Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum "jiġu jfittxuk huma u mhux int tmur tfittex l-għajnuna, u jgħinuk mingħajr ma jistaqsu l-ebda domanda. Għalija, Puttinu jfisser serħan tal-moħħ." L-għajnuna ta' Puttinu setgħu jarawha iktar biċ- ċar minħabba l-fatt li kellhom imorru wkoll il-Ġermanja għall-kura, li hemmhekk, Puttinu m'għandux mezzi biex jgħin. Hemm raw kemm hi verament iktar iebsa li kieku kellhom jaffaċjaw din il-muntanja mingħajr l-għajnuna ta' Puttinu Cares fejn kif spjegat Caroline, appartament qrib l-isptar kien jiswiehom minimament €125 kuljum meta kienu l-Ġermanja, u dan meta kellhom iqattgħu sitt ġimgħat għall-kura. Dan deher bid-differenza għall-għajnuna li rċevew fl-Ingilterra, fejn sabu kollox lest fejn kellu x'jaqsam l-akkomodazzjoni, mgħammra b'kollox biex iħossuhom kemm jista' jkun komdi f 'dan il-perjodu diffiċli. Hawnhekk, Yann jirringrazzja lil Puttinu u jgħid kif tal-inqas, "li morna l-Ingilterra u sibna kollox lest, għalija kien serħan il-moħħ li l-mamà ma jkollhiex xi ħaġa oħra fuq xiex tinkwieta. Biżżejjed kellha l-inkwiet tiegħi!" Yann jitkellem fuq Puttinu b'ċerta gratitudni u jħosshom daqslikieku huma 't-tieni familja tiegħu.' "Qabel konna nagħtu fil- maratona ta' Puttinu biex tkun għent, imma meta tkun fiha verament tara kemm jagħmlu ġid dawn in-nies, u mhux biss jgħinuk bil-flus, imma jtellgħulek il-moral biex ma taqtax qalbek," kompla jgħid Yann. Entità oħra li kienet kruċjali fil-fejqan ta' Yann kien il-bank tad- demm u d-donaturi kollha li jsostnuh. Waqt it- trattamenti tiegħu, Yann ġie bżonn ammont sostanzjali ta' demm u ta' 'platelets', li jinstabu fid-demm, u b'ringrazzjament, it-tfajjel jisħaq li, "kieku ma kienx għal dan nies, għadni ma fieqtx. Bis-saħħa tagħhom, li jagħtu d-demm u l-platelets, stajt infieq iktar malajr." 'Is-sigriet kien li tfittex il- pożittiv' Għalkemm hi iebsa ħafna, Caroline tistqarr li biex irnexxielha tgħaddi minn dan iż-żmien diffiċli, hi kienet iżżomm quddiem għajnejha li f 'kull ħaġa li tiġri, tipprova ssib xi ħaġa pożittiva, "fost dal-ikrah kollu, trid tipprova tfittex u tgħid, kieku ma ġarax hekk, ma kinetx tiġri dik ix-xi ħaġa oħra." Hawnhekk, qabeż Yann li qal li pereżempju meta ma setax joħroġ mid- dar għaliex minħabba l-kimoterapija, ix-xemx kienet tagħmillu d-deni, il-pożittiv li kien jara hu li spiss kienu jiġu ħbieb tiegħu d-dar biex jagħmlulu kumpanija. L-ispirtu kombattenti tal-familja jidher ukoll biċ- ċar fil-fatt li minkejja din l-esperjenza morra, kemm Yann kif ukoll ħuh ta' tmien snin Nyle irnexxielhom ikomplu fix-xogħol tal- iskola tagħhom anke jekk waqfu mill-attendenza fl-iskola għal xhur sħaħ, billi ma kinux Malta. Dan bil-għajnuna ta' bosta ħbieb li kienu jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħaddulhom ix- xogħol u l-materjal li kienu jkunu qed jaħdmu fuqu. Bl-għajnuna ta' ommhom, li kif setgħet, għamlitha ta' għalliema biex uliedha ma jitilfux mill-iskola, it-tnejn li huma komplew bl-iskola ma' sħabhom hekk kif ġew lura, u għamlu l-eżamijiet, fejn irnexxielhom imorru tajjeb. Dan kollu wera kif din il-familja, minkejja d-diffikultajiet, kienet qed tagħmel mill-aħjar li tista' biex turi li l-ħajja kellha tibqa' għaddejja. Il-familja kollha ppruvat tagħmel l-almu tagħha biex il-ħajja tkun kemm jista' jkun faċli u b'inqas tbatija. Hawnhekk, qabeż kburi ċ-ċkejken Nyle, ħu Yann ta' 8 snin jgħid li wara l-operazzjoni li kellu l-Ingilterra, kien irnexxielu jagħmlu ferħan lil Yann billi qagħad juri xi filmati tad- daħq. Caroline tirrakonta wkoll li rnexxilhom jgħaddu minn dan kollu bl-għajnuna tat-tant ħbieb u familjari li għamlu li setgħu biex jgħinuha tkompli tkun ta' sostenn għal uliedha, u anke permezz tat-talb li kien jagħmel parti kbira mill-ħajja tagħhom. "Fil- mumenti fejn kont inkun verament iddisprata, kont nitefa' xi mkien għal kwiet waħdi u nitlob," temmet tgħid Caroline. nqum u noħroġ barra' "Li sibna kollox lest l-Ingilterra, għalija kien serħan il-moħħ li l-mamà ma jkollhiex xi ħaġa oħra fuq xiex tinkwieta. Biżżejjed kellha l-inkwiet tiegħi!" Yann fi żmien it- trattamenti fl-Ingilterra, ġewwa Puttinu House Il-gazzetta ILLUM din is-sena se tagħlaq 10 snin mill-ewwel pubblikazzjoni tagħha. Matul dawn is-snin l-ILLUM saret sinonima ma' stejjer li jinvestigaw temi soċjali u politiċi, kif ukoll analitiċi b'linja editorjali liberali u progressiva. Bħalissa din il-gazzetta flimkien mas-sit illum.com.mt qed tfittex li tespandi t-tim ġurnalistiku tagħha. Il-kandidat magħżul jeħtieġ ikollu l-ħeġġa, il-passjoni u d-determinazzjoni meħtieġ minn ġurnalist filwaqt li jkollu għarfien tajjeb ħafna tal-ġrajjiet kurrenti, soċjo-politiċi f 'pajjiżna. Il-persuna magħżula għal dan il-post vakanti jeħtieġ ikollha l-abbilità li tikkomunika b'Malti tajjeb u li tkun kapaċi tirriproduċi x-xogħol f 'kitba effettiva, fattwali u b'użu korrett tal-lingwa. Esperjenza f 'dan il-qasam u kwalifiki relatati huma importanti għalkemm il-kandidat magħżul jingħata t-taħriġ kollu neċessarju. Kull min huwa interessat għandu jibgħat CV sa mhux aktar tard mis-17 ta' April 2016 fuq l-indirizz elettroniku: bcfreddi@mediatoday.com.mt jew bil-posta fuq l-indirizz: Editur Maniġerjali, Mediatoday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 ĠURNALIST Tlestew il-pjanti għal sptar tat-tfal Tinfetaħ 'play area' għat-tfal f'Mater Dei IS-SEGRETARJU Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, ilbieraħ fetaħ uffiċjalment outdoor play area fid-Disneyland Ward tal-Isptar Mater Dei. Waqt din l-attività, is- Segretarju Parlamentari Fearne ħabbar li l-pjanti għall-isptar il-ġdid tat-tfal u l-maternità huma lesti. Dan l-isptar se jkollu 180 sodda, 4 swali tal-operazzjonijiet, kif ukoll ITU tat-trabi. L-outdoor play area kienet possibbli grazzi għall- inizjattiva li ħa Nathan Farrugia, bl-isem ta' 27 Challenge for Charity. F'din l-inizjattiva, Farrugia għamel maratona f 'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. "Nirringrazja lil dawk kollha li kienu warajja biex din l-inizjattiva tkun suċċess, lill-NGO Daniel Delicata Memorial, kif ukoll lill-industrija. Permezz tagħhom wasalna biex nagħtu proġett lit-tfal fl- isptar tagħna li se jgħin fil-kura tagħhom," qal Farrugia. Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne faħħar l-inizjattiva ta' Farrugia u nkoraġixxa li aktar NGOs ikunu ta' għajnuna fil-qasam tas- saħħa. Huwa magħruf li l-logħob għandu rwol importanti fil-fejqan tat-tfal.