Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

62% tal-istudenti post- sekondarji jemmnu li s-sistema edukattiva, ma tippreparhomx b'mod adatt għall-ħajja fil-post tax-xogħol. Dan ħareġ minn stħarriġ li l-għaqda studenteska Pulse ħejjiet fost l-istudenti. L-istħarriġ sar fost 4,500 persuna, u r-riżultati tagħhom ġew miġbura f 'rapport ta' 24 paġna, bl- isem ta' 'Change the System'. Kelliem għall-għaqda qal li dan ir-rapport u r-riżultati, ġew ispirati minn sistemi edukattivi barranin, fosthom dawk tar-Renju Unit, tal- Ġappun u tal-Finlandja. Ir- rapport kien riżultat ta' xhur sħaħ ta' stħarriġ u analiżi tar-rispons li nġabar. F'dan ir-rapport, l-għaqda Pulse ħarġet b'diversi suġġerimenti u proposti, bil- għan li jkun hemm titjib fis- sistema edukattiva preżenti. Fost dawn il-proposti, Pulse qalu li jkun ideali li kieku l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu perjodu ta' 'job shadowing' waqt is-sena tal-iskola tagħhom, li tagħti l-opportunità li l-istudenti jaraw iktar mill-qrib dak li jinvolvi x-xogħol tagħhom li se jkunu qed jagħmlu, ġaladarba joħorġu mill- istituzzjoni edukattiva. B'hekk, tkun qed tiġi indirizzata l-problema li qed iħossu l-istudenti, li mhux qed ikunu preparati biżżejjed għad-dinja tax-xogħol. Proposta oħra ta' Pulse kienet dik li l-istudenti jkunu jistgħu jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet tagħhom fis-sessjoni ta' Settembru sabiex itellgħu l-marka tagħhom, anke jekk ikunu għaddew mal-ewwel darba minn tali suġġett. Dan waqt li hu propost ukoll, li fis-sessjoni ta' Settembru, l-istudenti jkunu jistgħu jġibu marka ogħla minn 'D' f 'kas li dak ikun ir-riżultat tal-eżami. Dan minħabba li preżentament, meta student ikun qed ipoġġi għal resit tal-eżami, il-marka massima li jista' jġib, hija 'D', irrelevanti minn kemm hija fil-verità l-marka miksuba. Minbarra proposti fejn għandhom x'jaqsmu l-istudenti universitarji, Pulse tkellmu u ssuġġerew ideat għal studenti li jkunu qed jagħmlu l-eżamijiet tal-O u A levels, sabiex jitħallew jagħmlu r-resit tagħhom, anke jekk ikunu għaddew mal-ewwel darba, biex dawn ikollhom ċans ieħor biex ikunu jistgħu jiksbu marka aħjar, waqt li jkunu jistgħu jiksbu marka iktar għolja minn 'D' fl-eżamijiet tar-resit ta' Settembru, biex ikunu jistħgu jakkwistaw il-punti neċessarji ħalli jidħlu fil- korsijiet Universitarji li jridu. L-għaqda proponiet ukoll li fl-iskejjel post-sekondarji, is-suġġet preżentament obbligatorju tas-Systems of Knowledge, ikun għażla tal- istudent. Qalu wkoll li għandhom jerġgħu jiġu introdotti l-eżamijiet tal-Junior Lyceums u dawk tal- Common Entrance. L-għaqda Pulse, fil- proposti tagħha semmiet ukoll il-paga tal-għalliema, li ssuġġeriet li dawn jiżdiedu, biex jiġi żgurat li dawn jgħallmu b'aktar passjoni, li hi ħaġa li l-istudenti ħassew li hija nieqsa. illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Aħbarijiet 4 Vakanza PROJECT PROMOTER (ETC Permit No: 80/2016) Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 Equality Beyond Gender Roles, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Project Promoter, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Diċembru 2017) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li tiffaċilita l-komunikazzjoni ġenerali tal-Proġett u l-attivitajiet ta' PR; - li tkun responsabbli mill-kampanja onlajn, torganizza u tieħu ħsieb it-twettiq t'attivtajiet fuq barra, tippubblika artikli u tipparteċipa fi programmi fuq il-midja skond il-bżonn; u - li toħloq għarfien dwar l-attivitajiet ta' dan il-proġett u li tqajjem interess dwaru fost il-gruppi li jridu jintlaħqu. Il-Project Promoter għandu jkollu: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE jew f'Marketing / Reklamar Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE jew f' Marketing / Reklamar Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Mangement u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 13 ta' April 2016. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 | Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt TAĦRIĠ F'GĦAWDEX GĦALL- KOMUNITA' KUMMERĊJALI FUQ KIF GĦANDHOM ISIRU OFFERTI ELETTRONIĊI Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal- Kuntratti ser jorganizza żewġ sessjonijiet ta' taħriġ f'Għawdex għal operaturi ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dan it-taħriġ ser jagħti opportunita' li min ser jattendi sabiex isir familjari mal-metodu ta' kif isiru u jiġu sottomessi offerti elettroniċi fuq is-sistema elettronika tal-Akkwisti Pubbliċi. Dan it-taħriġ ser ikun mingħajr ħlas u ser jingħata il-Ġimgħa 22 ta' April 2016 u il-Ġimgħa 29 ta' April 2016 mid-9:00 ta filgħodu sas-1:00 ta' wara nofsinhar. Dawk interessati għandhom japplikaw permezz tal-posta elettronika fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100266 bejn it-8:00 ta' filgħodu u s-2:00 ta' wara nofsinhar sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 15 ta' April 2016. Ministeru għal Għawdex L-istudenti ma jħossuhomx preparati għad-dinja tax-xogħol Proposti għas-sistema edukattiva minn Pulse

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016