Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta........................ 2 Tarxien R ...................... 0 VALLETTA komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika wara li għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu fil-bidu tat-tieni taqsima permezz ta' Federico Falcone u Abdelkarim Nafti. Bl-ewwel taqsima tkun ikkaratterizata minn ħafna riħ, il-partita ftit li xejn offriet azzjonijiet, b'Tarxien Rainbows ikunu l-ewwel li jersqu viċin il- lasti avversarji iżda x-xutt ta' Luke Montebello kien wieħed dgħajjef. Wara dan iċ-ċans tar-Rainbows, il-leaders Valletta ħadu r-riedni tal-partita hekk kif bdew jkunu iżjed perikolużi, b'Federico Falcone jkun l-ewwel wieħed li jersaq lejn il-lasti, iżda x-xutt fil-baxx tiegħu għadda jħakkek minn mal-lasti ta' Andrea Cassar. Fis-27 minuta, Ryan Camilleri venven xutt minn barra l-kaxxa, li iżda għadda ftit għoli. Valletta reġgħu resqu viċin fid-39 minuta, hekk kif Rafael Ledesma pprova jindirizza l-ballun lejn il-lasti ta' Cassar iżda l-konklużjoni kienet waħda dgħajfa. Ftit tal-minuti wara, kross preċiż ta' Ledesma niżel fuq ras Abdelkarim Nafti li iżda minn qagħda tajba tefa' barra. L-aħħar azzjoni tal-partita waslet minn Valletta fejn id-daqqa ta' ras ta' Jhonnatthann Benites ġiet milqugħa fuq il-linja minn Daniel Zerafa, bl-ewwel taqsima tintemm f 'parità ta' 0-0. It-tieni taqsima bdiet fuq ritmu kompletament differenti, b'Valletta jiftħu vantaġġ ta' żewġ gowls f 'temp ta' tliet minuti. Falcone kien l-ewwel li fetaħ l-iskor hekk kif wara li rċieva kross preċiż mingħand Nafti, l-Arġentin ma żbaljax minn taħt il-lasti biex tefa' lill-partitarji ta' Valletta f 'dilirju ta' ferħ. Fil- 51 minuta, Nafti għamilhom tnejn bi ġmiel ta' logħob minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Cassar. Il-leader għal ftit m'għamluhomx 3, iżda daqqa ta' ras ta' Jonathan Caruana għaddiet ftit barra. Fl-64 minuta, Falcone pprova xutt insidjuż fil-baxx, b'Cassar iżda jkun attent. Fit-68 minuta, Valletta fallew ċans tad-deheb biex jagħmluhom tlieta, meta minn penaltyi mirbuħ minn Benites wara fawl ta' Baker, Ledesma laqat il-wieqfa biex l-iskor baqa' dak ta' 2-0. Mal-medda tal-ħin, Valletta bdew inaqqsu mill-offensiva sabiex jipproteġu l-vantaġġ komdu li kellhom, sabiex kisbu l-ħdax-il rebħa konsekuttiva tagħhom f 'dan il-kampjonat. Valletta - Bonello, Caruana, Camilleri, Gill Cruz, Briffa, Rodrigues Ledesma (Mifsud 75'), Falcone (Azzopardi 90'), Cremona, Uchenna Calistus, Benites Da Conceicao, Nafti (Borg 74') Tarxien Rainbows - Cassar, Baker, Caruana, Tabone Desira, Caruana, Azzopardi (Muscat 72'), Montebello, Zerafa (Tabone 72'), Da Paixao Alves, Oliveira Santos, Frances (Nilsson 63') Referi - Malcolm Spiteri Abelkarim Nafti Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fit-3 ta' Awissu 1981 u għandu 34 sena. Kien l-assist man fil-gowl ta' Falcone u ssiġilla r-rebħa bi ġmiel ta' gowl. Dan kien it-12-il gowl tiegħu f 'dan il-kampjonat. Tkompli l-mixja impressjonanti ta' Valletta Ritratt - Ray Attard Jhonnattann Benites da Conceicao jikkontrolla tajjeb il-ballun kontra Tarxien Rainbows 27 Ritratt - www.vallettafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016