Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

FIRREBBIEGĦA, ta' spiss naraw ħwejjeġ imżewqin bi fjuri u kuluri pastel li propja jirriflettu dan iż-żmien tas- sena. Madankollu, tajjeb li fil-moda, kultant niksru xi ftit minn dak li huwa mistenni, u din is-sena dak huwa eżatt dak li se naraw. Kuluri vivaċi u mettalliċi Il-moda għar-rebbiegħa 2016 hi karatterizzata minn kuluri vivaċi u metalliċi, li jikkumplimentaw ir- Rose Quartz u s-Serenity li ġew iddikjarati bħala 'l-kuluri tas-sena' mill- Pantone. Element ieħor li se jkun popolari huma forom ġodda li bihom ħwejjeġ klassiċi se jingħataw ħajja mill-ġdid. Eżempju ċar hija l-qmis bajda li żgur kulħadd għandu waħda fil-gwardarobba. Dan l-istaġun se naraw din il-'classic piece' f 'interpretazzjonijiet 'oversized', bil-kmiem twal iktar mis-soltu, b'pulzieri kbar jew qishom qanpiena, u f 'materjali varji. 'Cold shoulder' Stil ieħor li se jiddomina huwa l-cold shoulder, fejn ilbiesi, jumpsuits, qomos eċċ se jkollhom gost li jesponi l-ispalla, u l-kmiem jibdew min-nofs in- naħa ta' fuq tad-driegħ. Gost ieħor li se jkun ferm popolari dan l-istaġun huwa l-frill, sew jekk fi stil romantiku fuq dbielet, kif ukoll fuq nota aktar Vittorjana fuq qomos b'għonq għoli mżewwaq b'xi ċoff irqiq. Disinni mħallta Mhux se jonqsu żgur id- disinni li drajna naraw f 'dawn iż-żminijiet bħal rigi u fjuri, u magħhom se jiżdiedu wkoll disinni aktar grafiċi jew astratti li jikkumplimentawhom meta jintlibsu flimkien. Diment li l-patterns ikunu tal-istess grupp ta' kuluri, ħadd m'għandu joqgħod lura milli jħallat u jqabbel iżjed minn disinn wieħed! Segwi lil Mariel Sacco fuq il-blogg tagħha Confessions of a Former Size 6 jew fuq il-paġna tagħha fuq Facebook illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Moda 8 Il-moda għar-rebbiegħa 2016 Iktar disinni u iktar minn Veronica Lynn Mizzi LISTAĠUN tar-rebbiegħa, spiss nassoċjawh ma' ħwejjeġ b'disinni ta' fjuri, u kuluri ċari, hekk imsejħa pastels, però din is-sena dawn se jmorru pass ieħor lil hinn minn din in-norma. Fl-isfilati tal- moda internazzjonali bi tħejjija għal dan l-istaġun, stajna naraw bosta tendenzi, li wħud minnhom prattikament dehru fi kważi kull xow ta' dawn id-disinjaturi rinomati. Fil-fatt, għal dan l-istaġun se nkunu qed naraw kuluri vivaċi 'l bogħod mil- lelà u l-pistaċċa, u minflok jew aħjar magħhom, jidħlu dawk il- kuluri vibranti bħall-oranġjo, u l-kuluri metalliċi bħall-fided. Dan minbarra l-linji, rigi, ċrieki u kull disinn ieħor 'il bogħod mis-soltu fjuri ta' dan iż-żmien. Vibranti u jidher Il-kuluri huma element importanti li matul dan l-istaġun tar- rebbiegħa se jkun qed jieħu żvolta u qabża fit-tonalità. Minflok il-kuluri rotob tal-pastels, din is-sena se nkunu qed naraw iktar varjetà fl- isfumaturi, b'kuluri vibranti jieħdu l-iktar attenzjoni. Kemm jekk huwa ikħal, isfar jew oranġjo, li dan tal- aħħar se jkun popolari ferm fit-tonalitajiet diversi tiegħu, se jkun qed imur tajjeb. Dan ukoll bl-inklużjoni tal-kuluri metalliċi jew anke sempliċiment sfumaturi tiegħu. Wiċċ frisk u sempliċi F'dan l-istaġun, wiċċna għandu jgħidilna 'grazzi kbira' għaliex se jkun qed jieħu pawsa mit-tant żebgħat u kuluri ta' prodotti li s-soltu mdorri li nitfgħulu. Fix- xows tal-iktar disinjaturi rinomati, u mhux, seta' jispikka element partikolari importanti: il-wiċċ kien nadif. Nadif minn prodotti u kremi kkuluriti li s-soltu dawn l-isfilati jkunu tant magħrufin għalihom. Iktar ma jkun sempliċi, u inqas kemm jiġu applikati prodotti, iktar se jkun jidher frisk u adatt. Il-ftit irtokk li se jkun moda huwa dak l-iktar bażiku sabiex joħloq bażi sabiħa, b'xi highlighters li jilluminaw il-wiċċ u forsi dik ix-xoffa klassika ħamra li tkun tista' tispikka aktar fuq wiċċ iktar sempliċi. Il-komdu taċ-ċatt Minbarra l-ħwejjeġ, ġeneralment xi ftit estravaganti, l-isfilati tal- moda spiss ikunu assoċjati ma' żraben bi tkaken li tistagħġeb kif jirnexxielhom jimxu fuqhom il-mudelli. Din is-sena iżda, id- disinjaturi donnhom warrbu xi ftit l-iskumdità tat-tkaken għoljin u ffukaw iktar fuq iċ-ċatt li jagħti xi ftit tan- nifs lil dawk li jilbsuh. Hekk donnha tidher li se tkun it- tendenza b'diversi disinjaturi, fosthom Victoria Beckam li warrbet it-tkaken, anke minħabba li stqarret li dawn Lil hinn mil-fjuri u l-pastel Mariel Sacco Iż-żraben ċatti jieħdu prominenza. Balenciaga (xellug) u Chanel (lemin) Il-moda tal-'cold shoulder' Libsa fl-isfilata ta' Marchesa għall-istaġun tar-rebbiegħa 2016

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016