Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
illum Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Sports 32 Malta ttemm t-tielet post l-Kampjonati Ewropej tan-Nazzjonjiet iż-Żgħar tal-Weightlifting ITTIM Nazzjonali Malti tal-Weightlifting riċentament ħa sehem fil-38 edizzjoni tat- Turnew għal Nazzjonijiet Żgħar Ewropej tal- Weightlifting flimkien mal-pajjiż ospitanti, Ċipru, Monaco, il- Lussemburgu u l-Iżlanda. Tim minn Iżrael kien ukoll mistieden. L-ewwel fil- kompetizzjoni kien it-tim tan-nisa, li jikkonsisti minn Pamela Psaila u Yazmin Zammit Stevens li t-tnejn kellhom prestazzjonijiet eċċellenti. Pamela refgħet it-total ta' 143 kilo, inkluż 3 rekords nazzjonali, filwaqt li Yazmin refgħet it-total ta' 145 kilo u kisret ħames rekords nazzjonali oħra. Dan fisser li flimkien għamlu total ta' 380 punt, biex b'hekk akkwistaw it-tielet post, ftit punti biss wara l-Iżlanda. Il- kompetizzjoni kienet mirbuħa minn Ċipru, filwaqt li r-raba' u l-ħames postijiet ittieħdu minn Monaco u l-Lussemburgu rispettivament. Fit-tieni kompetizzjoni, Kyle Micallef, Rodmar Pulis u Ryan Agius ikkompetew kontra l-atleti l-oħra biex jiżguraw it-tielet post fil-kampjonat b'937 punt. L-Iżlanda kisbu 995 punt, u Ċipru kisbu 1130 punt. Postijiet 4 u 5 marru għal-Lussemburgu u Monaco rispettivament. F'din il-kompetizzjoni, l-atleti Maltin kellhom kompetizzjoni brillianti, b'rekord nazzjonali ġdid, u progress tajjeb għall-atleti kollha. Kyle refa' total ta' 271 kilo u kiser rekord nazzjonali fir-refa' snatch fil-kategorija 94 kilo, li kien ilu mwaqqaf għal 12-il sena, kif ukoll 9 kilogrammi fuq l-aħjar riżultat personali tiegħu. Rodmar refa' total ta' 256 kilo li huwa l-aħjar riżultat personali għalih bi progress ta' 7 kilogrammi. Ryan refa' total ta' 246 kilo. Huwa kiser l-aħjar personali fir-refa' snatch. Flimkien mal- kompetizzjoni tal- Mediterran li saret riċentament, din kienet prestazzjoni oħra solida għal Rodmar Pulis li fil- ġimgħat li ġejjin se jkun qed jirrappreżenta lil Malta għall- ewwel darba fil- Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting li se jsiru ġewwa Forde, fin-Norveġja. Dawn ir-riżultati jtejbu ħafna l-opportunitajiet ta' Pulis li jikkwalifika għal- Logħob Olimpiku ta' Rio fil-Brażil matul is-sajf li ġej. F'Ċipru, l-atleti kienu akkumpanjati mill-kowċ Jesmond Caruana. Matul iż-żjara tiegħu, Caruana kellu diversi laqgħat dwar kollaborazzjonijiet u proġetti futuri, inkluża l-possibbiltà ta' Malta li torganizza edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar tal-Weightlifting matul is- sena d-dieħla. Intant, tliet ġimgħat ilu, tim magħżul mill- Għaqda Maltija tal- Weightlifting ipparteċipa fl-għaxar edizzjoni tal-Kampjonat għall- Pajjiżi tal-Mediterran ġewwa La Coruña fi Spanja. L-atleti Maltin ikkompetew kontra bosta timijiet mill-Bosnija- Herzegovina, Ċipru, Eġittu, Franza, l-Italja, l-Iżrael, Slovenja, Spanja u t-Turkija. Ir-rebbieħa ta' dan il-kampjonat kienu t-Turkija segwiti minn Spanja u Franza rispettivament, fejn it-tim Malti irnexxielu jakkwista l-ħames pożizzjoni. L-ewwel fl-azzjoni għal Malta kien iż- żagħżugħ Andy Grech li rnexxielu jagħlaq l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħu b'riżultati ferm pożittivi fejn refa' total ta' 185 kilo. B'hekk hu rebbaħ lit-tim Malti 235 punt. Fil-kompetizzjoni tan- nisa imbagħad, refgħu Elisia Scicluna u Kristen Borg. Għat-tfajliet Maltin din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali u għalkemm għadhom novizzi fix-xena, huma rnexxielhom jiksbu riżultati tajbin ħafna. Scicluna u Borg irrekordjaw 157 u 156 punt rispettivament. Fil-kompetizzjoni finali, Malta kienet rappreżentata minn Matthew Camilleri u Rodmar Pulis. Minkejja l-bidu daqsxejn inċert, Camilleri xorta rnexxielu jerfa' t-total ta' 229 kilo, u jakkwista 275 punt. L-aħħar fuq il-pjattaforma għal Malta kien Pulis li attwalment qed iħejji għall-edizzjoni tas-sajf tal- Logħob Olimpiku f 'Rio, fil-Brażil. Pulis irnexxielu jipproduċi prestazzjoni brillanti fejn irnexxielu jwaqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-Clean & Jerk ta' 142 kilo u jiskorja 309 punti għat-tim Malti. Dawn ir-riżultati jawguraw ferm tajjeb għall-possibbiltajiet li weightlifters Maltin jiskbu l-kwalifikazzjoni għas- sena d-dieħla għal-Logħob tal-Mediterran li se jsiru ġewwa Spanja wkoll. Il-kontinġent Malti kien immexxi mill- kowċ Jesmond Caruana, u l-parteċipazzjoni ta' Malta f 'dawn iż- żewġ kompetizzjonijiet imsemmija ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal- Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta. Barra minn hekk, riċentament ukoll, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting organizzat b'suċċess it-tieni kompetizzjoni għall-klassifika, li kienet waħda importanti ħafna, peress li kienet l-aħħar tħejjija għat- tim nazzjonali tal- weightlifting qabel l-impenn tiegħu fi tmiem il-ġimgħa fil- Kompetizzjoni tan- Nazzjonijiet Żgħar Ewropej f 'Ċipru. Din il-kompetizzjoni kienet ukoll prova għall- Kampjonat tal-Unjoni Ewropea li se jsiru jkunu f 'Malta bejn il-5 u t-8 ta' Mejju li ġej. L-ewwel kompetizzjoni kienet għall-kadetti fejn numru sabiħ ta' tfal ħadu sehem bl-aħjar riżultati għas-subien ikunu minn Rylee Borg b'129 punt, waqt li l-aħjar riżultat għall-bniet kien minn Shelby Vassallo b'94 punt. It-tieni kompetizzjoni kienet għall-irġiel fi Grupp B. Dawn l-atleti kellhom prestazzjoni eċċellenti bil-maġġoranza tal-atleti f 'dan il-grupp kienu ġodda. Chris Schinas refa' total ta' 170 kilo u kiseb punteġġ ta' 230 punt. Huwa kien segwit minn Andrè Buhagiar u Jannik Pace b'210 punt. Vlad Baldacchino u Michael Fava kisbu 191 punt. It-tielet kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għan- nisa. L-atleti kollha għamlu l-aqwa tagħhom u ġew miksura ħafna rekords nazzjonali. L-ewwel fil-kompetizzjoni spiċċat Pamela Psaila li refgħet it-total ta' 160 kilo u kisbet punteġġ ta' 191 punt. Hi stabbiliet erba' rekords nazzjonali ġodda fil-kategorija tat-63 kilo. It-tieni post inkiseb minn Yazmin Zammit Stevens b'refgħa totali ta' 139 kilo u punteġġ ta' 179 punt. Hija stabbiliet ukoll rekord nazzjonali ġdid fil-kategorija tad-69 kg. Kemm Psaila kif ukoll Zammit kienu fl-azzjoni fil-jiem li għaddew stess ġewwa Ċipru. Fit-tielet post spiċċat Dorianne Attard b'161 punti. Hi kellha kompetizzjoni iebsa minn Kristen Borg li kisbet 160 punt u Elisia Scicluna li kisbet 158 punt. L-aqwa żagħżugħa fil- kompetizzjoni tal-U17 kienet Shazel Gusman, li refgħet it-total ta' 96 kilo filwaqt li l-aħjar żagħżugħa tal-U20 kienet Rebecca Fitz b'refgħa totali ta' 100 kilo u stabbiliet seba' rekords nazzjonali ġodda fil-kategorija tad-69 kilo. L-aħħar kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall- irġiel fi Grupp A. Fl- ewwel post spiċċa Kyle Micallef b'total ta' 262 kilo u punteġġ ta' 311 punt. Huwa għamel attentat sabiex jistabbilixxi rekords nazzjonali ġodda fil- kategorija tal-94kg, imma anki jekk kien tant qrib, ma rnexxielux jagħmel dan. Hu kien segwit minn Rodmar Pulis u Ryan Agius li kisbu 295 u 290 punt rispettivament. Dawn it-tliet atleti wkoll kienu fl-azzjoni f 'Ċipru. Riżultati tajbin ukoll ġew minn Matthew Camilleri b'refgħa totali ta' 228 kilo u punteġġ ta' 274 punt, Martin Pisani li refa' t-total ta' 235 kilo u kiseb punteġġ ta' 257 punt, u Anton Micallef li refa' total ta' 211-il kilo, u kiseb total ta' 245 punt. L-aħjar riżultat mis-sezzjoni taż- żgħażagħ kien ta' 190 kilo miksub minn Andy Grech b'punteġġ ta' 240 punt. Rodmar Pulis -azzjoni għal Malta waqt il-Kampjonat tan-Nazzjonijiet ż-Żgħar tal-Weightlifting f 'Ċipru Ritratt: Malta Weightlifting Association