Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 03 t'April 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ...................... 2 Mosta ......................... 1 NAXXAR Lions kisbu tliet punti importanti hekk kif għelbu lir-rivali tagħhom Mosta bl-iskor ta' 2-1 sabiex żammew it-tamiet tagħhom li jżommu posthom fl- ogħla diviżjoni ħajjin. L-ewwel taqsima marret kif kien mistenni, hekk kif dan id-derby bejn Naxxar Lions u Mosta kien missielet ħafna speċjalment f 'nofs il-grawnd biż-żewġ timijiet naqsu milli jkunu perikolużi. L-ewwel azzjoni denja ta' nota' waslet fid-19-il minuta, hekk kif Godwin Mensha venven xutt li ħabat mal-mimduda u mir-rebound, l-istess Mensha reġa' ttanta xortih iżda din id-darba x-xutt tiegħu spiċċa għoli. Kellhom jgħaddu 10 minuti oħra sabiex jerġa' jkun hemm azzjoni importanti u reġgħu kienu Mosta li resqu viċin permezz ta' Kyle Frendo li iżda ra x-xutt tiegħu jistampa ruħu mal-mimduda. Madankollu, kienu l-Lions li fetħu l-iskor fl-40 minuta wara li minn żviluppi ta' korner, Mosta naqsu milli jikklerjaw il- ballun, bl-attakkant Eduardo Vellacillo Casado jdur tajjeb ma' difensur Mosti u b'xutt kemxejn dgħajjef irnexxielu jqarraq bil-gowlkiper Mosti biex Naxxar temmew l-ewwel taqsima minn fuq bl-iskor ta' 1-0. It-tieni 45 minuta kienu iżjed emozzjonanti, b'Naxxar joħolqu l-ewwel azzjoni fis-57 minuta meta wara azzjoni maħduma tajba bejn Vellacillo Casado u David Fenech, dan tal- aħħar jixxuttja iżda Borg dawwar f 'corner. Fis-63 minuta, wieħed mill-iżjed plejers effettivi ta' Mosta, iż-żagħżugħ James Brincat, daħal fil-kaxxa tajjeb u bi kross fil-baxx sab lil Mensha li iżda minn qagħda tajba, irnexxielu jfalli ċans tad- deheb. Madankollu, Naxxar Lions komplew jippressaw u setgħu għamluhom 2-0 iżda d-daqqa ta' ras ta' Angus Buhagiar ġiet imdawra f 'corner minn Omar Borg. Żewġ minuti wara, il-Lions għamluhom tnejn permezz ta' David Fenech, li wara kross fil-baxx ta' Vallecillo, tefa' fix-xibka minn żewġ passi 'l bogħod. Wara dawn il-gowls, Mosta tefgħu kollox fuq l-attakk, b'Mensha jkun fost l-iżjed perikolużi. Huma rnexxielhom inaqqsu d-distakk erba' minuti mit-tmiem permezz ta' xutt angolat ta' Zachary Brincat u komplew iżidu l-pressjoni fuq id-difiża ta' Naxxar Lions, li iżda rnexxielhom iżommu sod sad-90 minuta sabiex jieħdu tliet punti importanti minn fuq il- ġirien tagħhom. Naxxar L. - Gallinetta, Scicluna, Grech, VellacilloCasado, Falzon, Godar Pereira, Fenech (Debono 90'), Buhagiar (Toure' 76'), Hamutenya, Fenech (Hungria Rosero 90'), Tasic Mosta - Borg, Alabi (Micallef 73'), Michelletti, Brincat, Guobadia, Frendo (Zenke 65'), Enami, Mensha, Farrugia, Okonwo (Brincat 55'), Borg Referi - Matthew Degabriele David Fenech Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fis-17 ta' Ġunju tal- 1988, fil-Mellieħa. Skorja t-tieni gowl għal Naxxar Lions u kien strumentali bil-prestazzjoni tiegħu. Ingħaqad ma' Naxxar fis- sajf tal-2014. Tliet punti prezzjużi għal Naxxar Lions fuq Mosta Ritratt - Ray Attard Azzjoni mid-Derby tat-Tramuntana bejn il-ġirien iżda rivali eterni, Mosta u Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016