Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum SPORTSillum 27 AĦBAR li ħasdet lill- futbol lokali ftit tal- ġimgħat ilu kienet dik li d-Direttur tar-Refereeing tal-MFA, is-Sur Adrian Casha kien irriżenja minn din il-kariga wara ħames snin li fihom għamel avvanzi kbar fis-settur tar-Refereeing fi ħdan l-MFA u li grazzi għalih, ibbenefikaw numru kbir ta' referis Maltin speċjalment permezz ta' numru ta' skambji li organizza ma' pajjiżi oħra. Fi stqarrija, l-MFA waqt li awgurat lis-Sur Casha kull suċċess għall-futur, irrikonoxxiet li l-eks-Kap tad-Dipertiment tar- Refeering fi ħdan l-MFA, aġixxa dejjem b'integrità personali sħiħa u li dejjem ġab l-interessi tas-settur tar-refereeing Malti qabel kull ħaġa oħra. Intant, ftit sigħat wara li tħabbar li Adrian Casha kien ta r-riżenja tiegħu, tħabbar kif l-eksreferi internazzjonali tal-FIFA, Kevin Azzopardi kien ingħata l-inkarigu li jieħu postu bħala l-Kap tad- Dipartiment tar-Refeering fi ħdan l-MFA sa tmiem dan l-istaġun. Is-sur Azzopardi hu eksreferee, b'karriera ta' 18- il sena, li fiha serva bħala referi tal-FIFA fis-sena 2013, u kkontrolla 114-il partita fil-Kampjonat BOV Premier bejn l-istaġuni 2004/05 u l-2012/13. F'dawn l-aħħar żewġ staġuni, kien qiegħed jokkupa l-kariga ta' amministratur fi ħdan id- Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA u 'Match Observer'. L-MFA awgurat lis-sur Azzopardi kull suċċess fil- kariga l-ġdida tiegħu. Intant, propju ftit jiem wara li Kevin Azzopardi beda jokkupa din il-kariga, din il-gazzetta għamlet kuntatt miegħu fejn talbitu jagħti l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din il-kariga ferm importanti u prestiġjuża, iżda li ġġorr magħha responsabbiltà kbira fil- futbol lokali, u x'ifisser għalih li se jkun qed jieħu post persuna li ġab avvanzi kbar f 'dan il-qasam, Adrian Casha. Huwa afferma li, jinsab grat ħafna lejn l-amministrazzjoni tal- MFA li wriet daqstant fiduċja fih sabiex jassumi din il-kariga importanti. "Hija sfida li qiegħed inħares lejha b'mod pożittiv sabiex inkompli fuq il-ħidma kbira li wettaq Adrian Casha matul l-aħħar ħames staġuni. M'hemmx dubju li f 'mument hekk kritiku tal-istaġun, xogħli hu li nikkonsolida x-xogħol li kien sar u li fl-istess ħin, nikkoreġi dak li seta' sar aħjar. M'għandix dubju li dan kollu kapaċi nwettqu bl-għajnuna tar-referis kollha li dejjem qamu għall-okkażjoni sabiex joffru l-aqwa servizz possibbli lejn il-futbol Malti." Intant, bosta qed isostnu wkoll li hekk kif it-terminu ta' Kevin Azzopardi f 'din il- kariga jintemm fi tmiem dan l-istaġun, huwa tabilħaqq il-kandidat ewlieni biex ikompli jokkupa din il-kariga b'mod permanenti sa mill-istaġun li ġej. Tlabna lil Azzopardi nnifsu jikkonferma dan, fejn huwa kien pront wieġeb li, "Bid- difetti kollha tiegħi, jien dejjem nagħti l-massimu f 'dak li nagħmel, imbagħad inħalli lil ħaddiehor jiġġudika. X'se jiġri mill-istaġun li ġej hija deċiżjoni li nħalli f 'idejn l-amministrazzjoni tal-MFA," temm jgħid id-Direttur ġdid tad- Dipertiment tar-Refeering fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi. 'Xogħli hu li nikkonsolida x-xogħol li sar u nikkoreġi dak li seta' sar aħjar ' - Kevin Azzopardi Il-Kap il-ġdid tad-Diparti- ment tar-Refeering fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi Ritratt - MFA Debutt internazzjonali għat-tim nazzjonali tan-nisa U17 tal-Waterpolo FIL-JIEM li għaddew, il-kowċ tat-tim nazzjoanli tal-waterpolo ta' taħt is-17- il sena, Anthony Farrugia indirizza konferenza stampa fejn fiha ta dettalji rigward il-parteċipazzjoni ta' Malta f 'Tournament Internazzjonali tal- Waterpolo li se jkun qed isir f 'Odense fid- Danimarka bejn l-1 u t-3 t'April li ġej. Huwa ffoka ħafna fuq il-fatt li dan se jkun tournament ta' esperimentazzjoni biex jara f 'liema stadju waslu l-plejers tiegħu. Jekk ir-riżultati mill-Maltin ikunu sodisfaċenti, huma mbagħad japplikaw biex jieħdu sehem fit- Tournament Ewropew tal- Waterpolo ta' taħt is-17-il sena fl-Olanda. Kien minħabba l-fatt li għal dawn il-Kampjonati fl-Olanda, ma teżistix fażi ta' kwalifikazzoni u jieħu seħem kull min japplika. U għalhekk kien pass għaqli min-naħa tal-ASA li se jkun qed jieħu sehem f 'dan it-tournament f 'Odense fid-Danimarka biex joħroġ fid-deher sa fejn wasal il-potenzjal tal-Maltin. Il- waterpolo tan-nisa f 'pajjiżna għadu fil-livelli bikrin tiegħu b'ħafna tfajliet qed jagħżlu li jipprattikaw sport ieħor fosthom il-futbol u r-rugby, iktar milli l-waterpolo. Iżda jeżistu bosta tfajliet f 'pajjiżna li għandhom potenzjal u kwalitajiet mill-aqwa fil-waterpolo fejn il-president tal-ASA, Joe Caruana Curran, semma' b'mod partikolari lill-plejer Cikka Paolella. Intant, indirizza wkoll din il-konferenza stampa, il-president tal-ASA li saħaq li għalkemm huwa fatt magħruf li l-aktar li tingħata pubbliċità huwa lit-tim nazzjonali tal-irġiel, meta huwa ħa l-inkarigu tiegħu bħala president tal- ASA, kien għamilha ċara kemm ma' Karl Izzo, kif koll ma' Anthony Farrugia, li waħda mill-prijoritajiet tiegħu għall-akbar ġid tal- waterpolo lokali, hija dik li jagħtu importanza lis-settur tal-youths tal-waterpolo f 'pajjiżna u għalhekk li timijiet nazzjonali bħal mhuwa dak ta' taħt is-17-il sena kif ukoll dak ta' taħt id-19-il sena qed jingħataw l-importanza meħtieġa. Barra minn hekk, ma setax jonqos li jsemmi wkoll lill-waterpolo tan-nisa li għalkemm huwa qal li għad fadal ħafna xi jsir f 'dan is-settur, huwa jemmen li fis-snin li ġejjin, il-waterpolo tan-nisa f 'pajjiżna għad jagħmel avvanzi kbar. Intant, it-tim nazzjonali tan-nisa ta' taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab fi Grupp B fejn se jkun qed jaffronta lill-Ingilterra, id-Danimarka u Wales, fejn bħal fil-każ tat-tim nazzjonali tal-irġiel ta' taħt is-17-il sena se jkun qed ifittex li jikseb riżultati pożittivi, biex jikseb post awtomatiku fil-play-offs. It-tim nazzjonali ta' taħt is-17 -il sena tal-Waterpolo tan-Nisa li f 'Novembru li għadda ħa sehem fi training camp f 'Ortigia fi Sqallija