Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Sports 29 tal-futbol Taljan b'ittri tad-deheb żamm ammont ta' 'clean sheets' fis-Serie A fl-Italja (266) • L-uniku goalkeeper fl- istorja li qatt rebaħ l-unur tas-Sena (2003) • L-aktar plejer li rebaħ titli tas-Supercoppa Italiana (6), flimkien ma' Dejan Stanković • L-aktar goalkeeper li rebaħ titli tas-Serie A Goalkeeper tas-Sena (10) • L-aktar goalkeeper fl-istorja li sewa' flus fi trasferiment £23miljun (meta ngħaqad ma' Juventus mingħand Parma lura fl-4 ta' Lulju tal-2001 • L-aktar goalkeeper ta' tim nazzjonali li dam minuti mhux megħlub f 'logħbiet ta' Kwalifikazzjoi għall-Kampjonati Ewropej (568 minuta) • L-aktar plejer li lagħab f 'kompetizzjonijiet internazzjonli tal-UEFA mat-tim nazzjonali Taljan (54 logħba) Unuri li rebaħ Gianluigi Buffon matul il-karriera tiegħu: Ma' Parma • Tazza UEFA: 1998–99 • Coppa Italia: 1998–99; Runner-up: 2000–01 • Supercoppa Italiana: 1999 Ma' Juventus • 6 Kampjonati tas- Serie A: 2001–02, 2002–03, 2004–05, 2005–06, 2011–12, 2012–13, 2013– 14, 2014–15; Runner-up: 2008–09 • Kampjonat tas- Serie B: 2006–07 • 1 Coppa Italia: 2014–15; Runner- up: 2001–02, 2003– 04, 2011–12 • 5 Titli tas- Supercoppa Italiana: 2002, 2003, 2012, 2013, 2015; Runner- up: 2005, 2014 • UEFA Champions League Runner-up: 2002– 03, 2014–15 Mat-Tim Nazzjonali Taljan • Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 2006 • Kampjonat Ewropew tal- UEFA Runner-up: 2012 • FIFA Confederations Cup Medalja tal-Bronż: 2013 • Kampjonat Ewropew tal- UEFA: 1996 • Medalja tad-Deheb fil- Logħob tal-Mediterran : 1997 Unuri Individwali li rebaħ Gianluigi Buffon matul il- karriera tiegħu: • 1 Bravo Award: 1999 • 1 UEFA Club Goalkeeper tas-Sena: 2002–03 • 1 UEFA Club Footballer tas-Sena: 2002–03 • 2 Inkluż fl-ESM Team tas-Sena: 2002–03 ; 2014–15 • L-Aqwa Goalkeeper Ewropew: 2003 • FIFA 100 • Unur FIFA World Cup Yashin: 2006 • Inkluż fil-FIFA World Cup All-Star Team: 2006 • Ballun tad-Deheb - Runner-up: 2006 • 10 Unuri tal-Aqwa Goalkeeper tas-Sena fis- Serie A: 1999, 2001, 2002, 2003, 2005, 2006, 2008, 2012, 2014, 2015 • Tliet (3) darbiet inkluż UEFA Team tas-Sena: 2003, 2004, 2006 • Darbtejn (2) inkluż fil- FIFPro World XI: 2006, 2007 • Erba' (4) darbiet ivvutat bħala l-IFFHS L-Aqwa Goalkeeper tad-Dinja: 2003, 2004, 2006, 2007 • 1 IFFHS L-Aqwa Goalkeeper tad-Deċenju: 2000–2010 • 1 IFFHS L-Aqwa Goalkeeper tal-aħħar 25 sena: 2010 • IFFHS L-Aqwa Foalker tal-21 seklu • Darbtejn (2) inkluż fil-UEFA Euro Tim tat- Tournament: 2008, 2012 • Tliet (3) Darbiet inkluż fis-Serie A Tim tas-Sena: 2012, 2014, 2015 • 1 Pallone Azzurro: 2013 • 1 Premju Nereo Rocco: 2014 • 1 UEFA Europa League Team tal-Istaġun: 2013–14 • 1 UEFA Champions League Team tal-Istaġun: 2014–15 • 1 UEFA L-Aqwa Plejer fl- Ewropa: 2015 (raba' post) • 1 France Football World XI: 2015 • 1 Unur Gianni Brera g ħ a l l - Isportiv tas-Sena: 2015 nirrispetta l-għażla tal-kowċ' - Lydon Micallef parti mit-tim nazzjonali Malti għall-partita ta' ħbiberija kontra l-Moldova, għandhom jitqiesu bħala tabilħaqq ġustifikati. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Lydon Micallef innifsu fejn talbitu r-reazzjonijiet tiegħu wara l-esklużjoni tiegħu mill-formazzjoni tat-tim nazzjonali għal kontra l-Moldova, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi. Huwa sostna li, "Ovvjament, xtaqt li nkun mgħajjat man-Nazzjonal, għax naħseb li kull futboler ikun jixtieq li jkun mgħajjat biex jirrapreżenta lil pajjizu. Iżda, jien għandi nirrispetta l-għażla tal- kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin, u f 'dan il- mument inkompli niffoka fil-wirjiet tiegħi mat-tim ta' Balzan, l-aktar għall-fatt li ġejjin logħobiet importanti fil-Kampjonat Premier u għadna biċ-ċans ukoll li nirbħu l-FA Trophy fl-14 ta' Mejju li ġej," temm jgħid Lydon Micallef. Intant, l-ILLUM ma setatx ma ssaqsix lil Pietro Ghedin innifsu, ir-raġuni għaliex ma kienx sejjaħ lil Lydon Micallef kif ukoll x'kellu x'jirrispondi lil sezzjonijiet kbar tal-pubbliku sportiv, speċjalment fuq il-mezzi soċjali ewlenin, li kkritikaw bil-bosta d-deċiżjoni li huwa ma jsejjaħx lil Lydon Micallef fit-tim nazzjonali, bil-kowċ Taljan tat-tim nazzjonali Malti kien pront wieġeb li huwa ma jagħtix kas dak li jinkiteb fuq il- mezzi soċjali, għaliex hu jaf x'inhu jagħmel u l-għażla finali tiegħu tkun dejjem għall-akbar ġid tat-tim nazzjonali Malti. Huwa kompla li din l-istess deċiżjoni tkun waslet wara ammont konsiderevoli ta' skrutinju, hekk kif huwa jsegwi l-maġġoranza tal-logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier fl-istadia diversi f 'Malta. Madankollu, huwa wieġeb li jemmen ħafna fil-potenzjal ta' dan il- plejer u fil-fatt, sentejn ilu kien diġà sejjaħlu mat-tim nazzjonali, u jemmen li fil- futur dejjem jekk il-plejer ikompli juri logħob tajjeb ma' Balzan, għad jerġa' jingħata ċ-ċans mat-tim nazzjonali Malti. Raġuni prinċipali għaliex Lydon Micallef ma ġiex imsejjaħ għal-logħba ta' ħbiberija ta' nhar il- Ħamis li għadda kontra l-Moldova, skont Pietro Ghedin, kienet dik li huwa jilgħab fl-istess pożizzjoni tal-midfielder offensiv ta' Omonia Nicosia f 'Ċipru, Andrè Schembri, u għalhekk kif inhuwa fatt magħruf, huwa ferm diffiċli li wieħed jieħu post dan il-plejer li fl-aħħar snin kien wieħed minn fost l-aqwa elementi tat-tim nazzjonali Malti. Lydon Micallef bil-flokk ta' Balzan FC