Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Intervista 11 tqabbilni ma' Daphne' tistaqsi din il-gazzetta? Iżommu wieħed biex idaħħlu mija minn tal-partit. Hekk qed jakkuża l-PN lill-Gvern. Bedingfield mhux impressjonat wisq b'din il-kritika, "mal-PN dejjem taqlagħha, tagħmel x'tagħmel. Iridu, biex nagħti eżempju, ikunu jafu kemm nefaq il-Prim Ministru fuq vaganza personali, imma ma jridux jgħidu min se jagtħihom il-flus." 'Ma nħarisx lejn DCG' Imma Glenn Bedingfield kif iħares lejn Caruana Galizia?' staqsiet l-ILLUM biex forsi tifhem aħjar din it-tensjoni minn fejn qed toriġina. "Ma nħarisx," jgħid Bedingfield b'nofs daħka. Nirrimarkaw li l-mistoqsija kienet tirrigwarda lil Caruana Galizia mill-apsett tal- opinjonijiet tagħha, dak li tikteb u kif twassal il-messaġġ, mhux dwar l-apparenza tagħha. "Ara, iddejjaqni meta tigdeb. Bħal ma gidbet meta qalet li Muscat mar btala ma' John Dalli u lil Dalli rajnieh l-Belt, imbagħad qalet li mar vaganza ma' Gaffarena biex lil Gaffarena rajnieh Raħal Ġdid. Tistenniex li ma niktibx dwarhom dawn il-punti." Bedingfield qed jgħid li kemm jista' jkun jinjoraha lil Caruana Galizia u aktar kmieni fl-intervista qal ukoll li ma jattakkax b'mod personali. Noħroġlu artiklu li tella' nhar it-30 ta' Marzu 2016 bl-isem 'Andrew Candy Nose: Gone are the days at Exiles'. 'Hawnhekk int, għalkemm għidt li ma tagħtix kasha u li qatt ma tgħajjar bil-personal, għandek post li prattikament mhu xejn ħlief li qed jgħid li DCG kerha. "Imma dak 'guest post' kien, kitbu ħaddieħor mhux jien," tkun ir- risposta ta' Bedingfield. 'Imma fuq il-blog tiegħek, int tellajtu, taħt il-blog b'ismek deher,' irrimarkat l-ILLUM, bir-risposta pronta tkun, "int editur ta' din il-gazzetta, jekk tirċievi opinjoni jew ittra tippublikaha, mhux hekk?" 'Le', nwieġbu pront jien. 'Jekk nirċievi ittra jew korrispondenza jew artiklu li l-'valur' uniku tiegħu jkun biex xi ħadd jgħid persuna kemm hi kerha u/jew kemm tagħmel sess orali tajjeb, ma nippublikahx, le." Imma qed niżvijjaw. Il-mistoqsija tiegħi hija rigward il-valur. X'valur għandu post fuq blog li huwa twil ftit sentenzi u li jintemm jgħid hekk: 'X'nostalġija...hi (DCG) kienet apparentament ir-reġina orali l-Exiles!" Bedingfield jgħid li ma jixtieqx jidħol f 'dawn l-affarijiet u jerġa' jfakkar li din kienet guest post. Imma nerġa' nistqasih, x'valur fih post bħal dan? "Hawn min jaqrahom. Kif hemm min jaqra li Bedingfield ġurdien, ikrah u mhux kapaċi joħroġ ma' mara." Imma l-argument kollu li qed nagħmel, inkompli ngħidlu, huwa li dak it-tgħajjir lejk kien ħażin, li tagħmel blog biex tgħajjar ikrah lil min għajjar ikrah lilek tħallina fejn konna. Tgħajjir b'tgħajjir. Iżda Bedingfield jerġa' jirrepeti, "jien ma ngħajjar lil ħadd, imma jekk hemm nies li jkunu goffi fi kliemhom, kif kien raġel li għajjar lin-nisa kolha Laburisti 'koroh', lil dawn jeħtieġ nesponuhom." Bedingfield ifakkar, "taf kemm kien hemm min qala' u min ġie vvilifikat u mgħajjar, u forsi dawn iħossuhom tajjeb li jistgħu jesprimu ruħhom b'dan il-mod issa." Nerġa' nfakkru kif fl-opinjoni tiegħi, billi tgħajjar u toffendi lil min għajrek u offendiek ma tkun qed tagħti l-ebda valur lilek innifsek jew lill-partit li tappartjeni. Il-Laburisti ilhom biżżejjed jaqilgħu Glenn Bedingfield jgħid li l-Laburisti ilhom biżżejjed jaqilgħu, "ilna naqilgħu biżżejjed issa." 'Allura jmiss lil-Labour jirritalja billi jibda jaqla' lin-Nazzjonalisti, qed tgħid?' tistaqsi l-gazzetta. "Tal-anqas li nibdew nesponu ċertu fatti. Għax xi ħadd għajjarha kerha? Taf kemm qalgħet fuq nies? Terġa' u tgħid jien qatt ma qtajtilha kummenti lilha u dejjem ippubblikajt kollox. Ara lili ċerti nies jgħiduli li hi ma taċċettax kummenti kontriha jew kontra l-PN." ....u l-Boċċa ma tqarbinx Naqbadlu blogpost ieħor dwar Andrew Borg Cardona. 'Tista' tikkritika l-fatt li ħa ħafna direct orders, imma li ttella' post għax ma tqarbinx? Dak x'valur fih? "U dażgur li ħa xogħol taħt il-PN," jirrispondi Bedingfield, "kemm ilu li nbidel il-Gvern tilef, miżerjament €150,000", 'imma int fuq li telaq qabel it-tqarbin tellajt post,' weġibtu. "Le ħallik, tellajt fuq tad-direct orders ukoll. Imma din tat-tqarbin tellajtha biex nuri l-arroganza ta' min huwa jew jgħid li hu Kattoliku u ma jsegwix dak li tgħid il-Knisja dwar it-tqarbin fl-Għid." U issa Bedingfield se jibda jattakka bil-personal? Imma apparti minn kollox, dawk li kienu attakkati diversi drabi kellhom ukoll ritratti tagħhom mpoġġijin online. Sitwazzjoni donnha ta' 'Big Brother' jiġri warajk biex ikissrek għax int Laburist jew għax iddeċidejt li tivvota lill-Partit Laburista. Nistaqsih, 'Int tagħti garanzija li mhux se timxi fuq dawn il-passi? Tagħti garanzija li mhux se tattakka bil-ħajja personali? "Ifhem jien ikolli ħafna informazzjoni li ma nippublikax." Imma x'serħan il- moħħ tista' tagħti, li sal-elezzjoni, il-blog tiegħek mhux se jkun qed jattakka lin-nies b'mod personali? S'issa ma qbiżtx il-linja, imma la tasal l-elezzjoni? Se nibdew narawk itella' blogs ta' x'libset dik u fejn mar l-ieħor u min qed jagħmel sess ma' min? "Jien irrid nkun ġust kemm jista' jkun. Jien ma nidħolx fil-ħajja personali tan-nies, imma min jgħajjarna ġrieden u min jgħajjar ġurnalista tal-ONE 'bla bajd', nesponiha." L-ILLUM tfakkar lil Bedingfield li Facbook mifqugħ b'kummenti simili, 'allura noqogħdu nirreaġixxu għal kull kumment? Din x'inhi? Il-bidu ta' gwerra online? Bedingfield ifakkar kif qabel, in- nies kienu jiddiskutu fil-pjazzez, "illum dawk id-diskussjonijiet u argumenti ħaduhom online." 'Nieħu għalija li nitqabbel ma' DCG' Nerġgħu mmorru lura għal minn fejn bdejna u nistaqsih, 'Imma issa ejja nkunu ċari, int id- Daphne Caruana Galizia tal-Partit Laburista?" Bedingfield ma tantx jieħu pajaċir b'dan il-kumment u jirrispondi hekk, "Nieħu għalija jekk tgħidli hekk. Kif għidtlek qabel, ma kienx hemm blog li jagħti vuċi lill-Partit Laburista. Issa hemm. Kieku kien hemm, ma kontx inkun jien li sfortunatament nitqabbel ma' Caruana Galizia." Jirrifletti fuq Muscat Akkuża li ssir ta' spiss, jekk mhux il-ħin kollu, hija li Bedingfield jaħdem mill-qrib mal-Prim Ministru. Fil-fatt huwa kien appuntat politikament biex jaħdem mal-Uffiċċju tal-istess Prim Ministru bħala Konsulent. B'hekk dak li qed jikteb hu qed jirrifletti fuq il-Prim Ministru. Kif iwieġeb għal din l-akkuża Bedingfield. Hu jwieġeb b'mistoqsija. "Insemmi lil Norman Vella, uffiċjal pubbliku marbut bir- regolamenti tal-Gvern li għandu blog u programm, allura dak li jgħid hu, jirrifletti fuq Simon Busuttil? Tajjeb mela, dan għandu permess jitkellem x'ħin irid, u allura la mhux problema għalih, għalfejn problema għalija?" Huwa jkompli jgħid li ħadd mill- midja indipendenti ma jikkritika lill-PN dwar dak li hu spjega bħala, Deputati Nazzjonalisti li kellhom impjieg fiż-żmien il-PN u li qatt ma resqu għax-xogħol. "X'jistaqsu? X'ħin jikteb il-blog Glenn!" Spiċċajt l-intervista b'togħma ta' dak li ġej f 'dawn is-sentejn. Hija ċara li l-linji tal-battalja online issa ġew mpinġijin u fl- elezzjoni li ġejja se jkollna żewġ partiti, żewġ mexxejja u żewġ blogs għassa ta' xulxin. Interessanti l-biċċa! Ritratt: Raphael Farrugia Iridu jkunu jafu kemm nefaq il- Prim Ministru fuq vaganza personali. Imma ma jridux jgħidu min se jagtħihom il-flus " " Glenn Bedingfield