Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

CHELSEA barra minn darhom umiljaw lil Aston Villa meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Pedro Rodriguez u żewġ gowls oħra minn Ruben Loftus- Cheek u minn penalti ta' Alexandre Pato. Aston Villa spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Alan Hutton wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' seba' minuti biss. Rebħa kbira oħra nkisbet minn Manchester City meta barra minn darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor kbir ta' 4-0 bl-ewwel tliet gowls għalihom jaslu fl-ewwel 19-il minuta tal-konfront minn Fernando, Kevin de Bruyne u Sergio Aguero, waqt li r-raba' gowl għall-Blues wasal minn Aleksandar Kolarov fid-90 minuta. Arsenal ukoll kisbu rebħa kbira meta ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Watford bl-iskor ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Alexis Sanchez, Alex Iwobi u Hector Bellerin u Theo Walcott. West Ham United ġewwa darhom fil-Boleyn Stadium f 'Upton Park sfaw mizmuma fi draw ta' 2-2 minn Crystal Palace biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Manuel Lanzini u Dimitri Payet waqt li l-gowls għal Crystal Palace waslu minn Damien Delaney u Dwight Gayle. Tajjeb ngħidu li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fis-67 minuta meta tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta l-plajer Cheikhou Kouyate. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Stoke City u Swansea City bil-gowls għal Stoke City jaslu minn Ibrahim Afellay u Bojan Krkic waqt li l-awturi tal- gowls għal Swansea City kienu Gylffi Sigurdsson u t-Taljan Alberto Paloschi. Norwich City ġewwa darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Timm Klose, Dieumerci Mbokani u Martin Olsson, waqt li ż-żewġ gowls għall-Magpies waslu minn doppjetta ta' Aleksandar Mitrovic, bit-tieni gowl għalih jasal minn penalti. Intant, il-konfront bejn Sunderland u West Bromwich Albion intemm fi draw ta' mingħajr gowls. illum Il-Ħadd 03 t'April 2016 Rebħiet kbar u identiċi għal Manchester City, Arsenal u Chelsea Sports 30 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 2 t'April Aston Villa vs Chelsea 0-4 Bournemouth vs Manchester C. 0-4 Arsenal vs Watford 4-0 Norwich C. vs Newcastle U. 3-2 Stoke City vs Swansea City 2-2 Sunderland vs WBA 0-0 West Ham U. vs Crystal Palace 2-2 Il-Ħadd 3 t'April 14:30 Leicester City vs Southampton 17:00 Manchester United vs Everton Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 3 t'April 12:30 Udinese vs Napoli 15:00 Atalanta vs AC Milan 15:00 ChievoVerona vs Palermo 15:00 Fiorentina vs Sampdoria 15:00 Genoa vs Frosinone 15:00 Lazio vs Roma 20:45 Inter vs Torino It-Tnejn 4 ta' April 20:45 Bologna vs Hellas Verona Alexandre Pato jiskurja fid-debutt tiegħu ma' Chelsea kontra Aston Villa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016