Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 24 Kummerċjali L-MIA tilqa' l-ewwel linja tal-ajru ġdida għall-2016 L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, din il-ġimgħa laqa' l-ewwel ajruplan tat-tip Boeing 717 bil- kuluri distinti tal-Volotea, minn Katanja. Volotea hija l-ewwel linja tal-ajru mit-tliet linji tal-ajru li mistennija jibdew l-operat tagħhom mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u lejh din is-sena. Volotea hija linja tal- ajru low cost li ttir lejn 70 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru ġiet varata erba' snin ilu minn Carlos Muñoz u Lázaro Ros u topera mill-bażijiet tagħha fi Spanja, l-Italja u Franza. "Ninsabu kuntenti li qegħdin nilqgħu l-ewwel linja tal-ajru ġdida għal din is-sena," qal is-CEO tal-MIA, Alan Borg. "Il-familja ta' linji tal-ajru li joperaw mill-ajruport tagħna dejjem qed tikber u tippermettilna li nkomplu niżviluppaw in-netwerk ta' rotot tagħna u nassiguraw konnettività aħjar għall- Gżejjer Maltin. L-introduzzjoni tal-Volotea se ttejjeb il-vjaġġi minn Malta lejn it-tieni l-akbar suq turistiku tal-gżira, jiġifieri l-Italja." Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, laqa' din il-linja tal-ajru ġdida għall-2016 fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'sodisfazzjon u nnota bi pjaċir li l-futur tal-indudistrja tat-turiżmu huwa wieħed pożittiv u inkoraġġanti. Huwa rringrazzja lill- partijiet interessati kollha, partikolarment l-MIA, tal- isforzi tagħhom sabiex jiżviluppaw il-pajjiż f 'ċentru għat-turisti u n-negozju u reġa' fakkar li l-konnettività bl-ajru kienet aspett kruċjali fil-programm tal-Gvern għas- settur tat-turiżmu. Min-naħa tiegħu, is-CEO tal-MTA s-Sur Paul Bugeja qali li, "Is-servizz il-ġdid introdott mill-Volotea fuq ir-rotta ta' Sqallija huwa servizz li se jkompli jsaħħaħ il-konnessjoni tajba li diġà teżisti bejn iż-żewġ gżejjer. Fid-dawl tal-fatt li l-Volotea topera netwerk estensiv, dan huwa pass pożittiv li se jwassal għal flussi ta' turisti miżjudin minn Sqallija u lil hinn minnha. Il-fatt li din it-titjira ser tibda topera daqstant kmieni fl-istaġun tawgura tajjeb, billi dan jikkumplementa l-isforzi tagħna biex innaqqsu l-istaġjonalità." Il-passiġġieri u l-ekwipaġġ fuq din l-ewwel titjira ntlaqgħu bil-fjuri u b'kejk apposta tal-okkażjoni. L-ewwel titjira tal-Volotea fid- 29 ta' Marzu se tkun segwita minn tliet titjiriet fil-Ġimgħa li jitilqu mill-ajruport it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt. Bartender Malti se jikkompeti fil-Havana Club Cocktail Grand Prix f 'Kuba Il-Havana Club International Cocktail Grand Prix hi waħda mill-iżjed kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-bartenders madwar id-dinja li ssir kull sentejn f 'Havana. Din is-sena qed tiċċelebra l-11-il edizzjoni tagħha u se tgħaqqad flimkien lil bartenders minn 30 pajjiż biex iħalltu cocktails klassiċi, ibbażati dejjem fuq il-Havana Club Rum, ir-rum awtentiku ta' Kuba. Fit-8 ta' Marzu, 18-il parteċipant inġabru fil-Westin Dragonara Resort biex juru t-talent u l-ħiliet tagħhom fil- kompetizzjoni ta' Malta għall- Grand Prix Internazzjonali. Il-ġurija, l-ispettaturi u l-mistiedna kienu impressjonati bil-professjonalità u l-livell għoli tal-preżentazzjonijiet li kien hemm. L-avveniment kien organizzat minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, l-importaturi tal-Havana Club Rum f 'kollaborazzjoni mal-Maltese Bartenders Guild. Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ta' Malta kien Stefano Zerafa, il-Bar Manager ta' Haywharf Clubhouse. Stefano f 'Ġunju li ġej se jmur Havana, Kuba, għal ħamest ijiem biex jieħu sehem fl-avveniment finali tal-Grand Prix. Waqt il-mawra tagħhom f 'Kuba, il-finalisti jgħixu l-ħajja u l-kultura Kubana ma' esperti rinomati tar-rum, fosthom il- maestro tal-Havana Club Asbel Morales, l-istoriċi tax-xorb tal- ispirti Jared Brown u Anastasia Miller, il-miksoloġista innovattiv Tony Conigliaro, u l-awtur ewlieni li jikteb fuq l-ispirti Dave Broom. Dawn ilkoll se jaqsmu l-għarfien tagħhom fuq il-kultura Kubana, il-cocktails u t-togħmiet, il-produzzjoni tar-rum u t-tekniki u l-istil tal- cantinero bartending. Ir-rebbieħ Stefano Zerafa (xellug) ma' Pierre Stafrace, il-Manager Ġenerali ta' FBIC Ltd Fundación Mapfre tippremja organizzazjoni Messikana li tgħin lit-tfal bil-kanċer Il-Proġett Red Nose School for Children with Cancer, imwettaq mill-Assoċjazzjoni Messikana Campeones de la Vida NR AC (Nariz Roja), rebħet l-ewwel sejħa għall- proġetti internazzjonali minn Formando-Comunidad, li ġie promoss permezz ta' Fundacion MAPFRE, bil-għan li jagħti appoġġ għall-iżvilupp ta' proġetti ta' koperazzjoni internazzjonali fl-Amerika t'Isfel, l-Istati Uniti, il-Filippini, it-Turkija, f 'Malta u fil-Portugall. F'Malta, MAPFRE hija rrapreżentata minn MAPFRE Middlesea. Din l-inizjattiva se tippermetti lil din l-organizazzjoni Messikana, stabbilita fl-2010 mill- psikologu Alejandro Barbosa, li jippromwovu l-iżvilupp fiżiku, intellettwali u soċjali ta' 60 tifel u tifla li jbatu minn kanċer fl-Istat ta' Jalisco, permezz ta' programmi skolastiċi mfassla għaċ-ċirkostanzi tas-saħħa ta' kull wieħed minnhom. Minbarra l-proġett Red Nose School for Children with Cancer, f 'din is-sejħa kien hemm 507 programmi oħra li applikaw iktar minn 1,600 kumpaniji minn 23 pajjiż. Peress li s-sejħa għal proġetti kienet imnedija f 'Ottubru 2015, nofs miljun ruħ żaru s-sit Comunidad Formando, li bħalissa hija ffurmata minn 107 programmi ta' koperazzjoni fi 23 pajjiż, li minnhom 105,000 tfal u ż-żgħażagħ jibbenefikaw f 'sitwazzjonijiet ta' faqar u esklużjoni soċjali. Fundacion MAPFRE se tlaqqa' t-tieni sejħa għall-proġetti minn 'Formando Comunidad' li jmiss f 'Settembru li ġej. Aktar informazzjoni tista' tinstab online fuq convocatoriadeproyectos. fundacionmapfre.org Vodafone Malta Foundation tniedi t-tieni proġett Mobile for Good It-tieni proġett iffinanzjat minn Vodafone Malta Foundation taħt l-istrateġija Mobile for Good tnieda din il-ġimgħa. Dan hu dizzjunarju Malti fuq l-Internet żviluppat b'kollaborazzjoni mal- Awtorità Maltija tal- Komunikazzjoni (MCA) flimkien mal-Università ta' Malta, b'mod partikolari mad-Dipartiment tas-Sistemi Intelliġenti tal-Kompjuter u l-Istitut tal-Lingwistika u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ilsien Malti. Dan id-dizzjunarju huwa l-ewwel tat-tip tiegħu peress li huwa riżorsa mibni fuq diversi livelli li jistgħu jilqgħu għax-xorta kollha ta' dawk li jagħmlu użu minnu, mill-istudent żagħżugħ, l-istudjuż professjonali jew dawk iżjed avvanzati. In-natura interattiva tad-dizzjunarju tippermetti wkoll lil dawk li jagħmlu użu minnu sabiex tissuġġerixxi modifiki jew l-inklużjoni ta' dħul ieħor li ssir stima tagħhom u jiġu nklużi kif xieraq. Il-dizzjunarju huwa disponibbli fuq www. dizzjonarjutalmalti.com.mt u jista' jitniżżel b'xejn bħala app minn fuq l-apple, android u window devices. Dan hu t-tieni proġett Mobile for Good iffinanzjat mill-Vodafone Malta Foundation wara t-tnedija tal-ewwel għodda interattiva bl- ilsien Malti żviluppat b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tad-Diskors tal-Lingwa fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa. Din l-għodda qed tintuża mit-Terapisti tal-iSpeech Language fiċ-ċentri tas-saħħa f'Malta u f'Għawdex, megħjuna minn donazzjoni ta' aktar minn 40 tablet provduta mill-Fondazzjoni. Din ir-riżorsa dalwaqt se tkun disponibbli għall- ġenituri u l-edukaturi. It-tielet proġett, li jiffoka fuq li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ, se tkun qed jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016