Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum L-ikla t-tajba Ikel 25 Tortini tal-faqqiegħ Ingredjenti: • Pakkett għaġina sfiljurata • 4 mrf butir • 2 mrf żejt veġetali • 150g faqqiegħ imqatta' • 1 basla mqatta' • ¼ kċn timu niexef • 1 mrf zokkor • 1½ mrf ħall balsamiku • Sinna tewm żgħira mqatta' • 120g ġobon maħkuk (mozzarella/ cheddar/gruyere) • Bżar u Melħ • 1 bajda mħabbta Metodu: • F'kazzola, saħħan magħrfa żejt veġetali u magħrfa butir. Ixħet il-faqqiegħ imqatta' u tektek għal madwar 5 minuti saħemm jirtabu. Poġġi fi skutella u warrab f 'ġenb. • Saħħan il-bqija taż-żejt u l-butir u sajjar il-basal imqatta' u t-tewm għal 5 minuti sakemm jirtabu u l-basal isir trasparenti. Żid it-timu niexef u z-zokkor, u kompli sajjar għal 25 minuta oħra fuq nar bati. Ħawwad kull ħames minuti, u żis il-ħall balsamiku. Ħalli l-basal jixrob dan kollu u neħħi minn fuq in-nar. • Ħallat flimkien it-taħlita tal-basl, mal-faqqiegħ imsajjar. Ħawwar bi ftit bżar u melħ, u ħallih jiksaħ. Żid il-ġobon maħkuk u ħawwad sew. • Aqta' l-għaġina sfiljurata f 'kaxxi indaqs ta' madwar 5ċm, u poġġi f 'dixx b'karta strazza. Ara li l-għaġina tkun kiesħa u idleħ il-bajda mħabbta fuq il-kaxxi tal-għaġina. • Poġġi mgħarfa mit-taħlita tal- faqqiegħ fin-nofs ta' kull biċċa għaġina. Aħmi f 'forn jaħraq ta' madwar 200˚C għal madwar 20 minuta. Tiġieġ il-forn stil Marokkin Ingredjenti: Għat-taħlita tal-ħwawar: • ¾ kċn melħ • ¼ kċn kemmun • ¾ kċn paprika • ¾ kċn żgħafran tal-Indja (turmeric) • ⅛ kċn cayenne pepper • ¼ kċn bżar mitħun • 1 mrf żejt taż-żebbuġa • 1 mrf butir imdewweb • 4 sinniet tewm mgħaffġin Għat-tiġieġ: • 1 lumija • 2 basliet kbar maqtugħin fi flieli • 2 mrf żejt taż-żebbuġa • ¼ kċn melħ • 3 koxox tat-tiġieġ bil-parti ta' fuq • Kikra żebbuġ imqatta' • 2 mrf tursin imqatta' Metodu: Fi skutella żgħira, ħallat il-ħwawar kollha billi tħawwad il-melħ, kemmun, paprika, turmeric, cayenne pepper u bżar. Magħhom żid magħrfa żejt u magħrfa butir imdewweb u t-tewm mgħaffeġ. Aqta' l-lumija min-nofs, erfa' nofsha u qatta' f 'biċċiet irqaq u poġġi f 'saff fuq dixx tal-forn. Ixħet il-basal imqatta' fi flieli fid-dixx, fuq il-lumi u itfa' żewġ magħref żejt taż-żebbuġa fuq il-basal. Ferrex ¼ kċn melħ u kċn turmeric. Poġġi t-tiġieġ fid-dixx fuq kollox, bin- naġa tal-ġilda 'l fuq u ara li jkunu nexfin. Poġġi t-taħlita tal-ħwawar fuq it-tiġieġ. Aħmi f 'forn jaħraq ta' madwar 220˚C u sajjar għal madwara 30-40 minuta sakemm it-tiġieġ ikun sar minn ġewwa. Ferrex iż-żebbuġ imqatta' u t-tursin fil-wiċċ u agħasar in-nofs lumija li fadal fuq it-tiġieġ. Servi sħun flimkin ma' xi kontorn bil-couscous. Pastini Banoffee Ingredjenti: • 1 pakkett gallettini Digestive • 50g butir imdewweb • Bott caramel/ ħalib magħqud • 2 banana • 150ml krema mħabbta • Ċikkulata maħkuka għall-wiċċ Metodu: • Jekk se tuża ħalib magħqud, neħħi l-karta ta' barra u magħluq, poġġih f 'borma b'misħun, fuq nar medju għal madwar sagħtejn. Ħallih jibred u uża meta jkun sar caramel, jew inkella uża bott caramel lest. • Farrak il-gallettini, u żid il-butir imdewweb. Poġġi ftit minn din it-taħlita f 'dixx tal- muffins, jew inkella f 'karti tal-muffins, u pressa sew. Kessaħ għal madwar kwart fil-friġġ. • Ħabbat il-krema sakemm ma tkunx għadha mmerqa u kessaħ. • Fuq il-gallettini poġġi kuċċarina caramel, u 2 biċċiet banana. Fuqha poġġi ftit krema mħabbta u żejjen bi ftit ċikkulata maħkuka. • Kessaħ u servi kesħin. sajjar il-basal imqatta' u t-tewm għal APPETIZER PLATT PRINCIPALI DEZERTA