Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Feature 12 Festa ghax-xalaturi din Fost l-aqwa festi u festivals madwar l-Ewropa fix-xhur li ġejjin minn Albert Gauci Cunningham MHUX darba jew tnejn smajna l-espressjoni, 'u mhux darba ngħixu?' U din l-espressjoni hija waħda vera u reali, tant li kulħadd jipprova jagħmel l-aħjar biex fiż-żmien li jkollu fuq din id-dinja, igawdi u jixxala kemm jiflaħ. U ngħiduha kif inhi, il-pajjiż, il-kontinent u d-dinja li ngħixu fiha hija mimlija bl- opportunitajiet biex tgawdi, tiddeverti u tħossok tajjeb. Ir-rebbiegħa, l-istaġun tal-kuluri, tal-fjuri, tal-ħajja u tat-temp mill-isbaħ jiftaħ is-separju għal festivals u festeġġjamenti madwar l-Ewropa biex imbagħad fis-sajf, kulħadd itiha għall- ħela, jonfoq, ikanta, jixxala u jqatta' kemm jista' jkun ħin fid-dawl tax-xemx mal-ħbieb u l-qraba. L-ILLUM ħarset lejn uħud mill-aqwa festivals madwar l-Ewropa li jappellaw għal ġeneri, etajiet u gosti differenti u li jġibu magħhom il-kulur u l-'joie de vivre' li llum kulħadd sar ifittex. Minn Malta sal-Ġermanja, sa Spanja u r-Renju Unit, preparaw ruħkhom għall- Ewropa li minn dawn il-ġimgħat bdiet tixgħel u tferraħ tant eluf. In-nar li jiftaħ l-istaġun f'Edinburgh Fl-aħħar t'April Edinburgh, l-aktar belt importanti fl-Iskozja tilqa' s-Sajf b'festival mimli kulur u esebizzjonijiet kulturali u tradizzjonali. Dan il-festival isir fl-aħħar lejl t'April u jfisser snin twal ta' storja fejn il-bidliet fl-istaġun għal bosta nies Ċeltiċi kienu ferm importanti. Il-purċissjoni ta' nies u kuluri tibda mill-Monument Nazzjonali fuq l-għolja li minnha tara l-isbaħ veduti tal-belt Skoċċiża u ddur mal-istess għolja flimkien ma' ikel, xorb u mużika tradizzjonali. Dan il-festival tal-abbundanza jinkludi lil żewġ personaġġi li jservu bħala l-qofol tiegħu. Dawn huma r-Reġina ta' Mejju u l-Green Man. Wara l-mixja proċessjonata, kulħadd ikompli l-lejl jiekol u jixxala għall-arja friska u xi ftit kiesħa wkoll tal-Iskozja. Ispira ruħek fil-Portugal Bejn il-11 u t-18 t'Awwissu fl-eqqel tas-sajf, tista' tispira ruħek fil-BOOM Festival fil-Portugall, bi preżentazzjonijiet mużikali, esebizzjonijiet artistiċi u attivitajiet ħolistiċi f 'festa mnebbħa mill-paċi, il-kreattività, l-kultura alternattiva, l-evoluzzjoni u l-imħabba. Dan l-avveniment li jseħħ kull sentejn huwa festival ta' mużika trans- psikadelika, elettronika u chill-out li magħhom jingħaqad ċirku, teatru tat-triq, esebizzjonijiet tan-nar u ta' skulturi madwar il-post, kif ukoll iż-żona tal-fejqan. Din iż-żona fil-post fejn isir il-festival, tinkludi post fejn tista' timmedita li joffru wkoll terapiji biex issib bilanċ psikoloġiku aħjar permezz tal-isbuħija, il- paċenzja u l-maħfra. Hemm ukoll pixxina għat-terapija permezz tal-ilma. Imsomma, il-Boom fil-Portugall huwa festa li tnessik l-istress u li taqtgħek mill-ħafna problemi li xi kultant tħoss li qed jgħerquk. Iltaqa' mal-istilel f'Cannes Naturalment, dan il-festival mhux wieħed li fih tista' tipparteċipa wisq, sakemm ma tkunx ġurnalist jew xi attur famuż. Imma huma l-eluf dawk li jmorru l-Cote D'Azur meta dan isir il-post fejn il-moda, il-fama, il-paparazzi u l-atturi jiltaqgħu. Jekk tħobb issegwi l-industrija tal-films, m'hemmx dubju li l-post li għandek tkun fih bejn il-11 u t-22 ta' Mejju li ġej, huwa hawn. Il-post ikun iffullat u naturalment mimli ħajja b'ħafna minn dawk li jmorru, jgħidu li jippreferu jmorru għal Premiere ta' film xi ftit iżgħar biex ma jinqabdux f 'wisq folla jew inkella jaraw film f 'Cinema De La Plage, taħt il-ġmiel tal-istillel. Min jaf? F'Cannes tista' terġa' tixgħel il-fjamma tal-imħabba jew issibha. Cinema De La Plage matul il-jum Ara jolqtok dak il-barri! Mill-finezzi ta' Cannes, immorru għall-istorbju u x-xalar forsi b'aktar passjoni Mediterranja, ta' Spanja. Fil-bidu ta' Ġunju jsir il-festival tant popolari ta' San Fermin f 'Pamplona, Spanja. Dan magħruf għall-ġirjiet perikolużi, imma li xorta huma mfittxija minn ħafna, ta' nies bil-barrin jiġru warajhom fit-triq tal-istess raħal. Il-maġġoranza tal-10 miljun persuna li jmorru fi Pjazza Ayutanmiento jistennew bil-ħeġġa sakemm il-festa tkun iddikjarata miftuħa b'mod uffiċjali. Minn hemm jibdew disat ijiem ta' festi bla wafien, ikel, xorb u xalar li jikkulminaw l-aktar fil- ġirjiet tal-barrin. L-Encierro, jew il-ġirja bil-barrin, twassal saċ-ċirku (bullring) fejn hemmhekk jibdew il-ġlied tal-barrin, mibgħuda minn bosta, iżda xorta prattikati fi Spanja bħala xi ħaġa tradizzjonali. Il-festa minnha nnifisha hija ċelebrazzjoni Mediterranja ta' kuluri u xorb, fi spirtu Mediterran mill-isbaħ. Attent biss li ma tkunx fin-nofs meta jgħaddi l-barri għax jirranġak għall-frisk. Nies jiġru fit-toroq mal-barrin f 'Pamplona Oranġjo għar-Re u għall-Olanda L-Olanda fis-27 ta' April tinbidel f 'baħar ta' oranġjo hekk kif l-Olandiżi joħorġu jiċċelebraw il-ġurnata li tfakkar lill-Monark. Illum, din il-ġurnata tissejjaħ 'King's Day' (Queen's day sa April 2013), u hija l-akbar festa ċċelebrata f 'dan il-pajjiż li ddum għaddejja 24 siegħa u li fiha jsir xorb u ffesteġġjar bla rażan. Għalkemm il-kuluri fuq il-bandiera Olandiża huma aħmar, abjad u blu, l-oranġjo huwa l-kulur tal-monarkija u huwa wkoll kulur vivaċi li jikkuntrasta mat-temp griż li jiddomina x-xitwa Olandiża. Bosta nies jintefgħu f 'waħda mid-dgħajjes li tkun qed iddur fil-kanali u jifesteġġjaw fuqhom f 'wieħed mid-diversi kanali sinonimi mal- belt ta' Amsterdam. Baħar ta' oranġjo fil-kanali tal-kapitali Amsterdam

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016