Illum previous editions

ILLUM 27 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

ID-DEHRA b'mod ġenerali għall-istaġun li ġej tar- rebbiegħa/sajf 2016 se tkun inqas minimalistika u b'ħafna iktar 'glamour milli kieneet għal xi żmien. Patterns Is-sebgħinijiet se jibqgħu magħna għal xi ftit – xi jeans flared jew kull ħaġa b'xi frenza jew ġummien (tassel), għid li hija moda. Anke r-rigi u d-disinni huma verament moda u popolari bħalissa. Kuluri L-iswed u l-abjad, li ddominaw ix-xitwa li għaddiet, se jkunu qed jimxu magħna anke fl- istaġuni li ġejjin tar-rebbiegħa u anke s-sajf. L-abjad huwa dejjem il-kulur tal-istaġun, imma kull kulur vivaċi u jixgħel għandu jkun addattat u moda. Il-ħwejjeġ femminili u 'flirty' huma verament in voga – lbiesi 'slip on', ħafna frilli u materjali trasparenti. Antaċċjoli u materjali li jleqqu, huma wkoll popolari ferm f 'dan l-istaġun. Aċċessorji Fejn għandhom x'jaqsmu l-aċċessorji, f 'dan l-istaġun se jkomplu jiddominaw dawk l-aċċessorji li jistgħu jintużaw kemm mill-irġiel u min-nisa, bil-'bakpacks' jibqgħu popolari, anke f 'dan l-istaġun. Dan jgħidd ukoll għal żraben bi tkaken ħoxnin. Minkejja dan, wasal iż-żmien li nżidu magħhom aċċessorji iktar femminili bħal ġojjellerija iktar delikata, chokers u brooches. Tibżax tabbina aċċessorji differenti flimkien. Sbuħija Fejn tidħol is-sbuħija, il-moda se tkompli tiċċelebra dik id- dehra kemxejn iktar rilassata bl-inqas irtokk possibbli u stili tax-xagħar rilassati- immaġina fix-xagħar imġiegħed tas- sebgħinijiet u irtokk 'nude'. Fl- isfilati għal dan l-istaġun, meta ma kien hemm irtokk 'nude', l-għażla marret fuq ħuġbejn iffurmati u l-kulur fix-xuftejn. Segwi lill-istilista Caroline Paris fuq is-sit tagħha www. carolinefashionstyling.com jew fuq il-paġna tagħha fuq Facebook Moda 9 Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 | illum iktar kuluri qed jgħajjuha u jirrovinawlha saqajha. Linji, rigi u kull forma Għalkemm fir-rebbiegħa spiss naraw fjuri u disinni delikati, din is-sena kien hemm żvolta, bil-prominenza tingħata lil disinni kbar u b'forom li jiġbdu l-għajn. Minn linji, rigi u ċrieki sa kaxxi u grafika interessanti, kull tip ta' forma u disinn se jkun qed jidher spiss, diment li jkun b'forma kbira. Minbarra d-disinn fil-materjal tal-ħwejjeġ, se nkunu qed naraw forom diversi li jikkumplimentaw il-flokk, ġakketta, libsa, dublett u anke basktijiet. Il-moda tal-frilli u frenez se tkun qed tkompli miexja magħna f 'dan l-istaġun ukoll wara li kienet tant popolari fi staġuni passati, u mhux biss fil-ħwejjeġ imma anke fl-aċċessorji bi żraben u basktijiet, mogħtija din id- dehra. Ċingi, u kmiem 'l isfel L-ispalel si jieħdu xi ftit tan-nifs din ir-rebbiegħa, u bit-temp kulma jmur iktar jisħon, din it-tendenza, għandha tintlaqa' b'ferħ. Il-forma u d-disinn li dehru spiss fuq ir-runways għal dan l-istaġun kienet dik li tissejjaħ 'cold shoulder'. Din il-forma tgħaqqad flimkien iċ-ċinga mal-għonq u l-kmiem off shoulder biex tingħata dik id-dehra tal-ittra 'X' fil-parti ta' fuq tat-tibdila. Din it-tip ta' komma/ċinga nistgħu nibdew insibuha mhux biss fuq flokkijiet u qomos, imma anke fuq ilbiesi u jumpsuits fost l-oħrajn. Il-qmis bajda b'differenza Xi ħaġa sempliċi u bażika bħal qmis bajda, hi xi ħaġa li mhix marbuta ma' żmien jew staġun partikolari, imma hija xi ħaġa li kulħadd għandu jkollu fil- gwardarobba tiegħu. F'dan l-istaġun tar-rebbiegħa iżda, għandna naraw il-qmis bajda b'differenza. Id- differenza mhix l-istess f 'kull każ għaliex id-disinjaturi liberament biddlu l-forma ta' din il-biċċa ħwejjeġ biex jagħtuha laqta distinta. Kemm jekk hi b'komma waħda, bil-ġmieħ fil-ġnub, b'għonq għoli, bil-frilli jew bil-frenza, il-qmis bajda xorta se tibqa' fil- gwardarobbi tagħna, anke jekk taħt forom kemxejn differenti. Iktar 'glamour' u inqas minimalistika X'qed jgħidu l-istilisti? Caroline Paris Il-moda tal-qmis bajda b'differenza L-irtokk iktar sempliċi għal dan l-istaġun. Il-mudelli Gigi Hadid u Kendall Jenner

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2016