Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
illum Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Sports 28 Gianluigi Buffon jikteb l-istorja tal-futbol LI l-goalkeeper Taljan ta' statura u klassi mondjali Gianluigi Buffon huwa wieħed mill-aqwa goalkeepers li qatt ipproduċa l-football Taljan, ftit hemm dubju. Iżda nhar il-Ħadd li għadda, huwa kompla jikkonsolida dan il-fatt meta waqqaf rekord ġdid fis-Serie A. Dan meta fir-raba' minuta tad-'Derby della Mole' kontra Torino, huwa qabeż lill-eksgoalkeper ta' AC Milan, Sebastiano Rossi, bl-ikbar ammont ta' minuti konsekuttivi li fihom ma sofriex gowl. Dan ir-rekord twaqqaf mill-attakkant Taljan ta' Torino, Andrea Belotti, li permezz ta' gowl minn penalti fit-48 minuta fl-istess derby, sar l-ewwel plejer li skorja lil Gianluigi Buffon wara xejn inqas minn 974 minuta. Il-goalkeeper li kien qed iżomm dan ir-rekord qabel Gianluigi Buffon, Sebastiano Rossi, kien ilu jżomm l-istess rekord sa mill-1994 bir-rekord tiegħu ikun dak ta' 929 minuta sakemm kien sofra gowl mill-eksattakkant Russu ta' Foggia, Igor Kolyvanov fis-27 ta' Frar tal-istess sena. L-eksgoalkeeper ta' AC Milan kien dam mhux megħlub għal 929 minuta konsekuttiva mit-12 ta' Diċembru tal-1993 sad- data msemmija fi Frar tal-1994. Min-naħa tiegħu, Sebastiano Rossi dakinhar kien għeleb ir-record tal- eksgoalkeeper leġġendarju Taljan, Dino Zoff li kien waqqaf lura fl-istaġun 1972/73, b'26 minuta. Matul din is-sena 2016, Gianluigi Buffon li llum jgħodd it-38 sena sofra biss żewġ gowls fil-Kampjonat Taljan tas-Serie A - dak ta' nhar il-Ħadd li għadda mill-attakkant ta' Torino, Andrea Belotti, u dak mill- attakkant kontroversjali Taljan ta' Sampdoria, Antonio Cassano, fl-10 ta' Jannar li għadda fi Stadio Marassi f 'Genoa, b'Juventus dakinhar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-1. Rekords li kiseb Gianluigi Buffon matul il-karriera tiegħu: • Il-ħames l-iktar plejer li lagħab fis-Serie A fl-istorja (583 logħba) • It-tieni l-aktar plejer li lagħab ma' Juventus fil- kompetizzjonijiet kollha tul l-istorja (572 logħba) • It-tielet l-aktar plejer li lagħab ma' Juventus fis- Serie A (415-il logħba) • It-tieni l-aktar plejer li lagħab għal Juventus f 'Kampjonati Taljani (Jinkludu logħob fil- Kampjonat tas-Serie A u l-Kampjonat tas-Serie B) (452 logħba) • L-aktar plejer li lagħab għal Juventus f 'finali tas-Supercoppa Italiana (flimkien ma' Alessandro Del Piero) (6 finali) • L-aktar plejer li lagħab għal Juventus fil-UEFA Champions League (94 logħba) • It-tieni l-aktar plejer li lagħab għal Juventus f 'Kompetizzjonijiet Ewropej tal-UEFA (103 logħba) • L-aktar plejer li lagħab għal Juventus fis-Serie B (flimkien ma' Alessandro Birindelli) (37 logħba) • L-aktar plejer li lagħab minuti għal Juventus fl- istorja (50,954 minuta) • L-aktar plejer li beda logħbiet ma' Juventus fl- istorja (572 logħba) • L-aktar plejer li lagħab logħbiet mat-tim nazzjonali Taljan fl-istorja (154 logħba) • Huwa l-goalkeeper li sofra l-inqas goals f 'edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja u li fiha huwa ddefenda l-lasti tat-tim nazzjonali rebbieħ (żewġ gowls f 'seba' logħbiet fit- Tazza tad-Dinja tal-2006 - flimkien ma' Iker Casillas (fl-2010) u Fabien Barthez (fl-1998) • L-aktar goalkeeper li żamm clean sheets f 'edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja (ħames 'clean sheets' fit-Tazza tad- Dinja tal-2006) flimkien ma' Iker Casillas, Pascal Zuberbühler, Oliver Kahn, Fabien Barthez u Walter Zenga (f 'edizzjonijiet oħra) • L-iktar goalkeeper li baqa' mhux megħlub f 'logħbiet konsekuttivi fis-Serie A tul l-istorja (974 minuta fl-istaġun 2015–16) • L-iktar goalkeeper li żamm 'clean sheets' fi staġun wieħed tas-Serie A (10 fl-istagun 2015–16) • Wieħed mill-uniċi tliet plejers li ħadu sehem f 'ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja (1998, 2002, 2006, 2010 u 2014) flimkien ma' Antonio Carbajal u Lothar Matthäus (li għamlu dan f 'edizzjonijiet oħra tat- Tazza tad-Dinja) • L-iktar goalkeper li żamm ammont ta' 'clean sheets' bejn il-lasti tat- tim nazzjonali Taljan (62 logħba) • L-iktar goalkeeper li Informazzjoni Personali Informazzjoni relatata ma' klabb Karriera fil-Futbol Tim Nazzjonali Taljan Isem: Gianluigi Buffon Data tat-Twelid: 28 ta' Jannar 1978 (età 38 sena) Post tat-Twelid: Carrara, Toskana, Italja Tul: 1.91 metru Pożizzjoni fil-Ground: Goalkeeper Tim li jilgħab miegħu: Juventus Numru li jilbes fuq il-flokk: 1 Snin Tim Dehriet 1995–2001 Parma 169 2001– Juventus 452 Snin Tim Dehriet 1993–1994 Italja U16 3 1995 Italja U17 3 1994–1995 Italja U18 3 1995–1997 Italja U21 11 1997 Italja U23 4 1997– Italja 154 'Xtaqt li nkun mgħajjat man-Nazzjonal iżda nirrispetta FUQ fomm kulħadd, speċjalment fuq il-mezzi soċjali, kienet l-esklużjoni mill-iskwadra ta' 22 plejer tat-tim nazzjonali Malti, tal-midfielder offensiv ta' Balzan, Lydon Micllef għal-logħba ta' ħbiberija li Malta lagħbet kontra l-Moldova nhar il-Ħamis li għadda fl-Istadium Nazzjonali f ' Ta' Qali. Dan fid-dawl tal-wirjiet mill- aqwa li huwa qed ikollu bil-flokk ta' Balzan matul dan l-istaġun speċjalment fl-aħħar ġimgħat, fejn saħansitra skorja hat-trick poersonali f 'rebħa kbira ta' 8-0 li Balzan kisbu kontra t-tim li jidher destinat għar-relegazzjoni fl-Ewwel Diviżjoni, Naxxar Lions. Rimarkabbli huwa l-fatt li Lydon Micallef huwa l-uniku plejer Malti flimkien mal- attakkant żagħżugħ ta' Hibernians, Jurgen Degabriele u l-attakkant sieħbu ma' Balzan, Alfred Effiong li rnexxielu jiskorja hat- trick f 'dan l-istaġun bil-plejers l-oħra jkunu barranin - l-attakkant ta' Naxxar Lions, Demba Tourè, u l-eksattakkant ta' Birkikara, L'Imam Seydi. Barra minn hekk, Lydon Micallef innifsu huwa l-aqwa skorer Malti fil-Kampjonant Premier ta' dan l-istaġun, fejn s'issa skorja xejn inqas minn 14-il gowl bil-flokk ta' Balzan, li jfisser ammont indaqs ta' gowls daqs l-attakkant Taljan ta' Floriana, Mario Fontanella u l-attakkant Brażiljan ta' Hibernians, Gilmar da Silva Ribeiro, u żewġ gowls distakk mill-attakkant ta' Balzan, Alfred Effiong, li jinsab jokkupa l-quċċata tal-klassifka tal-aqwa skorers tal-Kampjonat Premier b'16-il gowl. B'hekk, ix-xewqa ta' bosta segwaċi tal-futbol lokali speċjalment dawk ta' Balzan, li Lydon Micallef kellu jiġi msejjaħ biex jifforma Lydon Micallef bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, sentejn ilu