Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
IĊ-CHAMPION tad-dinja tal-Formula 1, il-Brittaniku Lewis Hamilton ilbieraħ kiseb il-pole tal-Bahrain meta għadda bi ftit lil sieħbu fuq Mercedes, Nico Rosberg, li jidher li matul dan l-istaġun se jħabbat sew lil Lewis Hamilton fit- taqtigħa għar-rebħ tat-titlu finali. Riflessjoni ta' dan huwa l-fatt li Rosberg diġà rebaħ l-ewwel GP tal-istaġun fl-Awstralja. Fit-tielet u fir-raba' post spiċċaw iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Sebastien Vettel u Kimi Raikkonen rispettivament. Intant, din hija l-gradwatorja ta' kif se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa rispettivi tal-Formula 1 fiċ-ċirkwit tal- Bahrain: Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Sports 29 Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta minn Cristian Antony Muscat Pembroke A............... 0 Sliema W .................. 2 SLIEMA Wanderers għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-0, biex b'hekk kisbu hat- trick fuqhom matul dan l-istaġun. Sliema Wanderers fetħu l-iskor fl-ewwel okkażjoni perikoluża li ħolqu fit- 18-il minuta meta minn cross fil-baxx ta' Gary Muir, daħal bħal vleġġa l-attakkant żagħżugħ Jean Paul Farrugia li tefa' l-ballun wara l-goalkeeper veteran ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat. Fis- 37 minuta, wara li rċieva minn freekick ta' Paltemio Barbetti, għola tajjeb Owen Bugeja li ra d-daqqa ta' ras tiegħu taħbat max-xibka minn barra. Fl-44 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta' Denni Rocha Dos Santos, li f 'din il-logħba reġa' wera l-logħob li kien juri fiż- żmien glorjuż tiegħu ma' Valletta, ġie milqugħ minn mal-art b'saqajh, minn Mario Muscat, bil-ballun jintemm f 'corner. Fis-66 minuta, il- Wanderers tilfu ċans tajjeb li jirduppjaw l-iskor meta Denni Rocha Dos Santos għadda tajjeb lejn Jean Paul Farrugia fil-kaxxa iżda l-awtur tal-ewwel gowl Slimiż ra ż-żewġ tentattivi tiegħu jiġu milqugħin bi bravura mill-goalkeeper Mario Muscat. Fid-89 minuta, il- Wanderers issiġġillaw ir-rebħa meta Aidan Jake Friggieri xeħet cross perfett lejn Jean Paul Farrugia li min-naħa tiegħu għadda l-ballun bir-ras lejn Denni Rocha Dos Santos li permezz ta' xutt potenti minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Pembroke A. - Muscat, Levnaic (Agius 88'), Bugeja, Attard, Villalobos, O'Brien (Arab Eddin 68'), Micallef, Barbetti, De Paolo Nobrega (Obiefule 57'), Laudisi, Cini Sliema W. - Elezaj, A. Muscat, Scerri, Gatt Badacchino, Potezica, Xuereb (Friggieri 69'), Bezzina (Dos Santos Tarlaziz 60'), Rocha Dos Santos (Elouni 90'), Muir, Farrugia, 36 - Dimech Referi - Glenn Tonna DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Kien l-aqwa plejer fil-grawnd u ssiġilla r-rebħa Slimiża permezz tat-tieni gowl għalihom fid-89 minuta. Fil-passat riċenti lagħab ma' Valletta u Hibernians f 'pajjiżna. Tlieta minn tlieta għal Sliema W. kontra Pembroke A. Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. L. Hamilton Mercedes 01:29.493 01:30.039 01:31.391 14 2. N. Rosberg Mercedes 01:29.570 01:30.535 01:31.636 13 3. S. Vettel Ferrari 01:30.012 01:30.409 01:31.636 14 4. K. Raikkonen Ferrari 01:30.244 01:30.559 01:31.685 14 5. D. Ricciardo Red Bull 01:30.854 01:31.122 01:31.403 12 6. V. Bottas Williams 01:31.153 01:30.931 01:31.672 12 7. F. Massa Williams 01:31.155 01:31.374 01:32.045 10 8. N. Hulkenberg Force India 01:31.620 01:31.604 01:31.987 15 9. R. Grosjean Haas 01:31.756 01:32.005 9 10. M. Verstappen Toro Rosso 01:31.772 01:31.888 9 11. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:31.716 01:31.816 9 12. S. Vandoorne McLaren 01:31.934 01:32.472 9 13. E. Gutiérrez Haas 01:31.945 01:32.118 9 14. J. Button McLaren 01:31.998 01:31.976 9 15. D. Kvyat Red Bull 01:32.241 01:32.559 9 16. P. Wehrlein Manor 01:32.806 6 17. M. Ericsson Sauber 01:32.841 6 18. S. Perez Force India 01:32.911 7 19. K. Magnussen Renault 01:33.181 3 20. J. Palmer Renault 01:33.438 6 21. R. Haryanto Manor 01:34.190 3 22. F. Nasr Sauber 01:34.388 4 Hamilton jegħleb bi ftit lil Rosberg biex jikseb il-pole tal-Bahrain