Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum L-ikla t-tajba Ikel 25 Insalata Mediterranja bi dressing tat-tadam imqadded Ingredjenti: • Insalata mħallta (ħass, rukola, spinaċi...) • 2 tadam • ½ ħjara • ½ basla vjola • 100g ġobon feta Poġġi l-insalata fil-qiegħ ta' skutella u itfa' fuqhom saff saff ta' tadam, basal u ħjar. Farrak il-ġobon feta fuq kollox, u xerred id-dressing fil-wiċċ. Għad-dressing: • ½ kikkra tadam imqadded • 2 imgħaref ħall balsamiku • ½ kikkra żejt mit- tadam imqadded Poġġi t-tadam imqadded fi skutella u bi blender itħan ftit sakemm jiġu f'biċċiet iżgħar. Ħawwad u żid il-ħall balsamiku, u kompli ħawwad b'furketta. Żid iż-żejt u kompli ħawwad. Dan id-dressing tista' żżommu fil-friġġ sa ġimgħa, u tuża biss kemm għandek bżonn. Tista' tieħu din l-insalata waħedha, iżżidilha biċċiet tat-tiġieġ, ħut jew laħam jew inkella bħala kontorn għal mal-platti tiegħek. Torta quiche bil-ġbejniet Ingredjenti: • Għaġina short crust • 2 kurrat imqatta' (jew basliet) • 2 bajdiet • ½ kikkra ħalib • ½ kikkra krema friska • 2 imgħaref stragun jew chives imqatta' • ½ kuċċarina melħ u bżar • ¾ kuċċarina noċemuskata • 60g ġbejniet friski mfarrkin Metodu: • Iftaħ l-għaġina fuq dixx u taqqab b'furketta. Aħmiha waħedha għal madwar kwarta f'temperatura ta' 200°C. Baxxi t-temperatura għal 180°C. • Sadanittant, għalli fti ilma f'borma u żid il-kurrat sakemm jirtabu għal madwar 5 minuti. Saffihom u ħalli f'ġenb. • Fi skutella kbira ħabbat flimkien il-bajt, ħalib, krema stragun, bżar, melħ u noċemuskata. • Fil-qiegħ tal-għaġina ifrex il-kurrat imsaffi, u farrak il-ġbejniet fuqha. Ferra' t-taħlita tal-bajd fl-għaġina u aħmi sakemm tintefaħ u tiħmar xi ftit, madwar 40-50 minuta. Gallettini tal-lumi Ingredjenti: • 2 kikkri dqiq • 2 kuċċarini baking poder • ½ kuċċarina melħ • 150 butir artab • Kikkra + 2 magħref zokkor • 1 magħrfa qoxra tal-lumi • 1 bajda • 1 isfar tal-bajd • 2 magħref meraq tal-lumi • ½ essenza tal-vanilla • Ftit qtar kulur isfar (jekk trid) • ½ kikkra icing sugar Metodu: • Saħħan il-forn għal 180°C. • Fi skutella kbira ħawwad flimkien id-dqiq, baking powder u melħ. • Fi skutella oħra, ħabbat flimkien il-butir, zokkor u qoxra tal-lumi, bl-għajnuna ta' food processor, sakemm it-taħlita tibjad. • Żid il-bajda u l-isfar tal- bajd u ħawwad. Kompli żid il-meraq tal-lumi, il-vanilla u l-kulur jekk tkun se tuża. Ħawwad kollox u bil-mod żid it-taħlita tal-ingredjenti nexfin sakemm jitħallat kollox flimkien. • Poġġi l-icing sugar fi skutella żgħira. Ħu parti mit-taħlita, daqs ta' kuċċarina u rembel b'idejk f'forma ta' ballun u poġġi fl-iskutella bl-icing sugar sakemm tinkesa kompletament. • Poġġi fuq dixx b'karta strazza u poġġihom daqsxejn separati minħabba li jinfetħu. Aħmi f'forn imsaħħan għal madwar 10-13-il minuta.