fix- xitwa. Ċipru, magħrufa bħala l-gżira tal-imħabba, għandha pajsaġġ tant meraviljuż, li tiġbed il-qlub ta' kull min iżurha. Apparti minn hekk, l-istorja ta' din il-gżira sseddaq il-karattru tagħha, u huwa għalhekk li saret destinazzjoni tant popolari ta' ħafna mill-miżżewġin li qed jaraw fejn se jqattgħu qamar il- għasel, jew inkella għall-familji li jridu btala b'differenza. Ċipru wkoll toffri baħar mill-isbaħ, xeni li ma tixba' qatt minnhom, nies tal-lokal li jilqgħuk b'idejhom miftuħa, kif ukoll ikel Mediterranju impekkabbli. Huwa għalhekk li Ċipru għandha tkun l-ewwel għażla għall-Maltin kollha għall-btala tagħhom din is-sena. Ċipru mhux biss hija ideali għal dawk li jħobbu l-avventura, imma anke għal dawk li jħobbu jirrilassaw. Tant hemm diversità u postijiet ta' divertiment, li żgur m'intix se taħli minuta mill-ħin li tqatta' fuq din il-gżira. Fosthom insibu lil Zenobia viċin ta' Larnaca, li hija waħda mill-aqwa wreck dives li jeżistu fid-dinja. Jew inkella tixxemmex fuq xi deckchair fuq waħda mill-ħafna bajjiet spettakolari. Għal min iħobb l-istorja u l-arkitettura, jista' jżur diversi siti storiċi, jew inkella xi mixja qalb xi foresta. Min iħobb jiekol, jista' jgawdi xi tazza Commandaria f 'xi ristorant, fejn issib kull xorta ta' attivitajiet. Apparti s-sbuħija tal-post innifsu, wieħed ma jistax ma jsemmix in-nies tal- lokal, l-ospitalità tagħhom, fejn jilqgħuk b'idejhom miftuħa, tkun fejn tkun, int u tiela' xi muntanja, iddur il-ħwienet fiċ-ċentru, jew inkella f 'xi villaġġ rurali. Hawnhekk issir taf għalfejn ħafna min-nies li żaru Ċipru, ikunu diġà qed jippjanaw meta se jerġgħu jżuru. ROCS Travel toffri l-aħjar lill-klijenti tagħha b'rati verament tajbin, li saħansitra jibdew minn €199 biss. Għal dan is-sajf, ROCS qed toffri akkomodazzjonijiet kif ukoll eskursjonijiet mill-aqwa ġewwa Ċipru. Ma' dan, inżidu wkoll titjira ma' waħda mill-aqwa linji tal-ajru fid-dinja – Emirates Airlines. "Fl-2016 se nkunu qegħdin niċċelebraw id-disa' sena konsekuttiva ta' koperazzjoni mal-aġenzija ROCS Group f 'Malta. Huwa unur verament kbir li ROCS Group għażlet lil Salamis Tours bħala l-partners ewlenin tagħha f 'Ċipru. Il- klijenti ta' ROCS jistgħu jibqgħu ċerti li aħna se nagħmlu minn kollox biex il-btala tagħhom ġewwa Ċipru tkun waħda indimentikabbli," qal Michalis Athanassiou, Incoming Manager ta' Salamis Tours Cyprus. Min-naħa tiegħu, Colin Aquilina, il-Kap Eżekuttiv ta' ROCS Group qal, "Huwa unur kbir għalina li għal darba oħra qegħdin inniedu l-vaganzi lejn Ċipru fis-suq Malti. Sena wara sena, Ċipru qed issir ferm popolari mal-Maltin u huma eluf li għażlu din il-gżira bħala d-destinazzjoni annwali tagħhom. Ċipru, kemm għall- kbar kif ukoll għaż-żgħażagħ hija dik id-destinazzjoni li kulħadd ikun qed iffitex, u fl-istess ħin jistenna. Il-lokalità, il-lukandi u s-servizz li ssib ġewwa Ċipru huma verament impekkabbli." "Ċipru għandha l-karatteristiċi kollha li jagħmluha d-destinazzjoni perfetta għall- btala tiegħek dan is-sajf, btala li ma tinsa qatt, u verament tlaħħaq il-but ta' kulħadd, bi prezzijiet li jibdew biss minn €199, prezz li jinkludi t-titjiriet, l-akkomodazzjoni u t-taxxi" temm jgħid Aquilina. Microsoft tat €1.5 miljun f 'software lill-NGOs lokali Microsoft Malta flimkien mal-partners tagħha se jorganizzaw l-attività Technology for Good nhar it-Tlieta 29 ta' Marzu ġewwa l-Microsoft Innovation Centre sabiex jgħinu lill-NGOs Maltin jifhmu kif jistgħu joperaw aħjar u b'mod iżjed effiċjenti bl-użu tal-innovazzjoni u t-teknoloġija. Waqt din l-attività, Microsoft se tniedi wkoll l-Office 365 għal Nonprofits, prodott li se jkun qed jingħata lill-NGOs lokali bħala parti mill-programm ta' Microsoft għall-Komunità. Dan qed iseħħ wara li s-sena l-oħra, Microsoft ħabbret li kienet qed testendi l-programm ta' għoti ta' software b'xejn f'184 suq ġdid għal total ta' 238 suq, inkluż Malta. Barra minhekk, Microsoft tat ukoll donazzjonijiet u skontijiet fuq Office 365 Nonprofit f'26 suq ġdid għal total ta' 139 suq, u dan l-għadd mistenni jkompli jikber. "Kulħadd jaf li biex NGO topera tajjeb u b'mod effettiv, in-nies tagħha trid taħdem bħala tim u jrid ikun hemm komunikazzjoni tajba u effettiva. Illum, l-NGOs jafu kemm it-teknoloġija hija importanti u jafu wkoll kemm hu importanti li jagħżlu l-aħjar soluzzjoni possibbli biex ikunu jistgħu joperaw minn kull fejn ikunu u mingħajr xkiel," qalet Angela Micallef minn Microsoft Malta. "Il-prodott Office 365 for NonProfits li se jkun imniedi f'Malta għall-NGOs Maltin jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Dan il-prodott huwa soluzzjoni produttiva li titħaddem skont il-mod kif topera l-NGO u tgħinhom fl- ippjanar u l-organizzazzjoni tal- attivitajiet u l-ħidmiet tagħhom filwaqt li tgħinhom jagħmlu d-differenza fil-komunità tagħhom," żiedet qalet Angela Micallef. Dawk l-organiżżazzjonijiet mhux bi profitt li jikkwalifikaw għall-Office 365 for Nonprofits jingħataw din id-donazzjoni li toffrilhom aċċess għal email professjonali, shared calendars, instant messaging (IM), HD video conferencing, screen sharing u online storage personali. Dan il-prodott jippermetti wkoll lil min jużah sabiex jikseb aċċess u jeditja Word, Excel, PowerPoint, u OneNote files permezz ta' web browser u jkun jista' jibni wkoll website jew Intranet site pubblika għal aktar kollaborazzjoni. Dawk l-NGOs li jikkwalifikaw għal dan il-prodott jingħataw ukoll Windows u Microsoft Office bħala donazzjoni. Filwaqt li Office 365 for Nonprofits joffri l-ogħla livell ta' sigurtà, dan il-prodott huwa wieħed li jnaqqas il-ħin li wieħed is-soltu jqatta' fuq manutenzjoni tal-informatika filwaqt li jwassal aċċess għall-aktar teknoloġija aġġornata u faċli biex tintuża. "F'Malta, Microsoft kellha biżżejjed opportunitajiet biex issir taf kemm l-NGOs huma parti importanti ħafna tal-komunità lokali u aħna verament napprezzaw il- ħidma kbira li l-NGOs iwettqu fis-soċjetà. Huwa għalhekk li kull sena, Microsoft tiltaqa' ma' dawn l-NGO's waqt l-NGO Connection Day li matulha, dawn l-organizzazzjonijiet jiltaqgħu u jsiru jafu iżjed dwar kif it-teknoloġija tista' tgħinhom joperaw b'iżjed effiċjenza." "Nieħdu gost ukoll niltaqgħu ma' dawn l-NGOs għaliex jgħinuna nifhmu aħjar kif nistgħu nkomplu ntejbu t-teknoloġija u l-prodotti tagħna għalihom. Fil-fatt, minbarra attivitajiet ġewwa l-Microsoft Innovation Centre, organizzajna wkoll NGO Connection Day f'Għawdex." "Nemmnu fl-NGOs u fix-xogħol siewi li qed iwettqu f'Malta u meta ngħinuhom, inkunu qed ngħinu biex ikollna komunità aħjar. Nixtiequ naraw lill-NGOs Maltin jużaw l-innovazzjoni sabiex jgħinu lill-pajjiż u lill- komunitajiet differenti. Huwa għalhekk li dejjem investejna fl- NGOs Maltin u sa llum, Microsoft tat b'valur ta' 'l fuq minn €1.5 miljun f'software lil NGOs f'Malta," temmet tgħid Angela Micallef. Microsoft se tniedi Office 365 għall-NGOs L-Air Malta tirbaħ Premju tal-Puntwalità L-Air Malta ngħatat il- Premju tal-Puntwalità 2015 għall-Kumpaniji tal- Ajru li joperaw titjiriet qosra fid-9 edizzjoni tal-Premji tal- Avjazzjoni fl- Ajruport ta' Brussell. Il-kumpanija tal-ajru ta' Malta identifikat ruħha billi akkwistat rekord ta' puntwalità ta' 91.7% matul l-2015. Rigward dan is-suċċess Silvio Falzon, l-Uffiċjal Kap tal-Operat tal-Air Malta qal, "Ninsabu tassew eċċitati b'dan il-premju. Ħdimna ħafna biex intejbu ċ-ċifri tagħna tal-On Time Performance OTP (Prestazzjoni fil-Ħin). Is-sena li għaddiet, man-network kollu, għamilna madwar 15,000 titjira li 87.2% minnhom ma telqux aktar tard minn 15-il minuta mill-ħin tat- tluq skedat tagħhom. Dan huwa titjib ta' 0.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel, li kien ta' 86.5%." "Diversi proġetti ta' titjib tal-OTP ikkontribwew u taw l-appoġġ tagħhom biex iwasslu għal dawn ir-riżultati pożittivi. L-għan tagħna huwa li nibqgħu ntejbu l-proċessi u l-proċeduri sabiex nakkwistaw riżultati aħjar," żied jgħid is-Sur Falzon. L-Air Malta topera 9 titjiriet fil-ġimgħa għall-Ajruport ta' Brussell. L- ajruport jgħaddu minnu 23 miljun passiġġier kull sena. L-FBIC iżżid prodott mill-aqwa tal- Franciacorta mal-prodotti tagħha Il-kumpanija Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited dan l-aħħar kisbet id-drittijiet esklussivi li timporta u tqassam wieħed mill-aqwa inbejjed tad-djar tal-produzzjoni Franciacorta – il-Monte Rossa. Il-Franciacorta kien l-ewwel inbid Taljan prodott bil-metodu klassiku tax-'xampanja' tat- tieni fermentazzjoni fil-flixkun. It-tqaddim fit-tul b'dak li jibqa' fil- qiegħ tal-flixkun (is-sediment tal- ħmira) jagħmel lil dan il-prodott aktar rikk, kremuż u kumpless mill-prodotti bil-fermentazzjoni l-oħra fil-btieti (bħall-Prosecco). L-istorja tal-Monte Rossa bdiet fl-1972 meta l-intraprenditur Paolo Rabotti u l-mara tiegħu Paola bdew ikabbru l-ewwel għeneb tagħhom. Huma adottaw il-filosofija li jħalltu l-metodi artiġġjanali tradizzjonali mat- teknoloġija moderna. Flimkien mal-passjoni tagħhom għar- riċerka, introduċew attitudni differenti, mingħajr kompromessi, għall-produzzjoni tal-inbid mill- aqwa li huma rinomati għaliha. Mhux ta' b'xejn li l-Monte Rossa huma r-rebbieħa ta' 10 premjijiet tal-Gambero Rosso Tre Bicchieri. Monte Rossa jinsab f'numru limitat ta' restoranti u ħwienet tal- inbid u mingħand Farsonsdirect, l-Imrieħel (www.farsonsdirect. com). L-FBIC hi membru tal-Grupp Farsons.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016