Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Sports 31 Ħamrun Spartans jonoraw lil erba' eksplejers leġġendarji NHAR is-Sibt 9 ta' April f 'lukanda ewlenija fil- Floriana se jkunu qed jiġu rikonoxxuti u onorati erba' eksplejers ta' Ħamrun Spartans li huma Joe Brincat, Raymond Vella, Stefan Sultana u Michael Degiorgio. Tagħrif dwar din is-serata ngħata waqt konferenza stampa li saret fiċ-Ċentru tan-Nursery tal- istess tim. U ntagħżel dan il-post b'mod partikolari minħabba l-fatt li din in-Nursery għal Ħamrun Spartans tirrapreżenta l-pulmun u l-futur ta' dan it-tim li kollox qed jindika li fl-istaġun li ġej se jkun qed jirritorna fil-post li tassew jistħoqqlu - jiġifieri fl-ogħla diviżjoni tal- futbol Malti, il-Kampjonat Premier. Fl-assenza tal-president tal-klabb Daniel Sullivan, li kien indispost għal din il- konferenza stampa, tkellem il-viċi president, l-Avukat David Farrugia Sacco li jiġi wkoll il-president tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Huwa qal li finalment, it-tim glorjuż fl-istorja tal-futbol Malti, Ħamrun Spartans, qed jaħsad il-frott li żera li tliet snin ilu meta kien twaqqaf kumitat ferm ħabrieki li kellu l-għan li jerġa' jwassal lill-Ispartans fil-Premier. U issa huma jinsabu biss pass 'il bogħod milli jagħmlu dan, u mhux biss. Dan hekk kif huma jinsabu b'ċans tajjeb li jirbħu wkoll il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoi, meta għad fadal ħames logħbiet għat-tmiem tal-Kampjonat, u Ħamrun Spartans jinsabu biss punt taħt il-leaders, Gżira United, hekk kif dawn tal-aħħar ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Vittoriosa Stars, nhar il-Ħadd li għadda. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-Maroons fadlilhom konfront delikat kontra Senglea Athletic, li se jintlagħab nhar il-Ħadd 3 ta' April li ġej, fejn jekk is-Sengleani jtellfu xi punti lil Gżirjani, żgur li din m'għandhiex tittieħed bħala sorpriża. David Farrugia Sacco kompla li huwa fundamentali għal kull tim li jkun qed jippjana għall- futur tiegħu, li jħares ukoll lejn il-passat tiegħu jew aħjar minn fejn ikun ġej, u kien propju għalhekk li l-amministrazzjoni ċentrali tal-Ispartans iddeċidiet li tonora lil dawn l-erba' eksplaejers leġġendarji tal- Maroons. Huwa semma' li kemm Michael Degiorgio, Raymond Vella kif ukoll Joe Brincat rebħu l-unur personali ferm prestiġjuż tal-MFA Player tas-Sena fis-snin l-imgħoddija, waqt li xprunaw lill-Ispartans biex jirbħu l-unuri kollha li joffri l-futbol Malti fis- snin 80 u fil-bidu tas-snin 90 meta Ħamrun Spartans kienu forza ewlenija fil- futbol Malti. Ma setax jonqos li l-viċi-president ta' Ħamrun Spartans, David Farrugia Sacco, isemmi wkoll lil Stefan Sultana li huwa l-aqwa skorer ta' kull żmien fil-futbol Malti b'174 goal f '411-il logħba, liema rekord intlaħaq f 'rebħa ta' 3-1, li l-Ispartans kienu kisbu kontra Marsaxlokk lura fl-istaġun 2002/ 03, eżattament nhar l-Erbgħa 5 ta' Frar 2003 fis-Centenary Stadium f 'Ta' Qali, fejn Stefan Sultana kien skorja doppjetta personali. Permezz ta' dan ir-rekord, huwa qabeż plejers oħra leġġendarji fosthom Tony Nicholl, li skorja gowl inqas minnu, kif ukoll ta' plejers leġġendarji oħra u li kienu jsibu x-xibka bl-aktar mod faċli fosthom Ronnie Cocks, Ernest Spiteri Gonzi, Raymond Xuereb u Carmel Busuttil u riċentament Michael Mifsud u Gilbert Agius fost oħrajn. Huwa ddebutta fil-Kampjonat Premier nhar it-28 ta' April, 1985 fl-età ta' 16-il sena f 'rebħa kbra ta' 4-0 tal-Ispartans kontra l-ġirien iżda rivali kbar, Marsa. Huwa kien skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Ħamrun Spartans sentejn wara fl- ewwel logħba tal-istaġun 1987/88 fid-draw ta' 1-1 kontra Zurrieq. Minn dik il-logħba 'l quddiem, Stefan Sultana kompla jisplodi u rebaħ tliet Kampjonati Premier ma' Ħamrun Spartans, erba' FA Trophies u ħames Super Cups, waqt li lagħab 35 darba bil-flokk tat- tim nazzjonali Malti u skorja erba' gowls. Min-naħa l-oħra, Raymond Vella, rebaħ żewġ unuri personali tal-MFA Plejer tas- Sena lura fl-1987 u fl-1991. Mal-Ispartans, huwa rebaħ 14-il unur maġġuri bl-ewwel wieħed ikun ir-rebħ tal-Euro Cup, u li jinkludu wkoll tliet Kampjonati Premier u tliet FA Trophies, fis- seba' snin glorjużi li fihom huwa lagħab ma' Ħamrun Spartans. Huwa lagħab ukoll 67 darba bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Michael Degiorgio rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas- Sena fi tmiem l-istaġun 1989-90 fejn sa dak iż- żmien, kien sar it-tieni plejer ta' Ħamrun Spartans li rnexxielu jirbaħ dak l-unur wara Raymond Vella. Huwa lagħab mal-Ispartans bejn l-1982 u l-1993, fejn l-Ispartans rebħu 20 trofew maġġuri u huwa kien element importanti f 'kull wieħed minn dawn l-unuri. Fl-aħħar iżda żgur li mhux l-inqas se jkun onorat ukoll Joe Brincat, iktar magħruf bħala t-'Tivoli', li rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena fi tmiem l-istaġun 1992/93 wara li kien iddebutta magħhom fl-istaġun 1986/87. Bħall- plejers ta' qablu, huwa wkoll rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol Malti. Intant, fil-konferenza stampa, tkellem ukoll il-viċi president Gaetano Debattista li ta rendikont dettaljat rigward il-passat glorjuż tal-Ispartans, waqt li tenna li jinsab ferm kuntent li t-tim tant għal qalbu li jinsab pass 'il bogħod milli jirrritorna fil-Premier, huwa riżultat tal-ħidma sfieqa tal-kumitat ferm ħabrieki ta' dan it-tim. Indirizza wkoll il- konferenza stampa l-amministratur tal-klabb Joe Bugeja, li bħall-kelliem ta' qablu, afferma li jinsabu ferm kuntenti bir-riżultati ferm pożittivi li rnexxielhom jiksbu Ħamrun Spartans fl-aħħar xhur u snin wara li kienu ġew relegati għat- Tieni Diviżjoni. Huwa ffoka b'mod speċjali fuq in-Nursery tal-Club, li qal li huwa l-pedament ewlieni ta' Ħamrun Spartans, fejn saħaq li tmien plejers mill-formazzjoni tal-ewwel tim, huma prodott ta' din in-Nursery. Fost dawn hemm Jake Grech, li fix- xhur li għaddew deher li seta' jingħaqad ma' Valletta, iżda meta mistoqsi minn din il-gazzetta, Joe Bugeja, kien pront wieġeb li l-futur ta' dan il-plejer se jkun wieħed esklussivament mal- Ispartans, hekk kif huwa meqjus bħala wieħed mill- pedini indispensabbli tat-tim Ħamruniż. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-ILLUM talab il-kummenti tal-viċi-president Dr David Farrugia Sacco, rigward x'inhi l-fehma ta' Ħamrun Spartans fuq l-introduzzjoni tal-Kampjonat Premier b'14- il tim, u anki fuq is-'season ticket', iżda huwa spjega li għalissa minħabba l-fatt li Ħamrun Spartans għadhom ma ġewx matematikament promossi fil-Premier, għalkemm diġà ddiskutew dawn il-proposti fuq bażi ta' kumitat, ma xtaq jagħti l-ebda dettalji partikolari. Il-viċi president ta' Ħamrun Spartans, David Farrugia Sacco, jindirizza konferenza stampa flimkien ma' tliet membri oħra sħabu tal-kumitat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016