Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum 21 Pjazzetta/Ittri Oscar – L-istorja tal-kittieb Wilde IT-TIENI produzzjoni tal-kumpanija Talenti għal dan l-istaġun, se tkun id-dramm Oscar. Dan huwa xogħol f 'att wieħed dwar il-ħajja mqallba u traġika tal-kittieb magħruf Oscar Wilde, b'kitba u addattament ta' Alfred Palma. Miċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta' Reading, Oscar Wilde, marid, umiljat u mkisser jirrakkonta lill-udjenza kif, wara l-iskandlu tar- relazzjoni sesswali tiegħu maż-żagħżugħ Lord Alfred Douglas (Bosie), huwa kien spiċċa fil-miżerja, fil-għajb, imżeblaħ u mwarrab mis- soċjetà Londiniża, li darba kienet tadurah, imċaħħad mill-għeżeż ħwejjeġ li kellu, u abbandunat minn martu Constance li, wara li faqqa' l-iskandlu, dlonk telqitu u ċaħħditu miż-żewġ uliedu subien Vyvyan u Cyril, u dan kollu ħtija ta' Lord Queensbury, missier Bosie, raġel nevrasteniku, furjuż, aħdar u sakranazz, li wara bosta attentati biex iwaqqa' isem Wilde fil-ħama, kien irnexxielu jtellgħu l-qorti b'akkużi serji ta' sodomija fil-konfront ta' ibnu. Oscar kien weħel sentejn ħabs b'xogħol iebes. Id-dramm jissokta b'sensiela ta' djalogi fi flashbacks bejn erba' karattri: Oscar, martu Constance, Bosie u Lord Queensbury, kollha b'xi mod jew ieħor marbutin mal-waqgħa u d-diżunur tal-awtur. Hawn se naraw sensiela ta' ġrajjiet min ħajjet Oscar. Fosthom ġrajjiet ta' mħabba, tradiment u mibgħeda. F'dan id-dramm jieħdu sehem, Michael Mangion, Lorianne D'Ugo, Joe Pace u Jean Pierre Cassar. Taħt id-direzzjoni ta' Mario Micallef. Oscar se jiġi ppreżentat fis- 16, 17, 23, 24 ta' April 2016, fil-Kavallier ta' San Ġakbu, Valletta, fit-8.00pm. Cert. 16+ Biljetti jistgħu jinkisbu mill-istess teatru, jew www. sjcav.org Tel: 21223200 F'pajjiżna hawn lok għal partit ieħor? Anthony Duca, Ħal Għaxaq FL-OPINJONI tiegħi, qatt daqs illum ma kien hawn lok għal partit ieħor, vera li għandna dak tal-Alternattiva Demokratika, partit li għal xi raġuni qatt ma kiber biżżejjed biex ikun sfida. L-iswing li kellna fl-aħħar elezzjonijiet uriet li l-votanti b'għamad politiku naqas, u naqas sew. Id-diżappunt li bħalissa qed jinħass sew f 'dawk il-votanti li fl-aħħar elezzjoni kienu strument biex seħħet din l-iswing. Żgur li hi raġuni biex twitti triq għal partit ġdid ieħor. Però, dak li ġara f 'dawn l-aħħar tliet snin ma urtax biss lil dawk li mill-PN dawru l-vot għal PL, imma anke partitarji Laburisti ġenwini. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-PN wara l-aħħar elezzjoni ħadem u għadu jaħdem bis-sħiħ biex issir bidla fil-governanza, ħalli jerġa' jakkwista l-fiduċja, mhux daqshekk faċli li jreġġa' lura lil min ġie mweġġa' mill-partit. Mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-weġgħat kienu ilhom iseħħu mhux fl- aħħar elezzjoni biss, mhux ta' b'xejn kellna dik l-iswing. Għalkemm kif ktibt, tinħass arja li tagħti lok għal partit ieħor, jiddependi jinstabux persuni li lesti jimpenjaw ruħhom għal dan, li mhux daqshekk faċli. Bla dubju jridu jkunu nies ta' integrità sabiex jakkwistaw il-fiduċja ta' min tilef din il- fiduċja fil-politika. Però, xejn mhu impossibbli, għax b'rieda tajba, kollox jista' jseħħ. Il-poplu Malti jixraqlu tmexxijja li tagħmillu ġieħ, li tagħmel isem tajjeb lil pajjiżna. Il-kast ta' Oscar, flimkien mad-direttur, Mario Micallef Jean Pierre Cassar fil-pati ta' Bosie u Joe Pace fil-parti ta' Lord Queensbury

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016