Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Feature 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA din ir-rebbiegha u s-sajf Il-Karibew imur Londra Dan il-festival partikolari kont mort għalih ftit snin ilu. Eluf fuq eluf ta' passiġġieri jinżlu fl-underground, destinazzjoni Notting Hill. Il-Karnival ta' Notting Hill iġib l-aktar elementi kkuluriti lejn Londra, l-aktar l-elementi mill-Karibew. Fil-fatt f 'dan il-Karnival tara ħafna nies, l-aktar Ġamajkani, li jinżlu fit-toroq ta' din iż-żona mill-isbaħ f 'Londra u jiżfnu, jdoqqu t-tnabar u joħolqu mużika mill-isbaħ. Din iċ-ċelebrazzjoni ta' diversità bdiet issir proprju biex tnaqqas mit-tensjonijiet razzjali fil-belt u biex kulħadd jiżfen u jixxala flimkien ma' nies ta' kultura differenti. Illum, 40 sena wara, Notting Hill inbidlet minn żona fqira għal waħda sinjura b'karnival li huwa fost l-ikbar, lil hinn minn dak li jsir f 'Rio fil-Brażil. Għal dawk il-mijiet ta' Maltin li jħobbu jmorru Londra, dan il-Karnival huwa appuntament mhux ta' min jitilfu. Il-kuluri u l-kostumi bi prominenza f 'Notting Hill Kunċerti u mużika ta' kull ġeneru fil-belt Katalana Ir-rebbiegħa fil-belt kapitali ta' Katalunja, Barcelona, fi Spanja ġġib magħha il-festival Primavera. Dan il-festival se jsir bejn it-2 u l-4 ta' Ġunju u se jġib flimkien diversi artisti u kantanti minn kull rokna tad-dinja. Primavera huwa festival ta' kull ġeneru ta' mużika li għalih jattendu eluf kbar minn madwar id- dinja, fosthom ukoll minħabba li l-belt ta' Barcelona f 'dan iż-żmien tkun fl-aqwa tagħha bil-bajjiet mimlijin nies, f 'temp sħun imma mhux sħana li toqtol. Apparti l-mużika, matul dan il-festival ikun organizzat ukoll festi0val iżgħar ta' dokumentarji relatati mal-mużika. Eluf ta' nies jinġabru għall-kunċert fuq il-bajja Regatta lura fiż-żmien Regatta, gondoli, storja u kanali. Fejn iktar jekk mhux il-belt ta' Venezja? Fl-ewwel Ħadd ta' Settembru din il-belt mimlija storja timtela b'aktar ħajja mis-soltu u fiha ssir ir-regatta li tmur lura fiż-żmien. Kostumi differenti ta' żminijiet oħra jlibbsu lill- Venezja libsa li tixraqilha sew, dik tal-istorja rikka li tagħmilha waħda mill-iktar postijiet mfittxija fl-Italja u madwar id-dinja. B'kollox jiġu organizzati erba' tiġrijiet differenti, b'diversi tipi ta' dgħajjes imma qabilhom tkun organizzata l-bissone, purċissjoni ta' dgħajjes li tagħmel parata tradizzjonali mill- isbaħ. L-aktar tiġrija popolari hija dik bil-gondolini li tispiċċa fil- Grand Canal, fejn jinġabru eluf ta' nies iċapċpu u jgawdu dan l-avveniment stotiku, jistennew li jkun deċiż ir-rebbieħ tat- tiġrija. Il-kompetizzjoni tal-gondoli fil-kanali famużi ta' Venezja Bandalori kollha lwien...karti żgħar ma' kullimkien Imma jekk qed insemmu festivals u festeġġjamenti madwar l-Ewropa ma nistgħux ninsew il-festi fl-irħula u l-bliet madwar pajjiżna. Il-festi f 'Malta huma l-pern tat-tradizzjonijiet Maltin u fihom jkun esebit il-karattru kkulurit u ferrieħi tagħna l-Maltin. It-toroq jiżżejnu bl-isbaħ bandalori u pavaljuni, xi drabi xogħol tal-aqwa artistrija. Is-smewwiet jiżżejnu bil-kulur tal-isbaħ logħob tan-nar u l-knejjes tagħna jiżżejnu u jinbidlu f 'mużewijiet tal-wirt Kattoliku rikk li għandha Malta. B'differenza minn dawn li semmejna, l-festi f 'Malta jinfirxu matul tliet xhur sħaħ u jġibu magħhom żmien ta' ferħ, familja, kulur, sokor u xalar. Il-marċ tradizzjonali ta' filgħodu fil-Ħamrun