Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Sports 33 Grech u Micallef jiddominaw l-Autocross NHAR il-Ħadd li għadda, l-20 ta' Marzu, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' organizzat it-tmien programm mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Matul din il-ġurnata, ħadu sehem 38 kompetitur bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross. Intant, ħarsa lejn il- ġurnata fejn fis-sezzjoni Autocross rajna lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jiddomina l-ġurnata billi kien l-uniku sewwieq li rebaħ il-Heats kollha tal- ġurnata biex assigura postu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Josef Abela fuq Opel Nova, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Johnson u Abela jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna, tant li sal-ewwel kantuniera kienu għadhom ras imb'ras, iżda Johnson ħa t-tmun tat-tiġrija segwit minn Abela u Galea, bl- ordni tkompli bi Grech jieħu r-raba' post segwit minn Pisani u Micallef. L-attenzjoni daret fuq Galea li kien qed jagħmel pressjoni fuq Abela b'dan tal-aħħar isegwi lill Johnson sakemm isib dik l-okkazzjoni li javvanza. Izda Johnson ftit wara l-ewwel dawra żviluppatlu ħsara mekkanika fir-rota ta quddiem bil-konsegwenza li beda jzomm lill Abela warajh. Intant, ġiet faċli għal Galea li jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Grech u Pisani. L-azzjoni kompliet bejn Galea u Grech fejn ftit qabel tmiem il-finali, Galea fetaħ it-triq lil Grech biex għat-tielet darba nbidel il-'leader' ta' din il-finali. Il-finali spiċċat bi Grech rebbieħ segwit minn Galea u Pisani. Fir-raba' post spiċċa daħal Micallef. Fil-Finali Klassi B rajna starting line kompost min Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Malcolm Borg u Joseph Micallef it-tnejn fuq Opel Corsa, Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Henry Borg fuq Alfa Sud u Duncan Delia fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Grech jagħmel ħarġa spettakolari fejn tagħtu ċ-ċans jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Micallef u Malcolm Borg. L-ordni kompliet fejn fir-raba' post daħal Keith Borg segwit minn Henry Borg u Delia, b'vantaġġ marġinali bejniethom. Il-finalisti ddefendew posthom sal-aħħar ħlief għal Grech li spiċċa jirtira minħabba ħsara teknika biex il-finali spiċċat b'Micallef rebbieħ segwit mill kuġini Borg - Malcolm u Keith. Fir-raba' post daħal Henry Borg segwit minn Delia fil-ħames post. Fil-Klassi Autcross Standard, li iktar ma jgħaddi żmien qed issir iktar sezzjoni kompetittiva, matul il-ġurnata tal-Ħadd, rajna numru sostanzjali ta' kompetituri jikkumbattu għall-ħames postijiet fil-finali tal-ġurnata fejn ikkwalifikaw Ian Fenech fuq Citroen AX, Steve Micallef fuq Renualt 5, Joseph Martin fuq Peugeot 206, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX u Karl Scicluna fuq Peugeot 206. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Buttigieg u Fenech jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna. Buttigieg irnexxielu jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Fenech u Martin bl-ordni tkompli fir-raba' post b'Micallef segwit minn Scicluna. Sa nofs il-finali ma kellna l-ebda bidla sakemm ftit qabel tmiem it-tiġrija, rajna lil Fenech u Buttigieg jirtiraw minħabba ħsara teknika biex b'hekk kienet faċli għal Martin u Scicluna li javvanzaw fil-pożizzjoni tagħhom. Il-finali spiċċat b'Martin rebbieħ segwit minn Scicluna u Micallef. Fil-Muturi Motocross rajna parteċipazzjoni mhux tas-soltu fejn tmien muturi ħadu sehem maqsuma fiż-żewġ kategoriji. Fi Klassi A kellna diżgwid bejn żewġ kompetituri, fejn il-kumitat organizzativ iddeċieda li ma joħroġx ir-riżultat ta' din il-klassi sakemm jiltaqa' l-Bord tad- Dixxiplina u jiddeċiedi fuq il-każ. Fi Klassi B rajna taqtigħa għal darb'oħra minn 'riders' Għawdxin fejn reġgħu ddominaw il-ġurnata b'Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki jirnexxielu jirbaħ iż-żewġ heats tal-ġurnata biex ġie ddikjarat rebbieħ fil-klassi. Bigeni dejjem kien segwit minn Mario Cauchi fuq mutur Honda li għalaq il-ġurnata fit-tieni post filwaqt li fit-tielet post spiċċa Jorn Stellini fuq mutur Yamaha. Fil-Motocross Klassi Open rajna lil Paul Muscat fuq mutur KTM jirbaħ din it-tiġrija segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki u David Dimech ukoll fuq mutur Kawasaki li spiċċa fit-tielet post. Fir-raba' post daħal Mario Cauchi fuq mutur Honda. Intant, l-Assoċjazzjoni ħadet l-okkażjoni biex tawgura l-Għid it-tajjeb lill-membri tal-ASMK u lil kulħadd. L-attivitajiet tal-ASMK jerġgħu jirritornaw nhar il-Ħadd li ġej bis-sezzjoni muturi Trials. Iktar informazzjoni, wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt. Ir-rebbieħa tal-ġurnata fl-Autocross Ritratt: Mario Micallef 'Mal-ewwel bdejt inħossni f 'dari ma' Sliema Wanderers' - Saviour Fidelis FOST il-ħafna elementi importanti li tilfu Mosta fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar li għadda, insibu lill-attakkant Niġerjan ta' 27 sena, Saviour Fidelis, li ħalliehom biex jingħaqad ma' Sliema Wanderers. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' dan il-plejer nnifsu, fejn intalab l-kummenti tiegħu fuq l-esperjenza qasira li huwa kellu ma' Mosta, kif ukoll rigward l-esperjenza tiegħu sa issa, bil-flokk ta' Sliema Wanderes. Huwa spjega kif l-atmosfera fil-klabb hija waħda mill-isbaħ u "mal-ewwel bdejt inħossni f 'dari ma' Sliema Wanderers. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem, li ngħatajt merħba mill-aqwa kemm mill-plejers ġodda sħabi kif ukoll mill- istaff tekniku tal-Wanderers, immexxi minn Stephen Azzopardi. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja b'mod speċjali lill-ekskowċ tiegħi ma' Mosta, Ivan Zammit, hekk kif dan kien kowċ mill-aqwa għalija. Digà qed tiġini nostalġija tiegħu, iżda tabilħaqq dak huwa l-futbol! Ma nistax ninsa wkoll lill-kowċ personali tiegħi Enzo, minħabba li kien kowċ mill-aqwa għalija, kif ukoll lill- istaff tekniku kollu ta' Mosta u l-eksplejers sħabi. Għandi nostalġija tagħhom ilkoll! Bil-grazzja u bil-qawwa t'Alla, se nkun qed infittex li nikseb lura l-forma li kont fiha fl-ewwel jiem li ġejt f 'Malta. L-aħħar xhur għalija ma kinux faċli, iżda minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-president ta' Sliema Wanderers, Keith Perry, kif ukoll lill-istaff tekniku kollu tal-Wanderers, talli emmnu bis-sħiħ fija u wrew fiduċja assoluta fija, biex nibda din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħi tal- Wanderers. Inwegħedhom li sa tmiem l-istaġun, se nkun qed nagħti l-massimu tiegħi kollu biex ngħin lil dan il-klabb ikompli jżid mat-300 trofew li diġà rebaħ tul l-istorja glorjuża tiegħu fil-futbol Malti. Nittama wkoll li nkun parti mill-istorja ta' Sliema Wanderers b'mod speċjali, billi ngħinhom jirbħu l-FA Trophy fi tmiem l-istaġun," temm jgħid Saviour Fidelis. Sfortunatament għal Saviour Fidelis, propju fil-logħba li fiha kien qed jiddebutta mal-Wanderers kontra Balzan, huwa sofra injury serja u kellu jinħareġ barra mill-grawnd, fejn ittieħed l-isptar permezz ta' ambulanza. B'hekk dan id-debutt għal Saviour Fidelis se jibqa' wieħed li żgur irid jinsa malajr kemm jista' jkun hekk kif l-affarijiet ma setgħux bdew agħar għalih mal-Wanderers. Ritratt: Ray Attard Saviour Fidelis f 'konfront għall- ballun ma' Antonio Monticelli