Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Illejla fuq it-TV TVM 06:00 News Loop 07:20 DOT EU 07:30 France 24 docu- mentaries 08:00 Ninvestigaw x'qed nieklu 09:00 Aw- tokura 09:30 Valletta 10:00 L-ordni 10:30 Maltarti 11:00 Tertuqa 11:30 Paq Paq Lifestyles 12:00 News 12:15 Il-Vjaggatur 12:45 Sibtek 16:00 News 16:05 Luxdesign 17:15 New Rooms 17:50 Kelma ghall-hajja 18:00 News 18:15 Gadgets 18:45 Animal Diaries 19:35 Paq Paq on Test 19:45 Lotto Draw 20:00 News 20:50 Film – Phan- toms 21:50 Headline News 21:55 Film – Phantoms 23:15 News 23:30 RAW – WWE TVM2 06:00 Euronews 07:00 News Loop 08:30 Paq Paq on Test 08:40 Kelma ghall-hajja 09:00 Quddiesa tal-Hadd 09:45 Vatican Magazine 10:15 Qalb in-nies 10:45 Dot Eu 11:00 MEA 11:30 Awtokura 12:00 New Rooms 12:30 Il- Vjaggatur 13:00 Paq Paq Lifestyles 13:30 Gadgets 14:00 Madwarna 14:30 Dwarna 15:30 Malta u lil hinn minnha 17:00 Animal Diaries 18:00 Hibs vs Floriana 20:00 Ghaw- dex Illum 20:30 News for the hearing impaired 20:40 Paq Paq on Test 21:00 Kontrattakk 23:00 Sports News 23:15 News in English NET TV 07:00 Net News 08:45 Telebejgħ 10:15 Ghalkulhadd 11:15 Quddiesa mis-Santwarju Ta' Pinu 12:00 Distinti (R) 12:45 Telebejgħ 13:00 Intricci (R) 14:00 Net News 14:05 Telebejgħ 15:20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16:25 Mill-Familja Rjali 16:40 Wheelspin (R) 17:30 Flusek (R) 18:00 Net News 18:05 What's for Dinner 18:45 Newsfeed 19:30 Net News 19:50 Newsfeed 20:30 Becky 21:30 Net News 21:35 Replay 23:15 Net News ONE 06:50 Flimkien ma' Nancy (R) 07:45 Sejjaħtli helpline (R) 08:30 Paperscan 10:00 Aroma Kitchen (R) 11:05 Karriera (R) 11:30 Cibus 12:30 One News 12:40 Kyrios 12:50 Tel- ebejgh 13:05 In d house (R) 14:10 Arani Issa (R) 17:00 L- Argument 17:30 One News 17:35 L-Argument (ikompli) 18:15 Q&A – Konferenza Ġenerali PL 19:30 One News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Andrew & Sue (Episodju 25) 21:35 On d road 22:15 Q&A – Konferenza Ġenerali PL (R) 23:30 One News CANALE 5 06:00 Prima Pagina Tg5 06:15 Prima Pagina Tg5 06:31 Prima Pagina Tg5 06:46 Prima Pagina Tg5 07:00 Prima Pagina Tg5 07:15 Prima Pagina Tg5 07:30 Prima Pagina Tg5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:55 Traffico 07:58 Meteo.it 07:59 Tg5 09:10 Le Frontiere Dello Spirito 09:50 Il Pranzo Della Domenica 11:00 Le Storie DI Melaverde 12:00 Mel- averde 13:00 Tg5 13:39 Meteo.it 13:40 L'Arca DI Noe'-14 14:00 Domenica Live 18:45 Caduta Libera 19:57 Prima Pagina Tg5 20:00 Tg5 20:39 Meteo.it 20:40 Paperissima Sprint 21:13 Non E' Stato Mio Figlio 23:10 L'Isola Dei Fa- mosi S.s. Domenica 23:50 X-style ITALIA 1 07:00 Super Partes Referendum E Amministrative 2016 07:35 Titti E Silvestro II 07:41 Titti E Silvestro II 07:50 The Flintstones 08:20 Lupin 3rd-fuga Da Alcatraz 10:25 Tutti Gli Uomini Del Deficiente 12:25 Studio Aperto 12:38 Meteo.it 12:40 Campionato Mondiale Superbike 2016 (i1-i2) 14:00 L'Isola Dei Famosi D.t. Domenica I1 14:21 Blue Crush 2 16:35 Cenerentola Per Sempre 18:30 Studio Aperto 18:58 Meteo.it 19:00 L'Isola Dei Famosi D.t. Do- menica I1 19:15 Men in Black 21:15 Le Iene Show RETE 4 07:05 Tg4 Night News 07:25 Televendita Media Shopping 07:40 Televendita Media Shopping 07:55 Super Partes Referendum E Amministrative 2016 08:45 Nonno Felice I 09:20 Grandi Della Fede 10:00 Santa Messa 10:50 Grandi Della Fede 11:30 Tg4 11:58 Meteo.it 12:02 Campioni Senza Valore (perry Mason) 14:00 Donnavventura - Gran Raid Dei Caraibi 15:02 Karol Un Uomo Diventato Papa 18:55 Tg4 19:30 Dentro La Notizia 19:51 Meteo.it 19:53 Tempesta D'amore 10 21:15 La Frode RAI UNO 07:00 TG 1 07:05 UnoMattina in famiglia 08:00 TG 1 08:18 UnoMattina in famiglia 09:00 TG 1 09:04 UnoMat- tina in famiglia 09:30 TG 1 L.I.S. 09:35 Easy Driver 10:00 A sua immagine 10:30 Piazza San Pietro Santa Messa 11:50 A sua immagine 12:00 Recita Regina Coeli da Pi- azza San Pietro 12:10 A sua immagine 12:20 Linea verde Abruzzo, tra storia e natura 13:30 Telegiornale 14:00 L'Arena 16:30 TG 1 16:33 Che tempo fa 16:35 Domenica In 18:45 L'Eredità 20:00 Telegiornale 20:35 Flavio Insinna conduce Affari tuoi 21:30 Come fai sbagli RAI DUE 07:00 TELEFILM Heartland 07:40 Il concorso 08:20 Viaggi da record 08:45 TELEFILM Il nostro amico Charly 09:30 I nostri amici animali Cesar Millan 10:15 Cronache animali 11:00 Mezzogiorno In Famiglia 13:00 TG2 Giorno 13:30 TG 2 Motori 13:40 Meteo 2 13:45 Quelli che aspettano 15:30 Quelli che il calcio 17:05 TG2 L.I.S. 17:08 Meteo 2 17:10 90° Minuto Zona mista 18:00 90* minuto 19:00 90° Minuto Tempi supplementari 19:35 TELEFILM Squadra Speciale Cobra 11 20:30 TG2 20.30 21:00 TEL- EFILM N.C.I.S. 21:50 Sakhir (BRN) Automobilismo: F1 Campionato Mondiale 22:00 Gara 22:15 Sakhir (BRN) Automobilismo: F1 Campionato Mondiale RAI TRE 07:00 Le bolas mortali 07:30 Il pozzo della morte 07:55 FILM Anima e corpo 09:35 TELEFILM Attenti a quei due 10:30 Speciale Community Le Storie 11:10 TGR Estovest 11:30 TGR RegionEuropa 12:00 TG3 12:10 TG3 Fuori linea 12:18 TG3 persone 12:25 TGR Mediterraneo 12:55 Io & George 14:00 TG Regione 14:09 TG Regione Meteo 14:15 TG3 14:30 In 1/2 ora 15:00 TG3 LIS 15:05 Ciclismo: Le Classiche del Nord 2016 17:05 FILM Anima persa 18:55 Meteo 3 19:00 TG3 19:30 TG Regione 19:51 TG Regione Meteo 20:00 Blob 20:10 Che tempo che fa 21:45 Report St James Cavalier Valletta Tel. 21 223200 Met Opera in Cinema – Manon Lescaut 14:30 Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 Batman VS Superman – Dawn Of Justice 3D (12) 10:30, 14:15, 18:00, 21:10 Risen (12) 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Kung Fu Panda 3 (U) 10:00, 12:10, 14:20, 16:30, 18:40, 20:55 Grimsby (15) 20:50 Deadpool (15) 16:50, 18:30, 20:50 London has Fallen (12) 10:00, 12:15, 14:30, 16:45, 19:00, 21:15 The Divergent Series: Allegiant (12) 10:25, 13:30, 16:05, 18:40, 21:05 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 Kung Fu Panda 3 (U) 14:15 (3D), 16:20, 18:25 The Divergent Series: Allegiant (12) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:45 Risen (12) 14:05, 16:20, 18:40, 20:55 Deadpool (15) 14:10, 16:30, 18:50, 21:05, 23:35 Secret in their Eyes (15) 14:05, 16:25, 18:50, 21:10, 23:30 Freeheld (12) 14:05, 16:20, 18:35, 20:55 Zootropolis (U) 14:00 (3D), 16:20 (3D), 18:45 (3D), 21:10 (3D) Batman v Superman: Dawn of Justice (12) 14:10, 17:40, 20:30, 21:00, 23:30 How to Be Single (15) 14:05, 16:25, 18:45, 21:15, 23:40 London has Fallen (15) 14:00, 16:10, 18:25, 20:45, 23:10 Fifty Shades of Black (15) 14:20, 16:30, 18:45, 20:50, 23:25 Chiamatemi Francesco (PG) 14:15, 16:30, 18:50, 21:05 Chronic (15) 16:25, 20:50 The President 14:00, 18:30 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Zootropolis (U) 11:05, 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 (3D) Batman v Superman: Dawn of Justice (12) 10:55, 14:00 (3D), 17:55, 21:00 (3D) The Divergent Series: Allegiant (12) 10:45, 13:20, 15:55, 18:30, 21:05 Kung Fu Panda 3 (U) 11:00, 13:40, 15:55, 18:10, 20:50 (3D) London Has Fallen (15) 10:50, 13:30, 16:00, 18:15, 20:55 Deadpool (15) 21:05 Kung Fu Panda 3 (U) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30 Risen (12) 10:40, 13:35, 16:05, 18:30 Secret in their Eyes (15) 11:00, 13:25, 15:50, 18:25, 20:50 Films ċ-ċinema Pjazzetta 20 Kunċert tal-Għeluq Grandjuż tal-International Spring Orchestra Festival LGĦAXAR edizzjoni tal-International Spring Orchestra Festival se tagħlaq b'kunċert grandjuż nhar is-Sibt 9 ta' April f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi. Il-programm ambizzjuż ta' dan il- kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) se jippreżenta l-aqwa talent lokali b'interpretazzjonijiet ta' xogħlijiet ta' Beethoven, Conil u l-mistennija tnedija mondjali tax-xogħol kompost mid-Direttur Artistiku tal-Festival Karl Fiorini bl-isem ta' 'De dioses y de perros' (Of gods and dogs). Taħt id-direzzjoni tas- surmast magħruf Brian Schembri, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta ser tinterpreta programm eklettiku ta' xogħlijiet flimkien mas-sopran solista Claire Debono, il-pjanista solista Lucia Micallef, il-kor 'The New Choral Singers', u artisti lokali stabbiliti oħra, li se jingħaqdu mal-Orkestra għall-Choral Fantasy ta' Beethoven. Il-Kunċert tal-Għeluq ser jiftaħ bix-xogħol 'Arianne et Dionysos' tal-kompożitur kontemporanju Franċiż Roland Conil. Conil kien beda l-karriera tiegħu bħala pjanist, biex maż-żmien sar ukoll għalliem u kompożitur rispettat permezz ta' xogħlijiet ikkummissjonati minn diversi istituzzjonijiet importanti, u x-xogħol li se jippreżenta ġie deskritt bħala 'a luminous French soundscape'. Il-programm se jkompli bis-Sinfonija Nru 1 ta' Ludwig van Beethoven, xogħol ta' sperimentazzjoni qawwija li bla dubju ġie influwenzat minn 'missirijiet' Beethoven: Haydn u Mozart. Minkejja dan, huwa ovvju wkoll li Beethoven kien diġà beda jespandi u jinqata' minn dak li kienu qed jagħmlu l-kompożituri li ġew qablu, u b'dan ix-xogħol ta leħħiet tal-iżviluppi li għamel aktar tard fil-karriera tiegħu. L-aktar parti mistennija ta' dan il-kunċert hija bla dubju l-premier dinjija tax- xogħol ta' Karl Fiorini 'De dioses y de perros' (Of gods and dogs). Fiorini huwa rikonoxxut fuq livell internazzjonali bħala wieħed mill-kompożituri ġodda li qed jagħmlu ħoss fil-mużika klassika. Minkejja li għad għandu biss 36 sena, il-karriera prolifika ta' Fiorini bdiet meta kellu biss 10 snin, u llum il- ġurnata huwa għandu aktar minn 50 kompożizzjoni taħt ismu, li jvarjaw minn mużika għal solisti, musika da kamera u anke xogħlijiet orkestrali. Din il-kompożizzjoni ġdida, miktuba għal sopran, kor u orkestra, hija bbażata fuq ix-xogħol kiefer tal-poeta Spanjola Ana Bocanegra Briasco, li ħalla effett profond fuq il-kompożitur. Imnebbaħ mill-poeżiji tagħha, Fiorini kien beda jħarbex mill- ewwel, iżda kellu jistenna tmien snin oħra qabel jikteb ix-xogħol komplut. Bħall-kompożizzjoni ta' qabel, li kienet it-tieni sinfonija, din ukoll hija bbażata fuq seba' movimenti (magħżulin minn 33 poeżija ta' Bocanegra Briasco) u għandha tiġi interpretata wkoll bħala moviment kontinwu. Ix-xogħol finali li se jagħlaq is-serata u l-festival ser ikun il-'Choral Fantasy' li Beethoven kien kiteb bħala konklużjoni għal kunċert li kien organizza għalih innifsu fl-1808 u li l-programm twil tiegħu kien ippreżenta wkoll għall- ewwel darba l-ħames u s-sitt Sinfonija kif ukoll ir-raba' Kunċert għall-Pjanu tiegħu. Il-kompożizzjoni mhux tas-soltu, li tgħaqqad pjanu, vuċijiet u orkestra, għandha taqsima korali lejn l-aħħar tagħha li tixbaħ tmiem id- disa' Sinfonija li Beethoven kien ikkompona aktar tard. Għal dan il-Kunċert tal-Għeluq, apparti l-Orkestra Filarmonika ta' Malta, il-palk ser jilqa' wkoll żewġ artisti ta' fama internazzjonali: is-sopran Claire Debono, ibbażata Pariġi, li ser tkanta l-partijiet solisti tax-xogħol il-ġdid ta' Fiorini, u l-pjanista solista Lucia Micallef, li se tinterpreta l-partijiet solisti tal-pjanu fil-'Choral Fantasy'. Flimkien ma' 'The New Choral Singers', huma ser jinterpretaw dak li l-Mro Schembri ddeskriva bħala "programm pjuttost kontemporanju bbażat madwar l-amalgamazzjoni ta' elementi differenti: is- solisti, il-kor u l-orkestra", f 'dik li għandha tkun serata tassew eċitanti. Il-Kunċert tal-Għeluq tal-International Spring Orchestra Festival mhuwiex ta' min jitilfu. Se ikun opportunità unika biex l-udjenza tesperjenza xogħlijiet mużikali kbar interpretati minn mużiċisti inkredibbli. Il-kunċert se jsir f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt 9 ta' April fit-8pm. Għal aktar tagħrif u għal aġġornamenti regolari dwar l-avvenimenti, żuru l-websajt tal-ISOF fuq www.iso-festival.com. Biljetti għall-prezz ta' €15, €20 u €25 (b'xejn għal tfal ta' inqas minn 15-il sena u bi skont ta' 50% għal studenti u anzjani) jistgħu jinkisbu mill-websajt www.mcc.com. mt, minn www.ticketline. com.mt jew permezz ta' email fuq bookings@mcc. com.mt, jew bit-telefon fuq 2559 5750.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016