Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Sports 30 Kollox lest għas-sitt edizzjoni tal-Goalkeeper Battle li se ssir għall-ewwel darba fuq ir-ramel IL-GOALKEEPER ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat, ingħaqad mal- eksgoalkeeper Simon Grech biex jiffinalizzaw il-Goalkeeper Battle għas- sitt darba konsekuttiva, li din is-sena, minħaba l-fatt li se tkun qed issir għall-ewwel darba fuq ir-ramel fil-Bajja s-Sabiħa f 'Birzebbuġa, ingħatat l-isem ta' 'The Teamsport Goalkeeper Beach Battle'. Dettalji ngħataw waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fi stabbiliment ewlieni f 'Ħ'Attard, li ġiet indirizzata mill-organizzaturi nfushom, Mario Muscat u Simon Grech, mill- president tal-Malta Beach Soccer Association, J.B. Grech, kif ukoll minn rappreżentant tal- Fondazzjoni Żemżem, Josef Bonello. Din il-kompetizzjoni hija opportunità għall- goalkeepers kollha minn disa' snin 'il fuq biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, itejbu l-ħiliet tagħhom u jieħdu gost waqt li jilagħbu l-isport favorit tagħhom, il-futbol. Dan għandu jservi wkoll bħala tarġa għall-parteċipanti kollha biex jistabilixxu lilhom infushom fil-kampjonati nazzjonali ta' Malta kif ukoll f 'kampjonati barranin. Xejn inqas minn 256 goalkeeper ħadu sehem f 'kull edizzjoni tal- Goalkeepers Battle matul is-snin li għaddew, u din is-sena, in-numru mistenni jkun wieħed indaqs. Dan huwa avveniment li huwa wkoll inkoraġġut u ssaportjat bl-aħjar mod kemm mill-MFA kif ukoll mill-Malta Beach Soccer Associtaion għall- mod professjonali tal- organizazzjoni tiegħu. Dan l-avveniment se jiġi organizzat bejn l-4 u l-5 ta' Ġunju li ġej, u se jkun qed jinfetaħ mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Chris Agius waqt li se jkun mistieden ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Isport, David Agius. Kif wieħed jista' jobsor biex jiġi mtella' avveniment ta' din ix-xorta hija meħtieġa għajnuna finanzjarja sostanzjali, fejn Mario Muscat u Simon Grech, bħalma ġara fl- aħħar snin, huma sabu wkoll numru ta' sponsors li għenuhom bis-sħiħ biex dan l-avveniment seta' tabilħaqq isir realtà. U għal din l-edizzjoni, bħal m'għamlu fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet, l-organizzaturi se jkunu qed imorru pass oltré, hekk kif waqt li t-tfal se jkunu qed jieħdu gost u jilagħbu l-futbol, huma se jkunu qed jgħinu lill- Fondazzjoni Żemżem, li hija organizzazzjoni volontarja reġistrata li tgħin tfal u adulti li qed jingħataw trattament għall-marda qerrieda tal-lukimja. Dan se jsir billi persentaġġ mid-dħul finanzjarju li jasal mill-isponsors kif ukoll mill-miżata li t-tfal iħallsu biex jipparteċipaw f 'dan it- tourament se jkun qed imur għal din il-Fondazzjoni. F'din l-Edizzjoni tal- Goalkeeper Beach Battle, se jkun mistieden il- goalkeeper internazzjonali Malti, Andrew Hogg li bħalissa jinsab mingħajr club wara li nqalgħu xi intoppi relatati ma' aspetti finanzjarji mal-klabb Grieg ta' Kalloni FC. Mistoqsi minn din il-gazzetta x'kien dak li wassal lill-organizzaturi biex jiddeċiedu li din il-Goalkeeper Beach Battle tiġi organizzata fuq ir-ramel għall-ewwel darba, huwa wieġeb li skont huma, ir-ramel kien jipprovdi sfida ikbar għall-parteċipanti kollha minħabba li huwa fatt magħruf li l-fatt li tilgħab futbol fuq ir-ramel huwa iktar diffiċli milli kieku wieħed kellu jagħmel dan fuq il-ħaxix jew fuq l-art. Iżda, huwa kompla jgħid li jemmem li din għandha toffri element ikbar ta' eċitament għal dawk li se jieħdu sehem f 'din il- kompetizzjoni, speċjalment għal dawk ta' etajiet iżgħar. Rimarkabbli huwa l-fatt li fis-snin l-imgħoddija f 'din il-Goalkeeper Battle, ipparteċipaw goalkeepers li matul dawn l-aħħar snin għamlu ċertu isem fil-futbol Malti fosthom fosthom Matthew Calleja Cremona, David Cassar u Daniel Balzan. L-organizzaturi Mario Muscat u Simon Grech ħeġġew lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f 'din il-Goalkeeper Beach Battle, biex jiġbru l-applikazzjonijiet tagħhom mill-klabbs u n-nurseries kollha ta' Malta. Mix-Xellug għal-Lemin - J.B. Grech, Mario Muscat, Simon Grech u Josef Bonello 'Mal-wasla tal-kowċ Drazen Besek l-affarijiet inbidlu mil-lejl għan-nhar' - Emerson Marcelina FTIT tal-ġimgħat ilu, Birkirkara ħabbru li huma kienu laħqu ftehim ma' Floriana biex il-plejer Brażiljan Emerson Marcelina jerġa' jingħaqad magħhom b'self sa tmiem l-istaġun. Huwa kien ingħaqad ma' Birkirkara mingħand l-istess Floriana matul is- sajf li għadda, wara staġun mill-aqwa mal-Greens, li dak iż-żmien kienu mmexxija minn Giovanni Tedesco. Meta Emerson Marcelina ħalla lil pajjiżu l-Brażil biex imur jilgħab fl-Ewropa, huwa lagħab ma' Verona fil-Lega Pro fl-Italja. Wara, kellu esperjenza qasira ma' FC Viitorul fit-Tieni Diviżjoni tar-Rumanija. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Emerson Marcelina nnifsu, fejn talbu jiddeskrivi l-esperjenza qasira li kellu ma' Birkirkara, kif ukoll xi kummenti rigward ir-ritorn tiegħu bil-flokk aħdar u abjad ta' Floriana. Huwa saħaq li l-esperjenza tiegħu ma' Birkirkara kienet waħda tajba ħafna, fejn kulħadd fosthom il-President Adrian Delia, il-plejers u iktar il-partitarji tal- Istripes kien jitrattawh tajjeb immens. "Iżda sfortunatament, l-affarijiet għalija nbiddlu mil-lejl għan-nhar, mal-wasla tal-kowċ il-ġdid Kroat ta' Birkirkara, Drazen Besek. Għalkemm huwa ma ranix nilgħab ma' Birkirkara, huwa ddeċieda li ma nifformax parti mill-pjanijiet tiegħu. Iżda ma nixtieqx inzid iktar rigward dan. Nixtieq insemi b'mod partikolari ir-rebħa storika ta' 1-0 ta' Birkirkara kontra West Ham United fil-UEFA Europa League, li żgur li se tibqa' mmarkata b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħi. Rigward ir-ritorn tiegħi ma' Floriana, b'wiċċi minn quddiem ngħidlek li ma' dan it-tim inħossni ġewwa dari. Dan hekk kif hemmhekk, il-president Riccardo Gaucci, flimkien mal-membri tal-Kumitat sħabu dejjem kellhom affezzjoni kbira lejja. Nittama li npattielhom lura din l-ammirazzjoni li huma għandhom lejja, permezz ta' riżultati pożittivi," temm jgħid Emerson Marcelina. Ironikament, Emerson Marcelina, affronta lill-eksplejers sħabu ta' Birkirkara, propju fl-ewwel logħba tiegħu fir-ritorn ma' Floriana, liema konfront irriżulta bħala wieħed ferm medjokri, u ntemm fi draw ta' mingħajr gowls. Ritratt - Domenic Aquilina Emerson Marcelina fl-azzjoni kontra l-ekstim tiegħu, Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016