Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum Malti fil-preżent Sports 35 f 'Malta, għalkemm kif għidt qabel f 'dawn l-aħħar snin, għamlet ċertu titjib, sfortunatament mhux dejjem tagħmel dan. Pereżempju, f 'Diċembru li għadda, fil-finali tal-aqwa tmien tennisti f 'Malta, sfortunatament, kien hemm biss erbgħa min-nies jarawna nilagħbu fil-Marsa Sports Club, li hi ħaġa tal-mistħija. Bħalissa, fil-kemm il-post tinsab fir- rankings uffiċjali tal-World Tennis Association (WTA)? Bħalissa m'għandix ranking, għax mhux qed nieħu sehem f 'ranking tournaments li fihom jingħataw punti għar-rankings. Dan għax bħalissa jiena full time kowċ tat-tennis, waqt li qed nilgħab il-futbol ma' Swieqi United. Kif jirnexxielek tlaħħaq ma' dan kollu f 'ħajtek? Nikkowċja t-tennis bejn sitt u tmien sigħat kuljum. Bħalissa, qed naħdem ukoll mal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fejn għandi student minn din l-iskola li jiġi għandi għall-kowċing fil-Marsa Sports Club erba' darbiet fil-ġimgħa, u qed naħdem ukoll mal-iskola San Anton fosthom ma' studenti tal-Form 1 minn din l-iskola, li jiġu wkoll għat-taħriġ immexxi minni fil-Marsa Sports Club. Din hija xi ħaġa ferm pożittiva għat-tennis lokali, għax meta jien kelli l-età ta' dawn it-tfal, dejjem kont nittrenja t-tennis wara li nispiċċa l-iskola. Barra minn Malta, dejjem kien hemm dawn l-iskejjel speċjalizzati fl-isport, fejn anki meta tkun żgħir, wieħed ikun jista' jittrenja anki sa darbtejn kuljum. B'hekk ix-xogħol full time tiegħi huwa l-kowċing tat-tennis, mbagħad meta nispiċċa nibqa' sejjer dritt għat-taħriġ tal-futbol. Fil-mixed doubles, tilgħab mal-aqwa tennista Maltija, Elaine Genovese, u fis-snin li għaddew irrapreżentajtu lil Malta f 'tournaments maġġuri fosthom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Tina iktar dettalji. Fl-edizzjoni li għaddiet tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, fid-doubles ma rbaħna xejn u kien biss fis-singles li rnexxieli nirbaħ midalja. Biex immur lura għall-edizzjoni tal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' sentejn qabel li kienu saru f 'Liechtenstein, fid-doubles konna rbaħna midalja tal-fidda, fejn tlifna fil-finali li kienet ferm bilanċjata kontra Liechtenstein li kienu qed jilagħbu ġewwa darhom, u li kellhom lit-tennista Steffi Vaugh li tinsab irrenkjata fil-150 post fir- rankings uffiċjali tal-World Tennis Association (WTA). X'mar ħażin għalikom fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Lgħabna mal-ewwel kontra r-rebbieħa tal-midalja tad-deheb, li kienu Ċipru, li kellhom it-tennista mara tagħhom li kienet mir-Rumanija u kienet tgħix biss f 'Ċipru. Il-plejer maskil tagħhom kien tajjeb ħafna fejn diġà kont lgħabt kontrih fis-singles. Ma tantx lgħabna tajjeb dakinhar. Personalment nammetti li ma tantx lgħabt tajjeb, u fid-doubles, jekk tibda ħażin malajr titlef kollox. Dan għax hemmhekk nilagħbu b'dak li huwa msejjaħ 'die point', jiġifieri jekk tiġi 'deuce', tbati ħafna. Konna tlifna żewġ 'die points' fil-bidu tal-logħba, u mbagħad malajr tlifna. Jekk insemmilek lit-tennisti ta' klassi u fama mondjali, Pete Sampras, Rafael Nadal, Roger Federer u Novak Djokovic, min fil-fehma tiegħek huwa l-aqwa tennista? Jien għandi naqra 'bias' rigwad dan, għax jien inħobb ħafna lil Roger Federer. Anki narah jilgħab biss ngħid li huwa l-aqwa plejer tat-tennis li tista' tara fid-dinja. Madankollu, onestament nammetti li l-livell li wasal fih is-Serb Novak Djokovic fit- tennis qatt ma rajt bħalu qabel. Dan kien ferm evidenti fir-rebħa li kiseb kontra Roger Federer fis-semifinali tal-Australian Open fl-Awstralja, ftit tal-ġimgħat ilu, speċjalment għall- mod faċli li bih rebaħlu, u dan meta wieħed iqis li Federer jilgħab fl-istess livell ta' Djokovic innifsu fit-tennis. Fit-tournament ta' qabel, kien lagħab ukoll kontra Nadal fil-finali u rebaħlu bl-iskor ta' 6-1, 6-1, u saħansitra wara din il-finali, Nadal kien stqarr li qatt ma kien lagħab daqshekk tajjeb fil- karriera mill-aqwa tiegħu fit-tennis, fejn ħass li ma seta' jagħmel xejn iktar! Bħala tennista li rnexxielek tikseb daqstant suċċess fit-tennis, minkejja l-età tiegħek li tippermettilek toffri u tirbaħ iktar kemm fit-tennis lokali, u dak internazzjonali, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera f 'dan l-isport. Naħseb li t-tennis huwa sport sabiħ ħafna. Huwa sport individwali, fejn fih ma tiddependix fuq ħaddieħor. Jien li nilgħab it-tennis u l-futbol, nista' nara d-differenza bejn dawn iż-żewġ sports. Dan għax meta nilgħab it-tennis, kollox ikun taħt il-kontroll assolut tiegħi, jiġifieri jekk nilgħab ħażin, nitlef waħdi, jekk nilgħab tajjeb, nirbaħ waħdi. Fil-futbol l-istorja mhux hekk, għax ġieli jien personali ikolli logħba tajba u xorta t-tim tiegħi jitlef, għax jagħmel xi żball xi ħaddieħor. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, fil-futbol, jekk ikollok logħba ħażina, il-plejers sħabek jistgħu jikkompensawlek għal dan billi jilagħbu tajjeb, u xorta waħda t-tim tiegħek jista' joħroġ rebbieħ! B'hekk nista' niddeskrivi lit- tennis bħala sport sabiħ iżda diffiċli. Bħalissa kif sejrin l-affarijiet f 'Malta, speċjalment grazzi għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport, jeżistu diversi opportunitajiet biex anki hawn Malta, iżda wkoll barra minn Malta, wieħed jista' tabilħaqq jilħaq livelli tajbin fit- tennis. Ritratt: Raphael Farrugia Twieled fl-4 ta' Mejju 1990 Huwa l-aqwa tennista Malti maskili f 'dawn l-aħħar snin wieħed mill-aqwa tennisti Maltin ta' kull żmien. Iben iż-żewġ tennisti Gordon u Helen Asciak, meqjusa bħala leġġendi f 'dan l-isport f 'pajjiżna Rebaħ 11-il Malta Open tat-Tennis, bl-aħħar wieħed għalih ikun dak ta' Ottubru li għadda Huwa wkoll kowċ tat-tennis, u jilgħab il-futbol ma' Swieqi United fit-Tieni Diviżjoni Barra f 'Malta, jilgħab ukoll it-tennis ma' tim fis-Serie B fl-Italja Matthew Asciak