Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Qed ngħixu żminijiet interessanti M atul dawn l-aħħar ġimgħat, minn mindu s-sit illum.com.mt ippublika intervista mad- deputata indipendenti Marlene Farrugia, li fiha żvelat għall-ewwel darba l-ħsieb tagħha li jkun iffurmat partit ġdid, qamet diskussjoni sħiħa. Min jgħid li għandna post għall- partit ieħor u min le. Kif għidna, f 'analiżi ppublikata f 'din il- gazzetta l-ġimgħa l-oħra, il-ħolqien ta' partit ġdid, jekk iseħħ, għandu jmur lil hinn minn rabja u diżillużjoni tal-mument. Jekk l-għajta għal partit ġdid tkun sempliċiment waħda li nqabdet ma' tromba politika u tmut fuq ommha malli l-istess tromba tmut, allura dan id- diskors kollu ma jkun xejn ħlief reazzjoni momentarja għas- sitwazzjoni jew ir- realtà politika preżenti. Jekk, min-naħa l-oħra, ir- rieda hija qawwija biżżejjed biex jinħoloq grupp ta' nies li flimkien se jifformulaw sett ta' valuri politiċi u ideoloġiċi li jmorru lil hinn minn kwistjoni waħda, mela allura nistgħu ngħidu li t-trombi politiċi riċenti servew biex bħala pajjiż nerġgħu nirriafermaw il-ġmiel, is-saħħa u l-importanza tas-sistema demokratika li nħaddnu. Partit ġdid, jeħtieġ jibni l-pedamenti bażiċi li juruh fejn qiegħed u fejn jixtieq imur. Bħala gazzetta nistgħu biss ngħidu li nappoġġjaw kull partit ġdid, jew le, jekk ikun mibni fuq pedamenti ekonomiċi li jitfgħu lill- bniedem fiċ-ċentru, fejn is-suċċess ikun ta' kulħadd, mhux tal-ftit. Inkunu fuq l-istess linja u naqblu ma' kull partit li jemmen fermament f 'ugwaljanza bejn kulħadd, anke bejn dawk li għandhom kulur tal-ġilda differenti. Għax l-ILLUM temmen li huwa l-karattru, l-abbiltà, il-qalb u l-moħħ li jagħmel il- bniedem, u mhux il-kulur. Naqblu u nappoġġjaw kull partit, ġdid jew le, li għalih, il-knisja Kattolika hija element importanti, imma mhux waħdieni jew superjuri, fis-soċjetà li qed ngħixu fiha. Kif uriena r-riżultat elettorali tal-2013, il-passat mhux garanzija tal-futur u l-elettorat Malti, minkejja li hemm min fiż-żewġ partiti jitrattah ta' idjota, għandu ħabta jaħsad u jheżżeż lill- klassi politika. Li huwa żgur hu li dan il-vojt politiku, la kkreatu Marlene Farrugia u lanqas ikkreawh eluf ta' nies li bħalissa jinsabu diżillużi biż-żewġ partiti. Dan il-vojt ħolquh iż-żewġ partiti l-kbar stess li qed jagħtu l-impressjoni li iktar moħħhom biex jiskandalizzaw ruħhom u joħolqu skandli milli jitkellmu dwar dak li jimporta l-aktar fil-ħajja ta' kull ċittadin. Dan il-vojt ħolquh iż-żewġ partiti politiċi li bħalissa qed jipprietkaw biss lil dawk li jafu li se jċapċpulhom lura. Illum qed niżvelaw kif Marlene m'għadhiex waħedha f 'din l-għajta għal partit ġdid. Aħna nfurmati li din il-ġimgħa, l-Għaqda Patrijotti Maltin se jiffurmaw partit ġdid jew se jħabbru li se jikkontestaw l-elezzjoni, b'kumbinazzjoni (!) eżatt malli l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ħa pożizzjoni b'saħħitha favur l-ugwaljanza, u kontra l-abbuż. Naturalment, għalina li qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru ideoloġiku, din l-aħbar ma tagħtiniex wisq pjaċir. Madankollu, mhux se nikkundannaw lil min irid jipparteċipa f 'eżerċizzju demokratiku. Minflok se nkomplu nagħmlu dak li dejjem għamilna bħala gazzetta u nużaw dan l-ispazju, anke jekk xi qarrejja jistgħu ma jaqblux magħna, biex infakkru li l-isbaħ soluzzjoni hija li ngħallmu u nitgħallmu minn xulxin. Li niġġieldu kull forma ta' abbuż u diskriminazzjoni. Li nitgħallmu u ngħallmu lill- ġenerazzjonijiet li telgħin li xejn m'hemm isbaħ minn meta d-diversità tkun iċċelebrata. Minflok, se nkomplu nużaw dawn il- paġni biex nikxfu l-abbuż li qed isir fuq ħutna bnedmin f 'pajjiżna u nitolbu li tali inġustizzji jkunu rranġati. Qed ngħixu żmien interessanti. Żmien ta' ċaqliqiet kbar fis-sistema politika ta' pajjiżna. Żmien fejn gruppi ta' nies qed jingħaqdu flimkien mingħajr biża' biex joffru xi ħaġa ġdida, biex isemmgħu leħinhom u biex jikkontribwixxu bil-mod li huma jħossu li hu l-aħjar. Żminijiet interessanti ferm. Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016