Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

A ra x'tagħmlu ta'! Aqbdu l-ewwel €10,000 li għandkom mgezzin ġo xi kantuniera u li ilkom iġġemmgħu nofs għomorkom u morru tuhom, waħda, waħda lill- Partit Nazzjonalista. Jien ma nafx! Imma jew għadhom jaħsbu li l-poplu baħnan, mazzun u defiċenti, jew qed jaħsbu li kulħadd jimpala l-liri (jew l-ewri msomma) bħalhom, jew inkella din l-iskema għamluha bil- lest biex dawk li għalihom €10,000 lil hawn u €10,000 lil hemm mhuma xejn, jibdew jinvestu fil-PN kemm-il darba jerġgħu jispiċċaw fil-Gvern. Dawn x'ħasbuhom lin-nies li jaqilgħuha u jiekluha? Dawn x'ħasbuna lilna, l-maġġoranza kbira tal- poplu Malti? Li flusna, mmorru fuq it-toilet u noħorġuhom minn wara? Dawn tal-PN jafu jew ma jafux li persuna normali, ħaddiem medju, pensjonant jew żagħżugħ normali, €10,000 jaqlagħhom f 'madwar seba', tmienja jew anke għaxar xhur? Dawn tal-PN jafu li qed jitolbu lil dawk bil-paga minima ituhom il-paga kollha sold fuq ieħor ta' sena sħiħa? Tgħiduli, din mhux għal dawk bil-paga minima għamluha. U dażgur li le. Kemm ħasbuna ċwieċ! Din l-iskema tinten u bla diċenza għamluha biex il- kuntratturi u s-sinjuruni li tant qalgħulhom u ħammġuhom, issa jmorru jinvestu fil- PN, bil-premessa u taħt l-impressjoni li wara l-elezzjoni li ġejja jerġa' jkun ikun il-PN fil-Gvern! U min ikun ħa ħsiebhom, jieħdu ħsiebu u min le, jarmuh. Għax dawn hekk kienu tliet snin ilu, u hekk se jerġgħu jkunu fil-Gvern. Make no mistake about it. Hekk kienu u hekk se jibqgħu u din id-darba qed jagħmluha biċ-ċertifikat: Tina self ta' €10,000 u forsi xi tnejn jew tliet pagamenti oħrajn ta' €10,000, imbagħad ntuhomlok lura bl-interessi u forsi, forsi...u nieqaf hemm. U tiġux tgħiduli li mhux hekk. Dan il-PN għamel kruċjata fuq 1ċ, ċentezmu jew tnejn ta', li l-poplu qed iħallas aktar fi fuel mill- Ewropej. U damu jħambqu li l-poplu misruq u midjun u miskin u jaħasra u biki u kukkudrilli. U issa qed jippretendu li nemmnuhom li l-€10,000 iriduhom mingħand min tkisser b'ċenteżmu żejjed? Ħalluna, mela ħsibtuna boloh? Triduhom imma, mingħand min jista' jrodd lura bil-vot u aktar. X'mistħija! X'għarukaża! Kif qalilkom eksimpjegat tal-PN stess. Għax ma mortux tiddejnu meta kellkhom nieskhom stess bla impjieg? Għax ma mortux tittalbu s-self meta l-ħaddiema tal- istamperija kienu b'mannara fuq rashom? Issa tridu l-flus? Taħraqhom qalbhom għall- ħaddiem dawn ukoll, ara x'tagħmlu morru emmnuhom li jridu jkunu Gvern tal- ħaddiem. Gvern tal-ħaddiem, meta l-ħaddiem tagħkom kasbartuh u fottejtuh imma tridu s-self biex isostnu l-bażużli? Ħalluna! Tridu €10,000? Morru ħuduhom mingħand dawk li tajtuhom direct order, fuq direct order, fuq direct order. Lil dawk morru itolbuh is-self. Dawk għandhom ħafna għaxart elefijiet xi jsellfukhom. Min mar jipprotesta kontra l-korruzzjoni għax hu ġenwin, m'għandux €10,000 żejda lill-partit. Min ħassu xxukkjat bil-każ Panama mhux se jmur isellef €10,000 u jippretendi xi ħaġa lura. Għax min niżel il-Belt mal- PN jipprotesta ġimagħtejn ilu ipprotesta biex l-ebda Gvern ma jkun obbligat, lejn ħadd, lejn l-ebda pampalun li għat-taparsi qed jgħinek ftit illum, biex għada tgħinu ħafna int. Iva l-PN ġera tant wara dawk li xtraw iċ- ċittadinanza. U marru jiffilmjawhom l-ajruport, daqslikieku kienu l-akbar kriminali. Sewwa, mela min irid jinvesti f 'pajjiżna mmorru niġru warajhom għax aħna favur it- trasparenza u l-onestà imma mbagħad dawk li se jagħtu l-belli ewri lill-partit, dawk ma ngħidux min huma. Hemmhekk ninsew it- trasparenza! Hemmhekk m'hemmx l-obbligi! L-obbligi u l-ismijiet jeżistu biss meta xi ħadd ikun irid jinvesti flusu f 'Malta taħt il-Labour! Tal-Labour nikxfuhom, navveluhom u nkissruhom, imma tagħna nipproteġuhom u naħbuhom. Ma nbiddlux! Naħseb dawk l-ambjentalisti li marru jipprotestaw kontra ż-Żonqor se jagħtu €10,000 lill-PN! Min jaf forsi jagħtihom €10,000 u iktar Sadeen. Min jaf? Xi ħadd jaf? La dan Sadeen negozjant u ħanzir għall-flus, kif tawna l-impressjoni l-PN stess, mhux se jiddejjaq jinvesti fil-PN ħalli jibqa' jitħanżer dejjem, mhux hekk? U la min se jinvesti jista' jibqa' mistur, jekk Sadeen itihom il-flus lill-PN, mhux se nkunu nafu. Lil dawk ta' kontra bini fiż-Żonqor mhux se jgħidulhom! Ma tarax! La hemm l-għasel, nsodduh ħalqna. U a la l-bubun mill-ODZ! L-aqwa li nerġgħu nkunu fil-Gvern ħa npappu aħna minflok ipappu tal-Labour! Ikun hemm min jgħidli li qed inħarref. Ikun min jgħidli li din l-iskema hija perfettament legali. Ħeq, anke l-kumpanija fil- Panama ta' Konrad hija perfettament legali jekk niġu f 'dan, imma l-perfettament legali ma jneħħix id-dell, ma jneħħix id-dubju. Gażiba A1 kienet din tas-self. Il-Laburisti ġenwini Din oħra! Issa kulħadd sar jimpurtah mill-Laburisti ġenwini! Issa m'għadhomx injoranti, bummers, ħamalli xadini u ġrieden. Issa saru ġenwini. Dażgur li ġenwini l-Laburisti mweġġgħin. Dażgur li ħaqqhom ġustizzja dawk il-Laburisti li nqabżu u baqgħu jinqabżu. Dażgur li għandhom raġun il- Laburisti ġenwini. U bħala gazzetta se nibqgħu minn ta' quddiem biex naraw u nassiguraw li kull min, bil-provi, sofra inġustizzja jingħata rimedju. Se nibqgħu ndejqu, niffitaw u nkunu x-xewka fil-warrani ta' dawk li ħasbu li laħqu s-sema għax sabu post komdu. Però, il-Laburisti ġenwini mhux boloh. Il-Laburisti ġenwini batew dawn l-inġustizzji taħt Gvern ieħor. Dawn il-Laburisti ġenwini nqabżu u reġgħu nqabżu meta kien hemm min qed jitħassarhom illum fil-Gvern. Il-Laburisti ġenwini m'għandhomx €10,000 x'jagħtu self. Ma jistgħu jaħilfu fuq ħadd ħlief fuq il-partit tagħhom stess, biex wara snin jaqilgħu f 'wiċċhom jieħdu dak li huwa tagħhom. Nassigurakom li l-Laburist ġenwin huwa ġenwin bil- qabda iktar minn min qed jitħassru illum, biex jekk jista' jkun, minn għada stess jitla' fuq il-pedestall li tant kien iħobb. Daqs kemm kien u kemm hu ġenwin dak in- Nazzjonalist li għex mal- Partit Nazzjonista, ħadem mal-Partit Nazzjonalista, qala' s-swat u x-xebgħat u t-tgħajjir għall-Partit Nazzjonalista, biex imbagħad meta ġiet id- daqqa, u l-PN spiċċa midjun, kien l-ewwel wieħed li ntrema daqslikieku kien biċċa ħmieġ. Daqs kemm kien ġenwin min emmen fil-Partit Nazzjonalista, imma li għax kritika jew deher mal-Labour, safa' vvilifikat, mgħajjar u mkisser. Il-ġenwin igerger, il-ġenwin jipprotesta, il-ġenwin jikteb kitba ħarxa, il-ġenwin jhedded li jqatta' l-vot. Imma l-ġenwin, ma jinsiex! Ma jinsa qatt! Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Ara x'tagħmlu! Morru sellfuhom €10,000 Opinjoni 15 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016