Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/658015
illum | Il-Ħadd 27 ta' Marzu 2016 Intervista 10 'Ma tgħallimna xejn mill-attakki L -attakki terroristiċi fi Brussell, bħal leħħa ta' berqa reġgħu tefgħu l-attenzjoni tal-Ewropa fuq il-kruha tat- terroriżmu. Donnu Pariġi ma kinitx biżżejjed. Donnu l-kliem iebes u l-gwerra li Francois Hollande kien ħalef li jwettaq kontra t-terrur sfumaw fix-xejn, u llum erba' xhur biss wara t-traġedja Pariġina erġajna lura fejn bdejna. Erġajna qed nisimgħu l-aġġettivi ħorox, erġajna qed nisimgħu l-ilħna politiċi jgħidulna bil-ħruxijiet tal-IS, erġajna qed nisimgħu ħalfa li dan ma jerġax iseħħ u erġajna qed nitkellmu dwar l-fruntieri. Tgħallimna xi ħaġa? Mhux wisq mid-dehra. L-ILLUM iltaqgħet max-xandar u Frankofil Charles Xuereb li wkoll għamel riċerka akkademika fuq il- memorja kollettiva u l-identità. Lura f 'Novembru tas-sena l-oħra, f 'dak il-jum iswed f 'Pariġi, Xuereb kien widdeb kontra sezzjoni ta' nies li llum iħossuhom imwarrbin u ostraċizzati mis-soċjetà li qed jgħixu fiha, u li allura qed iduru għall-estremiżmu reliġjuż li jipprofessa l-vendetta. "Jien nemmen," jibda jgħid Xuereb, "li l-problema hija ta' individwi li mhux qed isibu l-identità tagħhom. Inħarsu lejn ittra li nstabet minn wieħed minn dawk li sploda lilu nnifsu fi Brussell li tgħid 'ma nafx fejn sejjer, ma nafx x'se nagħmel', fost affarijiet oħrajn. Qed ikollna individwi li m'għandhomx sens ta' identità li meta imbagħad jaraw persuni oħrajn tal-istess oriġini tagħhom qed jilħqu u jagħmlu suċċess, aktar jirrabjaw." L-integrazzjoni qed tfalli? Din li l-integrazzjoni falliet jew li ma taħdimx smajnieha diversi drabi issa, jew minn mexxejja politiċi Ewropej jew inkella minn partiti tal-lemin estrem għal raġunijiet kompletament differenti. 'Falliet jew le?' Tistaqsi l-ILLUM. Xuereb jibda billi jgħid li hawn biża' reali u "meta nitkellem ma' nies fit-triq, mhux f 'Malta biss, dawn jgħidulek 'u tgħid mhux hekk nivvutalhom.' Jiena nemmen li meta persuna tkun verament integrata, tħossha parti minn dak il-pajjiż, parti mill-identità ta' dak il-pajjiż. Imma nammettu," iżid jgħid mill-ewwel Xuereb, "ħafna Ewropej ma jridux li dawn jintegraw, u sa ċertu punt nista' nasal biex nifhem minn fejn ġej dan is-sentiment." 'Imma għalfejn? Għalfejn hawn tant biża' mill-barrani, speċjalment jekk ikun tant differenti minna?' tistaqsi din il-gazzetta. "Għax huwa l-istint tal-bniedem li ma jagħtix jew ma jaqsamx dak li huwa tiegħu, speċjalment jekk tkun iġġilidt għalih, speċjalment jekk hija l-identità tiegħek." L-ILLUM terġa' tinterrompi u tfakkar kif wara kollox, il-Malti huwa poplu magħġun minn popli oħrajn. Kieku irrenjat din il-biża' kieku lanqas dan il-poplu ma jeżisti. Xuereb jammetti li din hija problema, għalkemm dan il-punt nerġgħu nqajmuh aktar tard. Traġedja oħra. L-istess reazzjoni. L-ILLUM tfakkar lil Xuereb li l-kummenti tal-politiċi wara l-attakki fi Brussell kienu kollha qishom kopja tal-kummenti wara l-attakki f 'Pariġi. 'Tgħallimna xi ħaġa? 'Tistaqsi din il- gazzetta. "Jien għalija ma tgħallimna xejn minn Pariġi. Issa Juncker qed isemmi unjoni tas-sigurtà. Din hija t-tweġiba tal-UE għal dak li ġara. U nistaqsi jien," ikompli Xuereb, "din x'se tkun? Se nagħmlu armata? Dak li tfisser unjoni ta' sigurtà? Se nerġgħu nagħmlu l-kruċjati? U nistaqsi wkoll, għalfejn stennejna traġedja oħra biex erġajna ġejna b'soluzzjoni? Għaliex ma bdejniex naħdmu fuq dik is- soluzzjoni mill-ewwel? Xuereb ifakkar kif dan l-attakk seħħ, "taħt imnieħer l-UE" u li se jkollu diversi konsegwenzi, anke politiċi. L-ILLUM staqsietu għal liema konsegwenzi qed jirreferi. "Lanqas laħqu għaddew 48 siegħa li dawk li qed jaħdmu biex ir-Renju Unit toħroġ mill-UE raw żieda ta' 2% fl-appoġġ. Mhux bilfors? Ħafna staqsew x'qegħdin jagħmlu fl-UE b'dawn l-attakki għaddejjin fil- konfront tagħha." Xuereb hawn jieqaf għal ftit u jistaqsi jekk wara t-tluq tar-Renju Unit, jekk dan iseħħ, ikunx imissha Malta. Illużjoni li dawn l-affarijiet ma jistgħux jiġru Malta Imma għalina, li nsegwu minn hawn, dawn huma affarijiet li qed jiġru lil hinn minn xtutna. Għall- grazzja t'Alla theddid fil-konfront tagħna m'hemmx. Xuereb iżda ma tantx huwa impressjonat b'din il- linja ta' ħsieb. "Attent," jirrimarka, "din tista' tkun illużjoni. Li ġara fi Brussell jista' allaħares qatt jiġri hawn, għax is-sitwazzjoni hija simili ta' nies li huma neqsin minn dik l-identità, li ma jħossux li jistgħu jorbtu lilhom infushom ma' dak li hu Malti. Għalhekk fil-bidu għidtlek li l-integrazzjoni hija importanti. Għax minflok qed tħalli persuna fil-ġenb, imwarrba u tħossha demoralizzata, għandek persuna li qed tagħti kontribut lis-soċjetà." Bejta ta' terroristi li tħalliet tikber Xuereb jgħid li filwaqt li l-attakki kienu tal-biża' u t-telf ta' ħajja ġabet swied il-qalb, dak li ġara fl-istazzjon ta' Maelbeek, ma kellux jissorprendi wisq. "Molenbeek hija bejta terrorista f 'nofs Brussell, b'armi għaddejjin fl-idejn liberament u l-awtoritajiet jinjorawhom. Issa sakemm din il-bejta tħalliet tikber mingħajr wisq każ, ma ġara xejn imma malli s-sitwazzjoni politika fil-Belġju ġiet għan-normal u bdew jissikkawhom, ħarġu b'dan l-attakk." Xuereb jgħid li l-problema ewlenija hija s-segregazzjoni, għax din toqtol iċ-ċans li barranin jintegraw. L-ILLUM tistaqsi iżda jekk fil-verità, teżistix din ir-rieda ta' integrazzjoni bir-risposta immedjata tkun "mhux il-Maltin biss ma jixtiequx jintegraw, l-Ewropej in ġenerali ma jridux jintegraw ma' ċerta sezzjoni ta' Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Ħafna Ewropej ma jridux li dawn jintegraw u sa ċertu punt nista' nasal biex nifhem minn fejn ġej dan is- sentiment " " Se nagħmlu armata? Dak li tfisser unjoni ta' sigurtà? Se nerġgħu nagħmlu l-kruċjati? " " Xeni ta' dmija u tensjoni ddominaw it-toroq ta' Brussell wara l-attakk ta' nhar it-Tlieta